[go: up one dir, main page]

Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ħarsa ġenerali lejn il-pagamenti u l-istabbiltà finanzjarja

Huwa essenzjali għalina lkoll li nkunu nistgħu nħallsu b’mod sigur.

Il-ħlasijiet fiż-żona tal-euro jiddependu fuq infrastruttura vasta li tiżgura li l-fondi u l-assi jmorru mingħajr periklu minn post għall-ieħor. Aħna nħaddmu parti minn dan in-network u noqogħdu attenti għall-bqija.

Nimmonitorjaw ukoll l-iżviluppi fis-setturi bankarji taż-żona tal-euro u tal-UE kollha, kif ukoll f’setturi finanzjarji oħra, biex nidentifikaw xi dgħufijiet u nivverifikaw is-saħħa tas-sistema finanzjarja.

Servizz ta’ TARGET2

Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro joperaw għadd ta’ infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jiżguraw il-fluss ħieles ta’ flus kontanti, titoli u kollateral madwar l-Ewropa. Dawn jissejħu kollettivament is-Servizzi TARGET.

X’inhuma Servizzi TARGET?

Pagamenti istantanji

In-nies jistennew li l-flus jiċċaqalqu malajr daqs l-emails. Għalhekk qed naħdmu biex il-pagamenti istantanji jsiru realtà għal kulħadd fiż-żona tal-euro. TIPS huwa servizz ta’ saldu ta’ pagament immedjat tagħna disponibbli għall-banek. Dan jippermetti lin-nies li jgħixu fiż-żona tal-euro jittrasferixxu l-flus f’sekondi.

X’inhu TIPS?

Ir-rata tal-euro fuq żmien qasir (€STR)

L-€STR huwa l-valur referenzjarju l-ġdid tar-rata tal-imgħax imniedi f’Ottubru 2019. Dan jirrifletti l-ispejjeż li l-banek iħallsu lil xulxin biex jisselfu l-flus mil-lum għal għada. Is-swieq finanzjarji huma mistennija li jaqilbu bis-sħiħ għar-rata l-ġdida sa tmiem l-2021.

Ir-rata tal-euro fuq żmien qasir (€STR)

Financial Stability Review

Il-Financial Stability Review (ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja) janalizza riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro. L-istabbiltà finanzjarja hija essenzali għalina billi hija komponent wieħed meħtieġ biex tiġi żgurata inflazzjoni stabbli

Aqra r-Rapport tagħna dwar l-Istabbiltà Finanzjarja

Reżiljenza ċibernetika

L-attakki ċibernetiċi jistgħu jkunu ta’ riskju għall-banek individwali kif ukoll għas-settur finanzjarju kollu kemm hu. Huwa għalhekk li nagħtu attenzjoni mill-qrib lir-reżiljenza ċibernetika u nwettqu inizjattivi li jgħinu lis-settur finanzjarju jkun attent u pront.

X’inhi r-reżiljenza ċibernetika?

Innovazzjoni

L-innovazzjoni fis-settur finanzjarju tista’ ġġib magħha benefiċċji kbar. Ninvestigaw l-innovazzjoni finanzjarja u kif din qed tinbidel jew tista’ tinbidel u l-mod kif jaħdmu s-swieq finanzjarji. Irridu niżguraw ukoll li l-interuzzjonijiet teknoloġiċi ma jiġux akkost tal-integrazzjoni jew tal-istabbiltà.

Innovazzjoni finanzjarja

Spjega tal-infrastruttura tas-swieq u tal-pagamenti

Ara fi tliet minuti kif l-infrastruttura tas-suq Ewropew għall-pagament u s-saldu tat-titoli tagħmel il-ħajja tagħna ta’ kuljum aktar faċli, anke jekk mhux dejjem tkun viżibbli. Nagħmlu l-integrazzjoni possibbli.

Vidjo ġdid

KAXXIER PROFESSJONALI

Int kaxxier professjonali minn bank kummerċjali, uffiċċju tal-posta jew organizzazzjoni oħra?

Segwi l-vjaġġ tagħna

Għall-aktar aħbarijiet reċenti dwar l-Infrastruttura tal-Pagamenti u s-Suq, segwina fuq il-kanali ddedikati tagħna. 

M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
X’inhu TARGET2?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima