[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika Irlandiża
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Football Association of Ireland
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Steve Staunton, flimkien ma'
Sir Bobby Robson
Asst Kowċ Kevin MacDonald
Captain Robbie Keane
L-Aktar Dehriet Steve Staunton (102)
L-Aktar Gowls Robbie Keane (31)
Grawnd Nazzjonali Croke Park (Lansdowne Road qiegħed jittranġa)
L-Ewwel Internazzjonali Stat Liberu ta' l-Irlanda 1 - 0 Bulgarija
(Colombes, Franza; 28 ta' Mejju, 1924)
L-Ikbar Rebħa Repubblika Irlandiża 8 - 0 Malta
(Dublin, Irlanda; 16 ta' Novembru, 1983)
L-Ikbar Telfa Brażil 7 - 0 Repubblika Irlandiża
(Uberlândia, Brażil; 27 ta' Mejju, 1982)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li hu wieħed miż-żewġ timijiet nazzjonali ta' l-Irlanda, bit-tim l-ieħor ikun ta' l-Irlanda ta' Fuq. Hu hu mmexxi mill-Football Association of Ireland u hu membru tal-UEFA u l-FIFA. Alavolja kienu nvoluti fil-kompetizzjoni internazzjonali mill-1930, it-tim qatt ma kwalifika għal xi kompetizzjoni ta' importanza, imma wara l-Euro 1988 fil-Ġermanja huma rnexxielhom jagħmlu suċċess. Huma waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1990 u waslu wkoll sat-tieni rawnd tat-Tazza tad-Dinja 1994 u l-edizzjoni ta' l-2002.

L-Istat Ħieles tal-Irlanda

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-1882 u l-1924 l-Irlanda kienet irrapreżentata minn tim nazzjonali wieħed organizzat minn Belfast - ibbażat bħala l-Irish Football Association. Imbagħad fl-1920 l-Irlanda nqasmet bħala l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda t'Isfel. Fl-1922, l-Irlanda t'Isfel saret l-Istat Ħieles tal-Irlanda, biex imbagħad saret ir-Repubblika ta' l-Irlanda. Minħabba din il-bidla fis-sistemà politika, il-Football Association of Ireland (FAI) bdiet minn Dublin fl-1921 u bdiet torganizza kemm l-kampjonat nazzjonali u anki t-tim nazzjonali tagħha.

Fl-1923 il-FAI kienet rikonoxxuta mill-FIFA bħala l-assoċċazzjoni li tiggwida l-futbol fl-Istat Liberu ta' l-Irlanda, u fl-Olimpjadi ta' l-1924 fi Stade Olympique, huma rebħu 1-0 lill-Bulgarija, bil-plejer Paddy Duncan jiskorja l-ewwel gowl li qatt skorja t-tim. Fl-14 ta' Ġunju 1924, l-Istat Ħieles ta' l-Irlanda għamel id-debutt tiegħu ġewwa daru meta rebaħ lill-Istati Uniti 3-1 bi tripletta ta' Ed Brookes.

L-Istat Ħieles Irlandiż kellhom jistennew sal-21 ta' Marzu 1926 biex jilagħbu l-partita li jmiss. Din kienet partita barra minn darhom kontra l-Italja fejn tilfu 3-0. Din kienet l-ewwel partita internazzjonali fejn hiha kien hemm plejers professjonali. Fil-25 ta' Frar 1934, huma għamlu d-debutt fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta spiċċaw pari ta' 4-4 kontra l-Belġju fil-fażi ta' kwalifikazzjoni f'Daymount Park. Paddy Moore skorja erba' gowls għat-tim u sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja

Sa l-1980, ħafna mil-logħob li lagħbu f'darhom intalgħbu ġewwa Lansdowne Road f'Dublin, il-grawnd nazzjonali tat-tim tar-rugby. Dan il-grawnd huma magħluq minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li se jkomplu sa l-2009. L-ewwel logħba internazzjonali kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja fl-1971; ir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino fil-15 ta' Novembru 2006, kienet l-aħħar logħba li ntlagħbet f'dan il-grawnd. Il-grawnd jesa' aktar minn 36,000 persuna. Il-kostruzzjoni li qed issir se testendi l-kapaċità ta' dan il-grawnd għal 50,000.

Xi ftit mil-logħob ta' l-1980 tar-Repubblika Irlandiża ntlagħbu f'Daymount Park u l-aħħar partita li saret f'dan il-grawnd kienet fl-1990 kontra l-Marokk. It-tim lagħab ukoll xi partiti f'daru f'Tolka Park (darbtejn) u fir-Royal Dublin Society f'Dublin u kif ukoll f'Mardyke u fi Flower Lodge.

Minħabba l-proġetti fuq il-Lansdowne Road, grawnd ġdid kellu jospita l-logħob internazzjonali ta' l-Irlanda. L-uniku grawnd kapaċi li jospita futbol internazzjonali fih huwa Croke Park. Inizjalment, erba' logħbiet għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 sejrin jintlagħbu fi Croke Park matul l-2007.

Data Timijiet Riżultat
24 ta' Marzu 2007 Repubblika Irlandiża v Wales 1 - 0
28 ta' Marzu 2007 Repubblika Irlandiża v Slovakkja 1 - 0
13 ta' Ottubru 2007 Repubblika Irlandiża v Ġermanja -
17 ta' Ottubru 2007 Repubblika Irlandiża v Ċipru -

L-Iskwadra ta' l-Irlanda

[immodifika | immodifika s-sors]

Din hija l-iskwadra nazzjonali Kroata li qed tikkompeti għall-Euro 2008.

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 sa l-1986 - Ma kkwalifikatx
  • 1990 - Kwarti tal-Finali
  • 1994 - L-Aħħar Sittax
  • 1998 - Ma kkwalifikatx
  • 2002 - L-Aħħar Sittax
  • 2006 - Ma kkwalifikatx
  • 1960-1984 - Ma kkwalifikatx
  • 1988 - L-Ewwel Rawnd
  • 1968 - Ma ħaditx sehem
  • 1992-2004 - Ma kkwalifikatx

Plejers famużi tal-passat

[immodifika | immodifika s-sors]
  • John Aldridge
  • Jim Beglin
  • Packie Bonner
  • Liam Brady
  • Shay Brennan
  • Johnny Carey
  • Noel Cantwell
  • Tony Cascarino
  • Paddy Coad
  • Kenny Cunningham
  • Gerry Daly
  • Jimmy Dunne
  • Tony Dunne
  • Eamon Dunphy
  • Tommy Eglington
 
  • Peter Farrell
  • Bob Fullam
  • Johnny Giles
  • Don Givens
  • Ian Harte
  • Steve Heighway
  • Matt Holland
  • Ray Houghton
  • Charlie Hurley
  • Denis Irwin
  • Roy Keane
  • Gary Kelly
  • Mark Kinsella
  • Mark Lawrenson
  • Bill Lacey
 
  • Con Martin
  • Mick McCarthy
  • Paul McGrath
  • Kevin Moran
  • Paddy Moore
  • David O'Leary
  • Niall Quinn
  • Michael Robinson
  • Kevin Sheedy
  • Frank Stapleton
  • Steve Staunton
  • Alex Stevenson
  • Andy Townsend
  • Liam Touhy
  • Ronnie Whelan

L-Aktar Apparenzi

[immodifika | immodifika s-sors]
# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Steve Staunton 1989-2002
102
7
2
Niall Quinn 1986-2002
91
21
3
Tony Cascarino 1986-2000
88
19
4
Paul McGrath 1985-1997
83
8
5
Kevin Kilbane 1997-preżent
81
7
6
Packie Bonner 1981-1996
80
0
7
Shay Given 1996-preżent
80
0
8
Ray Houghton 1986-1998
73
6
9
Robbie Keane 1998-preżent
73
31
10
Kenny Cunnigham 1996-2005
72
0
11
Liam Brady 1975-1990
72
9

L-Aktar Gowls

[immodifika | immodifika s-sors]
# Isem Gowls
1
Robbie Keane
31
2
Niall Quinn
21
3
Frank Stapleton
20
4
Don Givens
19
5
Tony Cascanio
19
6
John Aldrige
19
7
Noel Cantwell
14
8
Gerry Dally
13
9
Jimmy Dunne
12
10
Ian Harte
11