[go: up one dir, main page]

Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Malta (mill-1 ta’ Jannar 2008)

Stadji tal-bidla tal-flus

Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea approva l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fiż-żona ta' l-euro fl-1 ta' Jannar 2008.

Fl-1 ta’ Jannar 2008, l-euro (EUR) sar valuta legali f'Malta, u ssostitwixxa l-lira Maltija (MTL) bir-rata tal-kambju fissa u irrevokabbli ta’ €1 = MTL 0.429300. Id-distribuzzjoni minn qabel u puntwali tal-flus kontanti ta’ l-euro lil partijiet terzi professjonali qabel l-1 ta' Jannar 2008 għenet biex tiżgura bidla tal-flus mingħajr xkiel, ħaffet il-piż loġistiku u naqqset l-ispejjeż taċ-ċirkolazzjoni taż-żewġ muniti fl-istess ħin. Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus ta’ l-euro lill-banek bdiet fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2007, waqt li d-distribuzzjoni minn qabel tal-muniti bdiet kważi xahar qabel, fl-aħħar jiem ta’ Settembru 2007. Ftit minn dawn il-flus kontanti mbagħad tqassmu minn qabel lill-bejjiegħa bl-imnut u lil kumpaniji oħra ("sub-frontloading"). Barra dan, fl-1 ta' Diċembru 2007 l-istituzzjonijiet tal-kreditu u distributuri awtorizzati oħra, bdew ibiegħu settijiet tal-bidu bil-muniti ta’ l-euro lill-bejjiegħa bl-imnut u lil kumpaniji oħra, u fl-10 ta' Diċembru 2007 jibdew ibiegħu settijiet żgħar lill-pubbliku. (Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus u tal-muniti tal-euro hi regolata bil-Linja Gwida tal-BĊE BĊE/2006/9.)

Il-bidla tal-flus għall-euro saret bla xkiel u malajr.

Mill-1 ta’ Frar 2008, għall-pagamenti fi flus kontanti f’Malta jistgħu jintużaw biss il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, iżda l-istituzzjonijiet tal-kreditu jkunu jistgħu jibdlu l-lira Maltija bir-rata fissa tal-konverżjoni sal-31 ta’ Marzu 2008. Għall-klijenti tal-banek dan is-servizz se jkun bla ħlas; dawk li mhumiex klijenti tal-banek jistgħu jibdlu ammont massimu privat ta’ MTL 250 għal kull persuna. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta se jibqa’ jibdel il-karti tal-flus tal-lira Maltija għal għaxar snin u l-muniti għal sentejn wara li dawn ma jibqgħux valuta legali.

Karti tal-lira Maltija li jistgħu jissarfu
Sommarju tad-dati ewlenin tal-bidla
L-1 ta’ Diċembru 2007

Distribuzzjoni minn qabel (“Sub-frontloading”) lill-kumpaniji

L-1 ta’ Diċembru 2007

Bejgħ ta’ settijiet tal-bidu bil-muniti tal-euro lill-kumpaniji

L-10 ta’ Diċembru 2007

Bejgħ ta' settijiet żgħar bil-muniti tal-euro lill-pubbliku

L-1 ta’ Jannar 2008

Konverżjoni tal-kontijiet bankarji u introduzzjoni tal-karti tal-flus u tal-muniti ta’ l-euro

Il-31 ta’ Jannar 2008

L-aħħar jum li fih, il-karti tal-flus u l-muniti f'lira Maltija jibqgħu valuta legali

sal-31 ta’ Marzu 2008

Kambju bla ħlas tal-karti tal-flus u l-muniti tal-lira Maltija minn istituzzjonijiet tal-kreditu

L-1 ta’ Frar 2010

L-aħħar jum għall-kambju tal-muniti tal-lira Maltija mill-Bank Ċentrali ta' Malta

Il-31 ta’ Jannar 2018

L-aħħar jum għall-kambju tal-karti tal-flus tal-lira Maltija mill-Bank Ċentrali ta' Malta

Il-paġni kollha f’din it-taqsima