[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Virginia Woolf

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Virginia Woolf

Vuċi
Ħajja
Isem propju Adeline Virginia Stephen
Twelid Londrau Hyde Park Gate, 25 Jannar 1882
Nazzjonalità Renju Unit
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Renju Unit
Residenza Monk's House (en) Translate
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Lewes, 28 Marzu 1941
Post tad-dfin Monk's House (en) Translate
Kawża tal-mewt suwiċidju
Familja
Missier Leslie Stephen
Omm Julia Stephen
Konjuga/i Leonard Woolf (en) Translate  (10 Awwissu 1912 -  28 Marzu 1941)
Koppja/i Vita Sackville-West (mul) Translate
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Kulleġġ tar-Re f’Londra
Lingwi Ingliż
Għalliema Ernest de Sélincourt (en) Translate
Janet Case (en) Translate
Clara Pater (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni rumanzier
saġġist
awtobijografu
novellist
djarist
kritiku letterarju
pubblikatur
kittieb
attivista tad-drittijiet tan-nisa
awtur
Xogħlijiet importanti To the Lighthouse (en) Translate
Mrs Dalloway (en) Translate
Orlando: A Biography (en) Translate
A Room of One's Own (en) Translate
The Waves (en) Translate
Influwenzat minn Jane Ellen Harrison (mul) Translate
George Eliot
Moviment Bloomsbury Group (en) Translate
Moviment artistiku drama
proża

Adeline Virginia Woolf (IPA: /wʊlf/; née Stephen) twieldet fil-25 ta’ Jannar tal-1882 u mietet fit-28 ta’ Marzu tal-1941. Hi kienet kittieba Ingliża, meqjusa bħala waħda mill-aktar kittieba importanti tal-moderniżmu tas-seklu għoxrin, kif ukoll pijunier fl-użu tan-nixxiegħa tal-kuxjenza bħala teknika għan-narrattiva.

Woolf twieldet f’familja sinjura f’South Kensington, Londra, u hija s-seba’ wild ta’ Julia Prinsep Jackson u Leslie Stephen. Fosthom kien hemm il-pittriċi modernista Vanessa Bell.  Minn ta’ età żgħira, hi rċiviet l-edukazzjoni tagħha f’darha, b’enfasi fuq il-klassiċi Ingliżi u  l-letteratura tal-era Vittorjana. Mill-1897 sal-1901, hija attendiet id-Dipartiment tan-Nisa f’King's College London, fejn studjat il-klassiċi u l-istorja. Barra minn hekk, Woolf, f’dan id-dipartiment, iltaqgħet ma’ riformisti involuti fl-edukazzjoni terzjarja tan-nisa, kif ukoll riformisti tal-moviment għad-drittijiet tan-nisa.

Fl-1900, Woolf bdiet tikteb professjonalment grazzi għall-inkoraġġiment ta’ missierha. Wara l-mewt tiegħu fl-1904, il-familja Stephen imxiet minn Kensington għall-belt iktar nonkonformista ta’ Bloomsbury. Hawnhekk, il-familja Stephen, flimkien ma’ xi ħbieb intellettwali, għaqqdet il-grupp artistiku u letterarju Bloomsbury Group. Fl-1912, l-awtriċi żżewġet lil Leonard Woolf. Fl-1917, il-koppja waqqfet il-Hogarth Press, fejn Woolf ippublikat ħafna minn xogħolha. Apparti minn hekk, huma krew dar ġo Sussex li bdew jgħixu fiha b’mod permanenti fl-1940. Madankollu, Woolf kellha relazzjonijiet romantiċi man-nisa, fosthom ma’ Vita Sackville-West, li wkoll kienet tippublika l-kotba tagħha ma’ Hogarth Press. Għaldaqstant, il-kitba letterarja ta’ dawn iż-żewġ awturi ġiet ispirata mir-relazzjoni tagħhom, li baqgħet għaddejja sal-mewt ta’ Woolf.

Fil-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjin, Woolf kienet tifforma parti importanti mis-soċjetà letterarja u artistika ta’ Londra. Fl-1915 ippublikat l-ewwel rumanz tagħha The Voyage Out permezz tad-dar tal-pubblikazzjoni Gerald Duckworth and Company li hija ta’ ħuha min-naħa ta’ ommha. L-iktar xogħlijiet magħrufin tagħha jinkludu n-novelli Mrs Dalloway (1925), To the Lighthouse (1927) u Orlando (1928). Hija magħrufa wkoll għall-esejs tagħha, fosthom A Room of One's Own (1929). Woolf saret persuna prominenti tal-Moviment tal-Kritika Feminista tas-snin sebgħin. Madankollu, ix-xogħlijiet tagħha ġibdu attenzjoni kbira tant li diversi kummentarji kkunsidrawha bħala ispirazzjoni għall-feminiżmu. Xogħolha ġie tradott f’iktar minn ħamsin lingwa u ammont kbir ta’ xogħol letterarju ġie ddedikat għal ħajjitha.  Woolf kienet ukoll sors ta’ ispirazzjoni għal diversi drammi, rumanzi u films. Illum il-ġurnata, Woolf hija mfakkra b’monumenti, b’soċjetajiet iddedikati għal xogħolha, kif ukoll b’binja fl-Universitá ta’ Londra.

Tul ħajjitha, Woolf kienet inkwetata minn mard mentali . Hija ġiet istituzzjonalizzata diversi drabi u ppruvat suwiċidju mill-inqas darbtejn. Skont Dalsimer (2004), il-marda tagħha kienet ikkaratterizzata minn sintomi li llum kienu djanjostikati bħala diżordni bipolari, li għalih ma kien hemm l-ebda trattament effettiv matul ħajjitha. Fl-1941, fl-età ta’ 59 sena, Woolf mietet billi għerqet fix- Xmara Ouse f’Lewes .