[go: up one dir, main page]

Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-paġna fiha informazzjoni iżjed aġġornata.

Tibdil fil-klima u l-BĊE

Aħna impenjati bis-sħiħ li nagħmlu l-parti tagħna biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima, fi ħdan il-mandat tagħna.

It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tan-natura joħolqu riskji għall-ekonomija tagħna u għas-settur finanzjarju. Jeħtieġ li nivvalutaw kif dawn ir-riskji u t-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju jaffettwaw l-ekonomija tagħna, sabiex inkunu nistgħu nqisu l-impatt tagħhom fuq il-ħidma tagħna bħala bank ċentrali u superviżur bankarju. Dan se jgħinna nżommu l-prezzijiet stabbli u l-banek sikuri.

L-għanijiet tagħna

Il-ħidma tagħna dwar it-tibdil fil-klima tiffoka fuq tliet objettivi ewlenin. Dawn jgħinu biex il-politiki tagħna jibqgħu xierqa u effettivi f’dinja li qed tinbidel.

Il-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima

Naħdmu biex nifhmu, nimmonitorjaw u nimmaniġġjaw aħjar ir-riskji relatati mal-klima fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u tal-investiment tagħna kif ukoll fis-sistema finanzjarja. Nevalwaw ukoll l-impatt ekonomiku tal-politiki relatati mal-klima u nesploraw ir-relazzjoni bejn il-klima, in-natura u l-ekonomija.

Aktar dwar il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi
Appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika

Aħna nappoġġaw tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju billi nużaw miżuri li jaqgħu taħt il-mandat tagħna. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ finanzi sostenibbli u l-ħolqien ta’ inċentivi għal sistema finanzjarja aktar ekoloġika.

Aktar dwar l-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika
It-trawwim ta’ azzjoni usa’

Aħna ngħinu biex ir-riskji relatati mal-klima jkunu jistgħu jinftehmu aħjar b’mod ġenerali, u naħdmu mill-qrib mas-sħab Ewropej u internazzjonali dwar suġġetti relatati mal-klima u l-finanzi sostenibbli. Naħdmu wkoll biex intejbu t-trasparenza tal-attivitajiet tagħna u biex innaqqsu l-impatt ambjentali tagħna stess.

Aktar dwar it-trawwim ta’ azzjoni usa’

L-approċċ tagħna

Diġà qegħdin nieħdu azzjoni kull fejn dan ikun possibbli fi ħdan il-mandat tagħna. Barra minn hekk, nadattaw l-istrateġija tagħna dwar il-klima b’mod konformi mat-titjib kontinwu fid-data u l-mudellli li aħna nużaw biex nifhmu r-riskji relatati mal-klima u man-natura.

Azzjoni dwar il-klima li għaddejja bħalissa fil-BĊE

Daqqa t’għajn lejn il-pjan tagħna għall-klima u n-natura għall-2024-2025

Aħna identifikajna tliet oqsma ta’ fokus li se jiggwidaw l-attivitajiet tagħna fl-2024 u l-2025.

Aktar dwar il-pjan

Superviżjoni bankarja

Bħala parti mir-rwol superviżorju tagħna, aħna responsabbli li niżguraw li l-banek jimmaniġġjaw ir-riskji, inklużi dawk li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima. Huwa għalhekk li qegħdin naħdmu biex ninkorporaw il-kunsiderazzjonijiet tal-klima u ambjentali fis-superviżjoni tagħna.

Tagħrif ieħor

Ħarsien ambjentali

Għalhekk, aħna naħdmu kontinwament biex innaqqsu l-impronta ambjentali tal-attivitajiet korporattivi tagħna ta’ kuljum.

Tagħrif ieħor

Id-divulgazzjonijiet finanzjarji tagħna relatati mal-klima

Bħala parti mill-impenn tagħna għat-trasparenza u l-objettivi klimatiċi tagħna, aħna niddivulgaw regolarment informazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju u r-riskju tal-klima tal-investimenti tagħna.

Aktar dwar divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima

Strateġija u koordinazzjoni interna

Ċentru tat-tibdil fil-klima

Waqqafna ċ-ċentru tat-tibdil fil-klima biex ngħinu fit-tiswir u d-direzzjoni tal-aġenda tagħna dwar il-klima, filwaqt li nlaqqgħu flimkien ix-xogħol u l-għarfien espert ta’ oqsma differenti tan-negozju.

Stqarrija għall-istampa

Il-podcast tal-BĊE – Il-pjan għall-klima u n-natura: it-triq tagħna lejn futur aktar ekoloġiku

X’inhu previst fil-ħidma tagħna dwar it-tibdil fil-klima fl-2024 u l-2025? Kif se nindirizzaw ir-riskji finanzjarji mit-telf tan-natura u d-degradazzjoni?

Il-preżentatriċi tagħna Stefania Secola teżamina l-pjan tagħna dwar il-klima u n-natura mal-kap tat-tibdil fil-klima Irene Heemskerk fuq il-Podcast tal-BĊE.

Isma’ l-Podcast tal-BĊE li jittratta l-pjan tagħna dwar il-klima u n-natura

Il-paġni kollha f’din it-taqsima