[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Ashley Young

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ashley Young
Informazzjoni personali
Isem sħiħAshley Simon Young
Twelid9 ta' Lulju 1985 (1985-07-09) (39 sena)
StevenageIngilterra
Tul1.75 m
RwolMidfilder, difensur laterali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliAston Villa
Numru18
Mixtliet
1995–2003Watford
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2007Watford
2007–2011Aston Villa
2011–2020Manchester United
2020–2021Inter
2021–Aston Villa
Tim nazzjonali
2006–2007Ingilterra U-21
2007–2018Ingilterra

Ashley Simon Young (twieled fid-9 ta' Lulju 1985) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab ma' Aston Villa.

Ta' tmintax-il sena iddebutta mal-ewwel tim ta' Watford taħt Ray Lewington f'Settembru tal-2003, fejn skorja kontra Millwall wara li kien daħal bħala sostitut.[1] Matul dak l-istaġun għamel ħames dehriet oħra minn fuq il-bank tas-sostituti, fejn skorja tliet gowls. Young spikka aktar fl-istaġun 2004–05 fejn lagħab 34 logħba ma' Watford fil-ġlieda tagħhom biex ikomplu jilgħabu fiċ-Championship. Minkejja li ma sabx ix-xibka f'ebda okkażjoni, hu assista numru ta' gowls. Il-prestazzjonijiet tiegħu f'dak l-istaġun rawh jiġi vvutat mill-klabb bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.

Taħt Aidy Boothroyd, matul l-istaġun 2005–06, Young ingħata rwol ġdid bħala attakkant. Young beda 41 logħba tal-kampjonat, fejn skorja 15-il darba, bit-tim jispiċċa promoss fil-Premier League.

L-esperjenza ta' Young fil-Premier League 2006–07 bdiet tajjeb, fejn skorja tliet gowls, fosthom gowl fl-aħħar minuta kontra Fulham. Fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar tal-2007, tliet klabbs offrew somma ta' £5 miljun għas-servizzi tal-plejer ta' taħt il-21 sena. Watford irrifjutaw dawn l-offerti, u anki offerta oħra ta' £7 miljun minn klabb mhux magħruf.[2]

Offerta ikbar ta' madwar £10 miljun minn West Ham United ġiet aċċettata, però, Young irrifjutaha minħabba li ma riedx jingħaqad ma' tim fejn ir-relegazzjoni kienet xi ħaġa li jridu jaffaċċjaw kull sena.[3]

Young qabel il-konfront kontra FH ta' Awwissu 2008, validu għat-Tazza UEFA.

Nhar it-18 ta' Jannar, Aston Villa għamlu offerta ta' £8 miljun (somma li kellha titla' għal £9.75 miljun wara ċerti klawżoli), offerta li ġiet aċċetta. Jumejn wara, il-kowċ ta' Aston Villa Martin O'Neill ikkonferma li l-plejer qabel li jingħaqad mal-klabb. Young għamel it-testijiet mediċi nhar il-21 ta' Jannar u l-uffiċjalità tal-ingaġġ tal-plejer waslet fit-23 ta' Jannar 2007.[4] Fil-31 ta' Jannar, hu mmarka d-debutt tiegħu għal Villa b'gowl ġewwa St James' Park kontra Newcastle United, minkejja li Villa ħarġu telliefa 3–1. L-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb għal Young, fejn irċieva diversi drabi l-unur tal-Plejer tal-Partita. Il-forma tajba tiegħu kienet premjata b'sejħa mat-tim nazzjonali. Matul dan l-istaġun, Young spiċċa t-tieni wara Cesc Fàbregas fin-numru ta' assists provduti, b'Young jagħmel 17-il wieħed.[5] Young ġie mniżżel fit-Tim tas-Sena tal-Premier League, fejn barra l-gowlkiper ta' Portsmouth David James, hu kien l-uniku plejer li ma kienx ġej mill-hekk imsejħa "L-Ikbar Erbgħa" (Chelsea, Arsenal, Liverpool u Manchester United)

Il-bidu tajjeb għall-istaġun 2008–09 rah jieħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' Settembru. Fl-4 ta' Novembru 2008, Young iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sal-2012.[6] L-istaġun intemm fuq nota pożittiva għal Young hekk kif ġie ivvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena skont il-PFA, u għat-tieni sena konsekuttiva sab post fit-Tim tas-Sena tal-PFA.

Fl-istaġun 2010–11 Young ġie maħtur bħala viċi-kaptan tal-iskwadra u beda jiġi skjerat f'pożizzjoni iktar ċentrali wara l-attakkant. L-ewwel gowl tal-istaġun wasal minn frikik dirett kontra Bolton Wanderers fit-18 ta' Settembru 2010. Is-sena ntemmet b'disa' gowls u 14-il assist f'39 partita għal Villa f'kull kompetizzjoni.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar it-23 ta' Ġunju 2011, Young kompla t-trasferiment tiegħu ma' Manchester United, fejn wara li kompla t-testijiet mediċi ffirma kuntratt ta' ħames għal somma mhux magħrufa.[7] L-ewwel gowls mal-klabb waslu fir-rebħa ta' 8–2 fuq Arsenal nhar it-28 ta' Awwissu.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara prestazzjonijiet eklatanti ma' Watford matul l-istaġun 2005–06 li tawh post qalb it-tim ta' taħt il-21 sena tal-Ingilterra, nhar il-31 ta' Awwissu 2007, Steve McClaren sejjaħ lil Young mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra għaż-żewġ partiti mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Russja u l-Iżrael. Fis-16 ta' Novembru 2007, Young finalment iddebutta bil-flokk Ingliż meta daħal bħala sostitut f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija.

Nhar it-12 ta' Ottubru 2010, Young beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax għall-Ingilterra kontra l-Montenengro, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012. Hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra d-Danimarka fid-9 ta' Frar 2011 ġewwa Kopenħagen, gowl li ta r-rebħa lill-Ingilterra 2–1. It-tieni gowl tiegħu wasal kontra l-Iżvizzera fl-4 ta' Ġunju 2011, fil-pari ta' 2–2.

Statistika tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Statistika korretta sat-23 ta' Ġunju 2011

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls
Watford 2003–04 5 3 0 0 1 0 6 3
2004–05 34 0 0 0 4 0 38 0
2005–06 39 13 1 1 0 0 3 1 43 15
2006–07 20 3 1 0 2 1 23 4
Total 98 19 2 1 7 1 3 1 110 22
Aston Villa 2006–07 13 2 0 0 0 0 13 2
2007–08 37 8 1 0 1 0 39 8
2008–09 36 8 3 0 1 0 8 2 48 10
2009–10 37 5 6 2 5 2 2 0 49 9
2010–11 34 7 2 0 3 2 1 0 39 9
Total 157 30 12 2 10 4 11 2 190 38
Manchester United 2011–12 6 2 0 0 0 0 1 1 1 0 8 3
Total 6 2 0 0 0 0 1 1 1 0 8 3
Total tal-karriera 261 52 14 3 17 5 12 3 4 1 3068 64

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ "Young tipped for big Villa impact" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-23. Miġbur 2008-08-20.
  2. ^ "Watford reject £7m bid for Young" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-12. Miġbur 2007-01-12.
  3. ^ "Young rejects Hammers move" (bl-Ingliż). Eurosport. 2007-01-15. Miġbur 2007-01-15.
  4. ^ "Young completes £9.65m Villa move" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-23. Miġbur 2007-01-23.
  5. ^ "Statistics" (bl-Ingliż). Premier League. Miġbur 2008-08-19.
  6. ^ "Young signs four-year Villa deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-11-04. Miġbur 2008-11-04.
  7. ^ Coppack, Nick (2011-06-23). "Reds sign Ashley Young" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2011-06-23.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]