[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wales
Assoċjazzjoni Football Association of Wales / Cymdeithas Pêl-droed Cymru
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Wales Gary Speed
Stadju prinċipali Millennium Stadium
Kodiċi tal-FIFA WAL
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
It-tielet kulur

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales jirrapreżenta lill-pajjiż ta' Wales fix-xena internazzjonali tal-logħba tal-futbol. Hu hu kkontrollat mill-Football Association of Wales u hu it-tielet l-eqdem tim nazzjonali tal-futbol li jeżisti.

Minkejja li hi parti mir-Renju Unit, Wales minn dejjem kellha r-rappreżentanti tagħha li jilgħabu f'kampjonati kbar professjonali, imma mhux fil-Logħob Olimpiku minħabba li l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku jirrikonoxxi biss lir-Renju Unit.

Is-snin tal-bidu

[immodifika | immodifika s-sors]

Wales lagħbu l-ewwel logħba kompetittiva fil-25 ta' Marzu 1876 kontra l-Iskozja fi Glasgow, fejn hu hu t-tielet l-eqdem tim tal-futbol fid-dinja. Alavolja l-Iskoċċiżi rebħu f'din l-ewwel logħba 4-0, partita ta' ritorn kienet ippjanata f'Wales is-sena ta' wara u għalhekk dik kienet l-ewwel logħba internazzjonali ta' Wales ġewwa darhom, fejn intlagħbet fil-5 ta' Marzu 1887. L-Iskozja reġgħet rebħet, din id-darba 2-0.

L-ewwel logħba ta' Wales kontra l-Ingilterra kienet fl-1879 - telfa ta' 2-1 f'Kennington Oval, Londra u fl-1882 Wales lagħbet ma' l-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba u rebħet 7-1 f'Wrexham.

L-assoċċazzjonijiet ta' l-erba' pajjiżi tar-Renju Unit iltaqgħu f'Manchester nhar is-6 ta' Diċembru 1882, biex iniżżlu r-regoli importanti għal din il-logħba. Din il-laqgħa rat il-bidu tal-Board ta' l-Assoċċazzjoni tal-Futbol Internazzjonali (International Football Association Board) jew l-IFAB. Din l-organizazzjoni kienet se tapprova xi bidliet fir-regoli, xogħol li dawn l-erba' assoċċazzjonijiet għadhom jagħmlu sal-lum il-ġurnata.

Fl-istaġun 1883/84 ra l-formazzjoni tal-British Home Championship, kampjonat li kien milgħub kull sena bejn l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda ta' Fuq u Wales, sa l-istaġun 1983/84. Wales kienet rebbieħa għal tnax-il darba - 5 darbiet minnhom kienu maqsumim bejn iż-żewġ finalisti.

Il-Federazzjoni tal-Futbol ta' Wales (FAW) saret membru tal-FIFA fl-1906, imma r-relazzjoni bejn il-FIFA u l-assoċċazzjoni Brittanika ma tantx kienet tajba u n-nazzjonijiet Brittaniċi rtiraw mill-FIFA fl-1928 wara diskussjonijiet fuq il-ħlas tal-plejers dilettanti. Bħala riżultat, Wales ma ħaditx sehem fl-ewwel tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.

Fl-1932 Wales lagħbet kontra r-Repubblika Irlandiża, fejn din kienet l-ewwel darba li lagħbu kontra tim barra mill-erba' timijiet tar-Renju Unit. Sena wara, Wales lagħbet barra mir-Renju Unit għall-ewwel darba meta huma lagħbu kontra Franza f'Pariġi; il-partita spiċċat 1-1.

Skwadra attwali

[immodifika | immodifika s-sors]

Storja tal-Kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1930 sa l-1938 - Ma ħaditx sehem
  • 1950 sa l-1954 - Ma kkwalifikatx
  • 1958 - Kwarti tal-Finali
  • 1962 sa l-2010 - Ma kkwalifikatx
  • 1960 - Ma ħaditx sehem
  • 1964 sa l-2012 - Ma kkwalifikatx

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]