[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ungerija
Ungerija
Psewdonimu Magyarok
Nemzeti Tizenegy
Assoċjazzjoni Magyar Labdarúgó Szövetség (MLSZ)
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Marco Rossi
Kaptan Ádám Szalai
Rekord ta' preżenzi Gábor Király, Balázs Dzsudzsák (108)
Rekord ta' gowls Ferenc Puskás (84)
Stadju prinċipali Puskás Aréna
Kodiċi tal-FIFA HUN
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 36 (Ottubru 2022)
L-ogħla 18 (April–Mejju 2016)
L-inqas 87 (Lulju 1996)
L-ewwel logħba
 Awstrija 5–0 Ungerija Ungerija
(Vjenna, Awstrija; 12 ta' Ottubru 1902)
L-ikbar rebħa
Ungerija Ungerija 13–1 Franza 
(Budapest, Ungerija; 12 ta' Ġunju 1927)
Ungerija Ungerija 12–0 Albanija 
(Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru 1950)
 Imperu Russu 0–12 Ungerija Ungerija
(Moska, Russja; 14 July 1912)
L-ikbar telfa
 Netherlands 8–1 Ungerija Ungerija
(Amsterdam, Netherlands; 11 ta' Ottubru 2013)
 Ġermanja 7–0 Ungerija Ungerija
(Cologne, Ġermanja; 6 ta' April 1941)
 Renju Unit 7–0 Ungerija Ungerija
(Stokkolma, Żvezja; 30 ta' Ġunju 1912)
Ungerija Ungerija 0–7 Ingilterra 
(Budapest, Ungerija; 10 June 1908)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 9 (l-ewwel fl-1934)
L-aqwa riżultat Finalisti telliefa (1938, 1954)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 4 (l-ewwel fl-1964)
L-aqwa riżultat It-tielet post (1964)

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija jirrappreżenta lill-Ungerija fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni Ungeriża tal-Futbol.

Fl-istorja tiegħu, it-tim Ungeriż rebaħ tliet titli Olimpiċi, spiċċa finalista tellief fit-Tazza tad-Dinja tal-1938 u l-1954, u t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej tal-1964. L-Ungerija kienet strumentali għal-logħba tal-futbol fis-snin ħamsin, meta bniet il-pedamenti tal-futbol totali u permezz tat-Tim tad-Deheb tagħhom li kien jinkludi lil-leġġenda Ferenc Puskás huma ddominaw il-futbol internazzjonali ta' dak iż-żmien.

It-Tim tad-Deheb

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba. Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956. L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-ratings ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien.

L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni. It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala "Il-Miraklu ta' Bern" (The Miracle of Bern). F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara offside, u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel foul ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx penalty.

L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968. It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974. Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena.

Il-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi.

L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess. Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953. Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863. Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954. Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra.

L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja. Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007. L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998).

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]