Titan
Dan l-artiklu dwar il-mitoloġija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Skont il-mitoloġija Griega, it-Titani kienu t-tnax-il wild ta' Gaea u Uranu, l-art u s-sema, flimkien ma' wħud mill-ulied tat-tnax. Magħrufin għad-daqs enormi u għas-saħħa barranija tagħhom, it-Titani kienu għal żmien twil il-ħakkiema supremi tal-univers. Kronu, l-iktar Titan importanti, kien il-ħakkiem tal-univers sa ma tneħħa mit-tron minn ibnu Żews. Fost il-bqija tat-Titani hemm Oċeanu, ix-xmara li kienet tiċċirkola madwar id-dinja; Tetis, il-mara tiegħu; Mnemosine, l-alla mara tal-memorja; Temis l-alla mara tal-ġustizzja divina; Iperjone, il-missier tax-xemx, tal-qamar u taż-żerniq; Iapetu, missier Prometeu, li ħalaq il-bnedmin; u Atlas, dak li kien iżomm id-dinja fuq spallejh.
Meta Żews ħadha kontra missieru, mit-Titani kollha, Prometeu u Oċeanu biss tawh daqqa t'id, u b'hekk kienu onorati waqt li l-oħrajn kienu kkundannati jgħammru f'Tartaru. Mal-milja taż-żmien, iżda, Żews reġa' għamel ħbieb mat-Titani, u Kronu inħatar bħala l-mexxej waqt l-Era tad-Deheb.