[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

UEFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Union of European Football Associations

Membri tal-UEFA huma kkuluriti bluni
Formazzjoni 15 ta' Ġunju, 1954
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali Żvizzera Nyon, Żvizzera
Sħubija 53 assoċjazzjoni membru
Lingwi uffiċjali Ingliż, Franċiż u Ġermaniż
President Michel Platini
Sit elettroniku www.uefa.com

L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA (pronunzjata /juˈeɪ̪fə/).

Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC). Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika.

Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.

Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera. Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.

Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini.

Segretarji Ġenerali tal-UEFA

[immodifika | immodifika s-sors]

Presidenti tal-UEFA

[immodifika | immodifika s-sors]

Timijiet nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni:

1: L-Iżrael kien jagħmel parti mill-AFC bejn l-1972 u l-1994. Fl-1994 ingħaqad mal-UEFA
2: Il-Każakistan kien jagħmel parti mill-AFC. Fl-2002 ingħaqad mal-UEFA

17-il darba

13-il darba

11-il darba

9 darbiet

 

8 darbiet

7 darbiet

4 darbiet

3 darbiet

 

darbtejn

darba

1: Ir-rekords tal-Ġermanja jinkludu 10 apparenzi taħt Ġermanja tal-Punent il-Ġermanja tal-Punent
2: Ir-rekords tas-Serbja jinkludu 9 apparenzi taħt Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja il-RFS tal-Jugożlavja, 9 taħt Serbja u Montenegro ir-RF tal-Jugożlavja, u 1 taħt Serbja u Montenegro is-Serbja u Montenegro
3: Ir-rekords tar-Repubblika Ċeka jinkludu 8 apparenzi taħt Ċekoslovakkja iċ-Ċekoslovakkja
4: Ir-rekords tar-Russja jinkludu 7 apparenzi taħt Unjoni Sovjetika l-Unjoni Sovjetika
5: L-Iżrael għamel apparenza taħt iż-Żona Ażjatika

  • Nota: Il-FIFA ikkunsidrat lill-Ġermanja bħala l-eredi tar-rekords tal-Ġermanja tal-Punent. L-istess kien għas-Serbja (Serbja u Montenegro, u Jugożlavja); għar-Repubblika Ċeka (Ċekoslovakkja); u għar-Russja (Unjoni Sovjetika).
  • Il-Montenegro applikat biex tingħaqad mal-UEFA u l-FIFA fit-30 ta' Ġunju 2006. Ingħaqdet mal-UEFA fis-26 ta' Jannar 2007, u mal-FIFA fil-31 ta' Mejju 2007.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]