[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Nataliya Kobrynska

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nataliya Kobrynska
Ħajja
Twelid Beleluia, 8 Ġunju 1855, 8 Ġunju 1851
Nazzjonalità Awstrija-Ungerija
Repubblika Popolari tal-Ukrajna tal-Punent
Mewt Bolekhiv, 22 Jannar 1920
Kawża tal-mewt  (tifu)
Familja
Missier Ivan Ozarkevych
Edukazzjoni
Lingwi Ċek
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
attivista tad-drittijiet tan-nisa
editur
femminista

Nataliya Kobrynska (twieldet fit-8 ta' Ġunju 1851 – mietet fit-22 ta' Jannar 1920) kienet kittieba, femminista Soċjalista[1] u attivista Ukrena.

Hija kienet bint ir-Reverendu Ivan Ozarkevych, qassis li iktar 'il quddiem ġie elett fil-Parlament tal-Awstrija, u Teofilia Okunevska, u twieldet bl-isem Nataliya Ozarkevych fil-villaġġ ta' Beleluia fil-provinċja ta' Galicia f'Halychyna. Dak iż-żmien, in-nisa ma kinux jitħallew ikomplu bl-edukazzjoni iktar mil-livell elementari u b'hekk ġiet mgħallma l-iktar mid-dar. Hija studjat diversi lingwi: il-Ġermaniż, il-Franċiż, il-Pollakk u r-Russu, u qrat il-letteratura minn bosta pajjiżi. Fl-1871 iżżewġet lil Theofil Kobrynsky. Huwa miet ftit snin wara u kellha terġa' lura f'Bolekhiv biex tgħix mal-ġenituri tagħha.[2]

Kobrynska marret Vjenna ma' missierha, fejn iltaqgħet ma' Ivan Franko; Franko ħeġġiġha tissielet biex ittejjeb l-istatus tan-nisa Ukreni u biex tħeġġiġhom jitħabtu għall-ugwaljanza meta mqabbel mal-irġiel. Fl-1884 organizzat it-Tovarystvo Rus'kykh Zhinok (l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Ukreni) biex teduka lin-nisa billi tesponihom għal-letteratura u billi tippromwovi d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tan-nisa. Fl-1890 kienet parti minn delegazzjoni li poġġiet pressjoni fuq il-Ministru għall-Edukazzjoni biex jippermetti lin-nisa jattendu l-università. Hija kienet ukoll favur is-suffraġju universali, l-indukrar tat-tfal binhar u l-kċejjen komunali.[3]

Hija kitbet l-ewwel storja qasira tagħha Shuminska (iktar 'il quddiem magħrufa bħala The Spirit of the Times, fl-1883; is-sena ta' wara, hija kitbet in-novella For a Piece of Bread. Fl-1887, flimkien ma' Olena Pchilka, hija editjat Pershy vinok (L-Ewwel Girlanda), ġabra ta' kitbiet ta' nisa Ukreni. Il-kumpanija tal-pubblikazzjoni ta' Kobrynska, Zhinocha Sprava (Il-Kawża tan-Nisa) ipproduċiet tliet ħarġiet ta' almanakki tan-nisa msejħa Nasha dolya (Id-Destin Tagħna).

Nataliya Kobrynska mietet f'Bolekhiv fl-1920.[3]

Ix-xogħol tagħha ġie tradott bl-Ingliż għall-ġabriet The Spirit of the Times (1998) u Warm the Children, O Sun (1998).

  1. ^ Bohachevsky-Chomiak, Martha (1988). Feminists Despite Themselves: Women in Ukrainian Community Life, 1884-1939. CIUS Press. p. 71.
  2. ^ de Haan, Francisca; Daskalova, Krasimira; Loutfi, Anna (2006). Biographical Dictionary of Women's Movements and Feminisms in Central, Eastern, and South Eastern Europe: 19th and 20th Centuries. pp. 244–47. ISBN 9637326391.
  3. ^ a b "Kobrynska Biography". www.languagelanterns.com. Miġbur 2022-05-09.