[go: up one dir, main page]

Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Dwar il-Bank Ċentrali Ewropew

Aħna nżommu l-prezzijiet stabbli u flusek siguri

Ġewwa l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), aħna naħdmu biex inżommu l-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro. Dan nagħmluh sabiex tkun tista’ tixtri l-istess affarijiet bi flusek kif tista’ tixtri llum.

Aħna nikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà u s-solidità tas-sistema bankarja Ewropea. Dan jgħin biex jiġi żgurat li flusek jibqgħu siguri fil-bank.

Aħna nżommu l-inflazzjoni taħt kontroll

Il-BĊE huwa l-bank ċentrali tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jużaw l-euro. Il-kompitu ewlieni tal-BĊE hu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Dan nagħmluh billi niżguraw li l-inflazzjoni tibqa’ baxxa, stabbli u prevedibbli. B'dan il-mod, aħna nfittxu li ngħinuk tippjana t-tfaddil u l-infiq tiegħek.

Kun af aktar dwar il-politika monetarja tagħna

Aħna nikkontribwixxu għas-sigurtà tas-sistema bankarja Ewropea

Nissorveljaw il-banek taż-żona tal-euro sabiex tkun tista’ sserraħ rasek li jistgħu jingħelbu żminijiet diffiċli. Superviżjoni konsistenti u standardizzata fiż-żona tal-euro tgħin biex iżżomm lill-flusek siguri billi l-banek ikunu iktar robusti.

Żur il-websajt tas-superviżjoni bankarja tagħna

Aħna niżviluppaw u noħorġu karti tal-flus tal-euro

Ninvestu f’teknoloġiji ġodda biex nagħmlu l-karti tal-flus li tuża aktar siguri u reżistenti għall-użu ta’ kuljum. Aħna nikkoordinaw il-produzzjoni u l-ħruġ tagħhom mal-pajjiżi li jużaw l-euro.

Esplora l-karti tal-flus bid-3D

Inżommu l-infrastruttura finanzjarja taħdem bla xkiel

Kull darba li tħallas għax-xiri tiegħek b’mod elettroniku jew tittrasferixxi l-flus, issibna ngħinuk. Dan għaliex aħna mmexxu u nappoġġjaw in-netwerk minn wara l-kwinti – l-infrastruttura tas-suq – li jgħin biex il-flus jimxu bla xkiel u b’mod effiċjenti, ġewwa l-pajjiżi u bejn il-fruntieri.

L-Eurosistema u l-ħlasijiet

Aħna ngħinu nippreservaw l-istabbiltà finanzjarja

Aħna nidentifikaw u nagħtu rakkomandazzjonijiet għat-tnaqqis tar-riskji li jistgħu jiżbilanċjaw is-sistema finanzjarja, bħal taqlib fis-suq tal-ishma jew tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tad-djar. Dan jgħin lil nies bħalek, kif ukoll lin-negozji, biex tippjanaw u tinvestu għall-futur bil-kunfidenza.

Ir-rwol tagħna fl-istabbiltà finanzjarja

Storja

Tgħallem kif l-Ewropa saret iktar magħquda bl-introduzzjoni tal-munita komuni u l-ħolqien tas-superviżjoni bankarja konġunta.

Storja taż-żona tal-euro

Skopri iktar dwar il-BĊE

Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet

L-iktar deċiżjonijiet importanti, inkluż l-iffissar tar-rati tal-imgħax u d-deċiżjoni ta’ liema għodod oħra tal-politika monetarja għandhom jintużaw, jittieħdu mill-Kunsill Governattiv.

Teħid ta’ deċiżjonijiet u rotazzjoni tal-votazzjoni
Il-bini ewlieni tagħna

Il-BĊE huwa bbażat fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Il-bini ewlieni tagħna kien iddisinjat minn COOP HIMMELB(L)AU u tlesta f’Novembru 2014. Jgħaqqad elementi kemm storiċi kif ukoll moderni li jsawru edifiċċju urban uniku.

Agħti ħarsa
Spjegazzjonijiet

Biex taqra iktar dwar x’nagħmlu, iċċekkja l-ispjegazzjonijiet tagħna. Dawn jispjegaw s-suġġetti ewlenin biex jgħinuk tifhem aħjar l-attività bankarja ċentrali.

Aqra l-ispjegazzjonijiet tagħna

Il-BĊE spjegat

X’jagħmel il-BĊE? X’inhi l-inflazzjoni? Għaliex hija importanti l-istabbiltà tal-prezzijiet għalik? Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar f’dan il-video introduttorju ta’ tliet minuti.

Ikkuntattjana

Għandek xi domandi dwar il-BĊE u x’nagħmlu? Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar popolari jew ibgħatilna waħda tiegħek inti.

ESPLORA L-WEBSAJT TAGĦNA

Tgħallem iktar dwar x’nagħmlu

Żurna

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE huwa miftuħ għal żjarat fuq il-post u virtwali u lekċers esperti, li jagħti lill-viżitaturi ċans jitgħallmu aktar dwar il-BĊE. Agħti ħarsa lejn il-paġna tagħna Żurna għal aktar informazzjoni dwar dak li noffru u kif tista’ tistaqsi għal żjara jew lekċer.

Żurna

Ħu sehem fl-inizjattivi taż-żgħażagħ tagħna

Id-deċiżjonijiet li nieħdu jistgħu jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħek. Aħna norganizzaw avvenimenti madwar l-Ewropa biex ninvolvu ruħna maż-żgħażagħ direttament u nisimgħu l-fehmiet u l-ideat tiegħek.

Ivverifika l-aħħar inizjattivi tagħna
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Ta’ min hu l-BĊE?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima