[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Kappar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kappar
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniBrassicales (en) Brassicales
FamiljaCapparaceae (en) Capparaceae
ĠeneruCapparis (en) Capparis
speċi Capparis spinosa
Linnaeus, 1753
Informazzjoni ġenerali
Sors caper (en) Translateu caper berry (en) Translate


Capparis spinosa, imsejħa wkoll pjanta tal-kappar jew arbuxell tal-kappar[1] hija pjanta perenni li għandha weraq tondi ta' lewn aħdar skur u fjuri kbar bojod.[2][3][4]

Din il-pjanta hija magħrufa l-aktar għall-blanzuni tal-fjuri li jittieklu (kappar) u l-frotta tal-kappar li tintuża bħala ħwawar mal-ikel.[5] Kemm il-kappar u l-frott tal-kappar huma ġeneralment ikkunsmati b'mod immellaħ u ppreservati fis-salmura[5] Speċi oħra ta' Capparis bħal Capparis orientalis tintuża wkoll flimkien ma' C. spinosa għall-blanzuni jew il-frott tagħhom. Partijiet oħra tal-pjanta tal-kappar jintużaw fil-manifattura ta' prodotti mediċinali u kożmetiċi.[6]

Capparis spinosa tikber kważi fil-pajjiżi Mediterranji kollha, iżda mhuwiex ċert jekk din il-pjanta hijiex indiġena għal dan ir-reġjun.[7] Il-familja ta' Capparis spinosa, il-Capparaceae, setgħet oriġinat fit-tropiċi u aktar tard infirxet u stabbiliet ruħha fir-reġjun tal-Mediterran.[8]

L-istatus tassonomiku ta' din l-ispeċi huwa kontroversjali u mhux stabbilit. L-ispeċi fi ħdan il-ġeneru Capparis huma varjabbli ħafna, u fl-istorja evoluzzjonarja tal-ġeneru Capparis kien hemm ħafna ibridi interspeċifiċi li kienu komuni.[9] Għalhekk, xi awturi jqisu li taħt l-isem C. spinosa hemm ħafna speċijiet distinti.[10] Filwaqt li speċijiet ta' kappar oħra huma varjetajiet jew sottospeċijiet,[11][12] xi awturi huma wkoll tal-fehma li t-takson C. spinosa huwa ibridu bejn iż-żewġ speċijiet; Capparis orientalis u Capparis sicula. [13]

Fil-gżejjer Maltin, l-ispeċi tal-ġeneru Capparis li huma preżenti fis-selvaġġ huma protetti bil-ligi Maltija [14]

Weraq u blanzuni tal-fjuri tal-kappar
Caper Flower in Behbahan, Iran
Fjura tal-kappar f'Behbahan

Il-pjanta għandha forma ta' arbuxell b'ħafna friegħi, b'weraq oħxon f'forma ovali ta' lewn aħdar ileqq. Il-weraq huwa rranġat b'mod li jalterna tul iz-zokk. Filwaqt li l-fjuri huma kbar, kompluti, fragranti b'riħa ħelwa u jagħtu fl-għajn, b'erba' sepali u petali bojod b'lewn li jagħti għar-roża fl-abjad, b'ħafna stamini twal ta' kulur vjola, u b'stigma waħda li ġeneralment togħla sew 'il fuq mill-istamini.[15]

Firxa internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Capparis spinosa hija mifruxa madwar il-Baċir tal-Mediterran kollu, fil-Peniżola Għarbija, u partijiet mill-Punent tal-Asja u l-Asja ċentrali.[16]

Fin-Nofsinhar tal-Ewropa tinstab fin-Nofsinhar ta' Spanja u tal-Portugall, fil-Lvant ta' Spanja inklużi l-Gżejjer Baleariċi, in-naħa ta' Franza li qegħda mal-kosta tal-Mediterran inkluża Korsika, fl-Italja inklużi l-gżejjer ta' Sqallija u ta' Sardenja, fil-gżejjer Dalmazjani tal-Kroazja, fl-Albanija, fil-Greċja u fil-Gżejjer Griegi, fil-Punent u fin-Nofsinhar tat-Turkija, f'Ċipru u fuq il-Peniżola tal-Krimea fl-Ukrajna. Fi Spanja din il-pjanta tinstab tikber sa 1,300 metru ta' elevazzjoni mil-livell tal-baħar.[7][13]

Filwaqt li fl-Afrika tinstab fit-Tramuntana tal-Afrika kollha u fil-Muntanji Atlas tal-Marokk, fejn tikber mal-livell tal-baħar sa 2,000 metru ta' elevazzjoni, tinstab ukoll fit-Tramuntana tal-Alġerija (Kabylie, iż-żona kostali tal-Alġerija, Bouzaréa, u Oran) u l-Muntanji Hoggar tas-Saħara Alġerina, fit-Tramuntana tas-Saħara tat-Tuneżija, u Cyrenaica fil-Libja.[13]

Fil-Punent tal-Asja tinstab tul il-Lvant tal-Mediterran mil-Libanu, san-Nofsinhar tal-Peniżola tas-Sinaj fl-Eġittu. Tinstab ukoll fin-Nofsinhar tal-Kawkasu fl-Armenja, fl-Ażerbajġan, fil-Ġeorġja, u l-Grigal tat-Turkija.[13] Fil-Peniżola Għarbija, tinstab fl-Oman, fil-Jemen inkluż f'Socotra, u fil-provinċja ta' Asir fl-Arabja Sawdija. Fl-Asja ċentrali tikber fil-muntanji taċ-ċentru tal-Afganistan, il-medda t'isfel tal-Karakoram fit-Tramuntana tal-Pakistan u f'Ladakh, kif ukoll fit-Taġikistan, fil-Kirgiżistan u fil-Lvant tal-Użbekistan.[13]

Rekwiżiti ambjentali

[immodifika | immodifika s-sors]
Fjura tal-kappar f'Nahal Neqarot, fin-Nofsinhar ta' Iżrael
Frotta tal-kappar misjura miftuħa, turi ż-żerriegħa sewda fiċ-ċentru tal-frotta

L-arbuxxell tal-kappar jeħtieġ klima semiarida jew niexfa. L-arbuxxell tal-kappar evolva serje ta' mekkaniżmi li jnaqqsu l-impatti ta' livelli għoljin tar-radjazzjoni, temperatura għolja ta' kuljum, u ilma tal-ħamrija insuffiċjenti fuq il-weraq u l-pjanta inġenerali matul il-perjodu tat-tkabbir tagħha.[17][18]

L-arbuxell tal-kappar għandu reazzjoni interessanti għal żidiet f'daqqa fl-umdità; din tifforma bħal daqqiet fuq wiċċ il-werqa. Din il-formazzjoni ma tagħmilx ħsara, peress li l-pjanta tadatta malajr għall-kundizzjonijiet il-ġodda u tipproduċi weraq mhux affettwat.[19]

L-arbuxxell tal-kappar juri wkoll karatteristiċi ta' adattament għall-ħamrija mhux għammiela.[20] Din l-ispeċi għandha proporzjon għoli ta' għeruq/rimjiet u l-preżenza ta' mikorriżi li jservu sabiex tassorbi kemm tista' minerali minn ħamrija mhux għammiela. Razez differenti ta' batterji li jipproduċu n-nitroġenu ġew iżolati mir-riżosfera tal-arbuxxell tal-kappar, u nstab li dawn il-batterji għandhom rwol fiż-żamma ta' riżervi għoljin ta' elementi li jnaqqsu t-tkabbir tal-pjanta.[21]

Kultivazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-arbuxxell tal-kappar ġie introdott bl-għan ta' kultivazzjoni f'xi pajjiżi Ewropej f'dawn l-aħħar erba' deċennji.[22] L-importanza ekonomika tal-kultivazzjoni tal-pjanta tal-kappar wasslet għal żieda sinifikanti fiż-żona li qiegħda taħt kultivazzjoni u livelli ta' produzzjoni matul l-aħħar tas-snin tmenin. Iż-żoni ewlenin tal-produzzjoni jinstabu f'ambjenti ħorox f'pajjiżi bħall-Iraq, il-Marokk, ix-Xlokk tal-Peniżola Iberika, it-Turkija, il-gżira Griega ta' Santorini, u l-gżira Taljana ta' Pantelleria, u l-Gżejjer Eolji, speċjalment Salina.[22] Il-kappar minn Pantelleria u l-gżira tal-Eolji huma rikonoxxuti bħala prodotti Ewropej IĠP.[23] Din il-pjanta tal-kappar żviluppat mekkaniżmi speċjali sabiex tgħix f'kundizzjonijiet Mediterranji u l-introduzzjoni f'artijiet semiaridi tista' tgħin biex tevita t-tfixkil tal-ekwilibriju ta' dawk l-ekosistemi fraġli kif ukoll toħloq l-industrija ta' din il-pjanta għall-kultivazzjoni f'dan ir-reġjun.[24]

Perjodu ta' ħsad ta' tliet xhur huwa meħtieġ għall-profitt, kif ukoll xemx diretta għal żmien twil matul il-ġurnata tul il-perjodu tat-tkabbir biex tiġi żgurata produzzjoni għolja.[22] L-arbuxxell tal-kappar jista' jiflaħ temperaturi ta' aktar minn 40 °C fis-sajf, iżda huwa sensittiv għas-silġ matul il-perjodu veġetattiv tiegħu.[25] L-arbuxxell tal-kappar jista' jgħix f'temperaturi baxxi fil-forma ta' zokk imneżża' mill-weraq, kif jiġri fl-għoljiet tal-Alpi.[6] Xi tħawwil f'reġjuni Taljani u Arġentini wrew li l-arbuxxelli tal-kappar jifilħu għar-riħ qawwi mingħajr problemi ta' xejn. Dan iseħħ minħabba l-arkitettura dekumbenti tal-pjanta u l-konsistenza korjaċeja tal-weraq f'xi popolazzjonijiet.[26][27]

Id-distribuzzjonijiet magħrufin ta' kull speċi jistgħu jintużaw sabiex tiġi identifikata l-oriġini tal-kappar li jkun manifatturat kummerċjalment.[7][28]

L-arbuxxell tal-kappar hija speċi rupikoloża.[29] Hija mifruxa f'żoni tal-blat u titkabbar fuq tipi differenti tal-ħamrija, inklużi l-alfisols, ir-regosols, u l-litosols.[30] F'postijiet oħra tal-Ħimalaja, C. spinosa jittollera tafal, ħama u ħamrija tal-wiċċ ramlija, blat jew żrar, li għandu kontenut ta' inqas minn 1 % materja organika. Il-kappar jikber ukoll fuq blat vojt, xquq fil-ġebel, u fl-għaram tar-ramel fil-Pakistan, f'irdumijiet tal-ġebla tal-ġir nexfin tar-reġjun Adrijatiku, f'ekosistemi kostali niexfa tal-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija u l-Marokk f'żoni tranżizzjonali bejn l-għadajjar tal-melħ mal-kosta u d-deżerti kostali tal-Eġittu.[13][31] Tikber ukoll spontanjament fix-xquq tal-ħitan ta' fortizzi Rumani antiki, fuq il-Ħajt tal-Punent tal-Muntanja tat-Tempju f'Ġerusalemm u fuq is-swar tal-kastell ta' Santa Bárbara (Alicante, Spanja).[32][33] Il-pjanti tal-kappar li jikbru b'suċċess huma dominanti fuq is-swar medjevali magħmulin mill-ġebla tal-franka ta' Alcudia u s-swar ta' Palma (Majorka, Spanja).[32] Dan wassal għal problemi serji għall-ħarsien tal-monumenti, peress li din il-pjanta saret invażiva u tkabbar il-fili fil-ġebel bl-għeruq tagħha minn fejn jista' jidħol l-ilma tax-xita ġol-monument u ssirlu aktar ħsara.[33]

Propagazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Pjanta tal-kappar bil-fjuri, li dalwaqt jsiru frott tal-kappar

Il-kappar jista' jitkabbar faċilment minn żerriegħa friska miġbura minn frott misjur u mħawla f'taħlita apposta biex tinżera ż-żerriegħa fiha. In-nebbieta jibdew jidhru minn ġimagħtejn sa erba' ġimgħat wara ż-żriegħ. Żrieragħ li huma qodma u maħżuna jidħlu fi stat ta' rqad u jkollhom bżonn perjodu kiesaħ ta' stratifikazzjoni sabiex jiġġerminaw. L-embrijuni vijabbli fiż-żerriegħa jiġġerminaw fi żmien tlieta sa erbat ijiem wara t-tneħħija parzjali tal-kisjiet tal-qoxra taż-żerriegħa iebsa. [34] Il-kisi taż-żerriegħa u l-muċilaġni madwar iż-żrieragħ jistgħu jkunu adattamenti ekoloġiċi sabiex jiġi evitat it-telf tal-ilma miż-żerriegħa u jikkonservaw il-vijabbiltà taż-żerriegħa matul l-istaġun niexef sakemm jiġġerminaw meta jerġa' jasal l-istaġun tax-xita fil-ħarifa.[35]

Il-propogazzjoni bil-biċċiet jevita varjabbiltà għolja fil-produzzjoni u fil-kwalità tal-kappar. Madankollu, pjanti mkabbra minn qatgħat huma aktar dgħajfin għan-nixfa matul l-ewwel snin ta' ħajjithom wara t-tħawwil. L-arbuxxell tal-kappar għandu tip ta' injam li diffiċli biex ikabbar l-għeruq, għalhekk l-propagazzjoni b'suċċess teħtieġ konsiderazzjoni tal-fatturi staġjonali u bijologiċi tal-post.[36] Hemm ċans akbar ta' suċċess bit-tnissil u l-produzzjoni tal-għeruq meta jintuża injam ta' sena, u dejjem jiddependi skont il-perjodu tal-ħsad u l-materjal tat-tħawwil użat.[36] Il-propagazzjoni minn qatgħat taz-zokk huwa l-metodu l-aktar użat għat-tkabbir tal-varjetajiet "Mallorquina" u "Italiana" fi Spanja u "Nocella" fil-Gżejjer Eolji, speċjalment f'Salina. Il-qatgħat taz-zkuk tal-injam iebsin ivarjaw fit-tul minn 15 sa 50 cm, u l-wisa' tal-qatgħat jista' jvarja minn 1.0 cm sa 2.5 cm.[37] Metodu ieħor huwa li jinġabru z-zkuk minn Frar sal-bidu ta' Marzu, iz-zkuk jiġu trattati b'funġiċida bħal Captan jew Captafol u jkunu stratifikati barra jew f'kamra f'temperatura ta' 3-4 °C, miksijin bir-ramel jew b'kontenitur tal-plastik. L-umdità għandha tiġi mħarsa bir-reqqa u miżmuma f'livell għoljin sakemm il-pjanti jkunu kabbru l-għeruq u jitħawlu.[38][39] Bl-użu ta' biċċiet li jkunu għadhom ħodor u ma sarux bl-injam iebes jistgħu jiġu miġbura u mħawla matul Awwissu u Settembru, għalkemm b'dan il-metodu jkun hemm rati baxxi ta' suċċess (taħt it-30 %). Il-biċċiet b'zokk artab jinqatgħu f'April minn rimjiet li jkun għandhom bejn 25 u 30 jum. Kull biċċa għandu jkun fiha mill-inqas żewġ nodi u tkun twila bejn 6 cm sa 10 cm. Il-biċċiet li jkunu fil-bażi li jmissu mal-ħamrija u dawk li jinstabu fin-nofs taz-zokk huma aħjar għat-tnissil bil-biċċa mill-biċċiet taz-zokk li jkunu tat-tarf tar-rimja minn fejn iz-zokk jagħmel weraq ġdid. Imbagħad, il-biċċiet li jkunu għamlu l-għeruq u saru pjanti ġodda, imsejħin żraġen, jitħawlu f'serra li żżomm kemm is-sħana kif ukoll l-umdità. Iż-żraġen jistgħu jiġu mħawla fi spazju ta' 150 sa 200 pjanta f'metru kwadru (m2).[24]

Kultivazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

It-temperaturi medji fiż-żoni taħt kultivazzjoni huma aktar minn 14 °C (57 °F) matul is-sena. Dawn jikkonsistu fi klima b'rebbiegħa bix-xita reġolari u sajf sħun u niexef, li huma fatturi klimatiċi tajbin għat-tkabbir tal-kappar. [40] L-arbuxxell tal-kappar huwa perenni, jittollera n-nixfa u għalhekk jintuża għat-tisbieħ tal-ġonna u toroq minħabba li l-għeruq tal-kappar inaqqsu milli tintilef il-ħamrija mal-ilma. Barra minn hekk tintuża għar-riġenerazzjoni tal-ekosistemi degradati bħal għoljiet tal-blat wieqfa, għaram tar-ramel jew ekosistemi fraġli semiaridi li huma ekoloġikament fraġli.[41][42]

It-tħawwil tal-kappar jibqa' produttiv bejn 25 sa 30 sena. [43] Għalhekk, il-proprjetajiet fiżiċi tal-ħamrija bħat-tip ta' ħamrija u l-fond tal-ħamrija huma partikolarment importanti. L-arbuxxelli tal-kappar jistgħu jiżviluppaw sistemi ta' għeruq estensivi u jikbru l-aħjar f'ħamrija fonda, li ma tkunx stratifikata, imma tat-tip medja; ma tkunx la aċidiża u lanqas alkalina. Il-ħrit isir bil-moħriet qabel mal-arbuxxelli tal-kappar jiġu stabbiliti.[42] Il-kultivazzjoni tal-kappar tista' titjieb permezz ta' ħrit fil-fond fejn il-ħamrija tinħadem f'fond ta' bejn 0.6 sa 1 m. F'Pantelleria, it-tħaffir ta' ħofor għal kull arbuxxell tal-kappar permezz ta' gaffa nstab li kien l-aktar mezz effettiv biex jiġi kkultivat il-kappar f'ħamrija tal-blat. Jintużaw żewġ disinji tat-tħawwil, il-kwadru/rettangolu u s-sistema ta' windbreakers ħajjin. L-ispazjar bejn arbuxxell u l-ieħor huwa ddeterminat mill-ekosistema u mill-ispeċi tal-post, il-fertilità tal-ħamrija, it-tagħmir użat u l-metodu ta' irrigazzjoni sakemm il-pjanti ma jitħallewx jikbru mingħajr għajnuna tal-bniedem.[44]

Il-blanzuni tal-kappar normalment jinġabru kull filgħodu waqt żmien il-ħsad.[5] Minħabba li l-iżgħar blanzuni għandhom iktar valur monetarju, il-ġbir ta' kuljum huwa tipiku sabiex il-blanzuni żgħar jinġabru mill-ewwel qabel ma dawn jikbru aktar.[5][45]

Il-kappar jista' ukoll jinġabar minn arbuxxelli li jikbru fis-selvaġġ, f'liema każ huwa meħtieġ li tkun taf li l-pjanta mhix waħda mill-ispeċijiet velenużi ta' Capparis u pjanti oħrajn li jidhru morfoloġikament simili.[5][46] L-arbuxxell tal-kappar normalment ikollu xewk mgħawweġ li jista' jobrox il-ġilda tan-nies li jaħsdu l-blanzuni, għalkemm ġew żviluppati ftit varjetajiet bla xewk li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kappar mill-arbuxxell.[5]

Użu tal-kappar għall-ikel

[immodifika | immodifika s-sors]
Kappar ippreservat fis-salmura ġo vażett

Il-blanzun tal-kappar immellaħ u tas-salmura (imsejjaħ sempliċement "kappar") jintuża bħala ħwawar mal-ikel. Il-kappar huwa ingredjent komuni fil-kċina Mediterranja, speċjalment fl-ikel Ċiprijott, Taljan, Grieg, Eoljan u Malti.[5] Il-frott mhux matur tal-arbuxxell tal-kappar jiġi ppreparat bl-istess mod u kkummerċjalizzat bħala "frott tal-kappar". Frott kompletament matur mhuwiex ippreferut, peress li fih ħafna żerriegħa iebsa.[45]

Il-blanzuni, meta jkunu saru u lesti sabiex jinġabru jkunu ta' lewn aħdar skur taż-żebbuġa u jvarja fid-daqs minn taħt seba' millimetri (0.28 pulzieri) għal aktar minn erbatax-il millimetru (0.55 pulzieri). Il-kappar jitħalla fis-salmura tal-melħ jew f'soluzzjoni ta' melħ u ħall wara li jinġabar u mbagħad jitbattal. It-togħma tal-kappar hija intensa, xi kultant deskritta bħala simili għall-bżar iswed jew għall-mustarda. Din it-togħma hija żviluppata hekk kif il-glukokapparin, molekula tal-glikosida, tiġi rilaxxata minn kull blanzun tal-kappar.[5] Din ir-reazzjoni enżimatika twassal għall-formazzjoni tar-rutin, spiss meqjusin bħala tikek bojod kristallizzati fuq l-uċuħ tal-blanzuni tal-kappar individwali.[47]

Il-kappar huwa ingredjent distintiv fil-kċina Taljana, speċjalment fit-tisjir Sqalli, Eoljan u fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Italja. Huwa użati regolarment fl-insalati, insalati tal-għaġin, platti tal-laħam u zlazi tal-għaġin. Eżempji ta' użu fil-kċina Taljana huma fil-platti ta' tiġieġ imsajjar stil piccata u fl-ispaghetti alla puttanesca.[48]

Il-kappar huwa ingredjent fiz-zalza tartar u servut mas-salamun kiesaħ affumikat jew platti tas-salamun vulkanizzat, speċjalment lox jew krema tal-ġobon. Il-kappar u l-frotta tal-kappar huma kultant alternattiva minflok iż-żebbuġ biex iżejnu cocktail Martini.[49][50]

Il-kappar huwa mibjugħ skont id-daqs tiegħu, bl-iżgħar daqsijiet ikunu l-aktar mixtieqa: non-pareil (sa 7 mm), surfini (7–8 mm), kapuċini (8-9 mm), capotes (9–11 mm), fini (11–13 mm), u grusas (14+ mm). Jekk il-blanzun tal-kappar ma jinġabarx, dan jiffjorixxi u jipproduċi l-frotta tal-kappar.[5] Fil-Greċja l-frott jitpoġġa fis-salmura u mbagħad jisserva bħala meze.[51]

Il-weraq tal-kappar, fil-Greċja u f'Ċipru, jintuża partikolarment fl-insalati u fil-platti bil-ħut. Il-weraq jitgħalla jew jiġi ppreservat f'vażetti bis-salmura bħall-blanzuni tal-kappar.[5]

Il-weraq imnixxef tal-kappar jintuża wkoll bħala sostitut għat-tames fil-manifattura tal-ġobon ta' kwalità tajba. [52]

 

Il-kappar fis-salmura tal-laned u l-vażetti jikkonsisti f'84 % ilma, 5 % karboidrati, 2 % proteini, u 1 % xaħam. Il-kappar ippreservat huwa partikolarment għoli fis-sodju minħabba l-ammont ta' melħ miżjud mas-salmura. F'porzjon tipiku ta' 28 gramma (uqija waħda), il-kappar jipprovdi 6 kcal (kalorija) u 35 % tal-Valur ta' Kuljum (Daily value (DV) bl-Inġliż) għas-sodju, mingħajr nutrijenti oħra f'ammont sinifikanti. F'ammont ta' mitt gramma, il-kontenut tas-sodju huwa 2,960 mg jew 197 % DV, bil-vitamina K (23 % DV), ħadid (13% DV), u riboflavin (12 % DV) għandhom ukoll livelli apprezzabbli.[53]

Il-kappar ippreservat huwa sors ta' polifenoli, inklużi l-flavonojdi quercetin (173 mg għal kull 100 g) u kaempferol (131 mg għal kull 100 g),[54] kif ukoll tal-antoċijanini.[55][56]

Il-kappar kultant jintuża għall-kożmetika u għall-prodotti kożmetiċi.[5]

Evidenza arkeobotanika turi li l-pjanta tal-kappar kienet tintuża fir-reġjun tal-Mediterran u l-Mesopotamja sa mill-perjodu tard tal-Paleolitiku.[13]

Il-kappar kien jintuża fil-Greċja tal-qedem bħala karminattiv u fdalijiet arkeoloġiċi ta' dan il-perjodu nstabu fil-forma ta' żrieragħ karbonizzati u rarament bħala blanzuni tal-fjuri u frott mill-perjodi arkajka u klassika. Athenaeus f'Deipnosophistae jagħti ħafna attenzjoni lill-kappar, kif jagħmlu Plinju x-Xiħ (NH XIX, XLVIII.163) u Teofrastu.[57][58]

Etimoloġikament, il-kelma kappar u l-qraba tiegħu f'diversi lingwi Ewropej jistgħu jiġu rintraċċati lura għal-Latin Klassiku capparis, "kappar", misluf mill-Grieg κάππαρις, kápparis, li l-oriġini tiegħu (bħal dik tal-pjanta) mhix magħrufa. Iżda probabbilment hija Asjatika. Teorija oħra torbot il-kelma kápparis mal-isem tal-gżira ta' Ċipru (Κύπρος, Kýpros), fejn il-pjanta tal-kappar tikber b'mod abbundanti.[59][60]

Fi żminijiet Bibbliċi, kien maħsub li l-frotta tal-kappar għandha proprjetajiet afrodisjaċi.[61] Fil-fatt, il-kelma Ebrajka aviyyonah (אֲבִיּוֹנָה) għall-frotta tal-kappar hija marbuta mill-qrib mal-għerq Ebrajk אבה (avah), li jfisser "xewqa".[62] Il-kelma tissemma darba fil-Bibbja, fil-ktieb ta' Koħèlet, f'vers 12:5.

Il-Verżjoni biblika tar-re Ġakbu hija tradotta u bbażata fuq l-għerq Ebrajk (u forsi t-tifsira metaforika):[63]

...il-ġurat sa jkun ta' piż u x-xewqa se tittaffa. (12:5 KJV)

Traduzzjonijiet antiki, tas-Settanta, il-Vulgata, il-Peshitta u l-Aquila, jirrendu l-kelma b'mod aktar konkret bħala κάππαρις "frotta tal-kappar".[61] Għalhekk fi traduzzjoni idjomatika moderna tiġi (2004):

...il-ġurat jitlef ir-rebbiegħa tiegħu,
u l-frotta tal-kappar m'għandha l-ebda influwenza. (12:5 HCSB)

F'verżjonijiet moderni oħra, bħal fil-Verżjoni Internazzjonali Ġdida (New International Version (NIV) bl-Inġliż) tintuża l-kelma "xewqa" (12:5 NIV), filwaqt li fil-Bibbja Standard Amerikana Ġdida (New American Standard Bible (NASB) bl-Ingliż) tintuża "frotta tal-kappar" (12:5 NASB), l-istess kif tinstab fil-verżjoni Lhudija tal-1917 mill-Jewish Publication Society (12:5).

Il-frott (abiyyonot) kien jittiekel, skont ir-responsabbiltà lejn id-dieċma u r-restrizzjonijiet tal-'Orlah. Fil-Mishnah u t-Talmud, il-frott huwa distint mill-weraq tal-kappar, alin, rimjiet, temarot, [64] u l-blanzuni tal-kappar imsejħa capperisin, (innota x-xebh bejn il-kelma capperisin u Kappar); [65] li kollha kienu jittieklu bħala rekwiżit tal-barka, u ddikjarati li huma l-frott tal-pjanta ẓelaf jew kappar. [64] Il-“capperisin” imsemmija fit-Talmud fil-fatt qed jirreferu għall-qoxra li kienet tipproteġi lill-“abiyyonot” hekk kif kienet tikber. [66]

Fit-Talmud Bavli hemm miktub dwar kif is-sepali tal-kappar jintużaw bħala ikel minflok il-frott tal-kappar, kemm ġewwa u barra l-art ta' Iżrael, kif ukoll fis-Sirja.[64]

Il-kappar ukoll jissemma fl-użu tiegħu biex iħawwar l-ikel fil-ktieb tar-riċetti Apicius, li kien jintuża fiż-żmien ir-Rumani.[5]

Il-blanzuni tan-nasturtium, tal-qronfol Tork u l-Cassia ġieli ntużaw bħala sostitut għall-blanzuni tal-kappar.[67]

  1. ^ "Taxon: Capparis spinosa L." npgsweb.ars-grin.gov/ (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-16.
  2. ^ "Capparis spinosa [Cappero] - Flora Italiana". luirig.altervista.org. Miġbur 2023-08-16.
  3. ^ "Capparis spinosa in Flora of China @ efloras.org". www.efloras.org. Miġbur 2023-08-16.
  4. ^ APC. "Capparis spinosa L." Atlas of Living Australia (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-16.
  5. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i Rivera, Diego; Inocencio, Cristina; Obon, Concepcion; Alcaraz, Francisco (2003-12-01). "Review of food and medicinal uses ofCapparis L. SubgenusCapparis (capparidaceae)". Economic Botany (bl-Ingliż). 57 (4): 515–534. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name ":0" defined multiple times with different content
  6. ^ a b Moghaddasi, M. S. (2011). Caper (Capparis spp.) importance and medicinal usage. Advances in Environmental Biology, 872-880.
  7. ^ a b ċ Fici, S. Intraspecific variation and evolutionary trends in Capparis spinosa L. (Capparaceae). Plant Syst. Evol. 228, 123–141 (2001). DOI: https://doi.org/10.1007/s006060170024
  8. ^ de Iraola, F. I. P. (1989). Nota sobre las Capparaceae ibéricas. Blancoana, (7), 121-122.
  9. ^ Gristina, A. S., Fici, S., Siragusa, M., Fontana, I., Garfì, G., & Carimi, F. (2014). Hybridization in Capparis spinosa L.: Molecular and morphological evidence from a Mediterranean island complex. Flora-Morphology, Distribution, Functional Ecology of Plants, 209(12), 733-741.DOI:10.1016/j.flora.2014.09.002
  10. ^ Zohary, M. (1960). "The species of Capparis in the Mediterranean and the Near Eastern Countries." Bulletin of the Research Council of Israel, Section D, Botany 8(2): 49-64
  11. ^ Jacobs, M. (1964). The genus Capparis (Capparaceae) from the Indus to the Pacific. Blumea: Biodiversity, Evolution and Biogeography of Plants, 12(3), 385-541.
  12. ^ Heywood V.H. (1993). "Flowering plants of the world." Oxford University Press, New York
  13. ^ a b ċ d e f ġ Rivera, D. Inocencio, C., Obón, C., Carreño, E., Reales, A., Alcaraz., F. (2002). "Archaeobotany of capers (Capparis) (Capparaceae)." Vegetation History and Archaeobotany. 11(4): 295–313. DOI: https://doi.org/10.1007/s003340200042 Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name "295–313" defined multiple times with different content
  14. ^ Mifsud, Stephen (2007-11). "Capparis orientalis (Caper bush)". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-11. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ Watson, L.; M.J. Dallwitz (1992). "The Families of Flowering Plants". Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 November 2006. Miġbur 21 November 2006.
  16. ^ Fici, S. (2014). A taxonomic revision of the Capparis spinosa group (Capparaceae) from the Mediterranean to Central Asia. Phytotaxa, 174(1), 1-24. DOI: https://doi.org/10.11646/phytotaxa.174.1.1
  17. ^ Rhizopoulou, S. (1990). "Physiological responses of Capparis spinosa L. to drought." Journal of Plant Physiology 136: 341–348.
  18. ^ Levizou, E; P. Drilias; A. Kyparissis (2004). "Exceptional photosynthetic performance of Capparis spinosa L. under adverse conditions of Mediterranean summer." Photosynthetica. 42: 229–235
  19. ^ Preedy, Victor R.; Watson, Ronald Ross, ed. (2011). Nuts and Seeds in Health and Disease Prevention (bl-Ingliż). Academic Press Elsevier. ISBN 9780123756893.
  20. ^ Francisco I. Pugnaire & Eduardo Esteban (1991) Nutritional adaptations of caper shrub (Capparis Ovata Desf.) to environmental stress, Journal of Plant Nutrition, 14:2, 151-161, DOI: 10.1080/01904169109364191
  21. ^ Andrade, G., Esteban, E., Velasco, L. et al. Isolation and identification of N2-fixing microorganisms from the rhizosphere of Capparis spinosa (L.). Plant and Soil 197, 19–23 (1997). DOI:https://doi.org/10.1023/A:1004211909641
  22. ^ a b ċ Sozzi, G. O. (2001). Chapter 4 Caper bush: botany and horticulture. Horticultural Reviews-Westport Then New York, 27, 125-188.DOI: https://doi.org/10.1002/9780470650813.ch4
  23. ^ saiolfi (2019-12-05). "Aeolian capers, green light for the PDO protection". Italianfood.net (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  24. ^ a b Sozzi, G.O. (2001). "Caper bush: botany and horticulture". Horticultural Reviews. 27. John Wiley & Sons. pp. 125–188. doi:10.1002/9780470650813.ch4. ISBN 9780471387909.
  25. ^ Nicolau, Christina. "Caper plant". cyprusalive.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  26. ^ Danin, A. (2010). Capparis in the East Mediterranean countries. Flora Mediterranea, 20, 179-185.
  27. ^ "A guide to some edible/useful (mostly) local species" (PDF). mrccc.org.au/ (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  28. ^ Nocencio, C., Alcaraz, F., Calderón, F. et al. The use of floral characters in Capparis sect. Capparis to determine the botanical and geographical origin of capers. Eur Food Res Technol 214, 335–339 (2002). DOI:https://doi.org/10.1007/s00217-001-0465-y
  29. ^ Sozzi, G.O. (2008). Capparis spinosa, caper bush, pp. 227-232. In: J. Janick and R.E. Paull (Eds.), The Encyclopedia of Fruit and Nuts. CABI Publishing, Oxfordshire, United Kingdom.
  30. ^ Tlili, N., Elfalleh, W., Saadaoui, E., Khaldi, A., Triki, S., & Nasri, N. (2011). The caper (Capparis L.): Ethnopharmacology, phytochemical and pharmacological properties. Fitoterapia, 82(2), 93-101.DOI: https://doi.org/10.1016/j.fitote.2010.09.006
  31. ^ wildmorocco (2015-07-18). "Capers on Morocco's wild Atlantic coast" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-08-22. Miġbur 2023-08-22.
  32. ^ a b Akbar, S., & Akbar, S. (2020). Capparis spinosa L.(Capparaceae) (Syn.: Blumea grandiflora Zipp. ex Span.). Handbook of 200 Medicinal Plants: A Comprehensive Review of Their Traditional Medical Uses and Scientific Justifications, 499-506. ISBN 9783030168070
  33. ^ a b Celesti-Grapow, L., Ricotta, C. Plant invasion as an emerging challenge for the conservation of heritage sites: the spread of ornamental trees on ancient monuments in Rome, Italy. Biol Invasions 23, 1191–1206 (2021). DOI:https://doi.org/10.1007/s10530-020-02429-9
  34. ^ Sozzi, G. O., & Chiesa, A. (1995). Improvement of caper (Capparis spinosa L.) seed germination by breaking seed coat-induced dormancy. Scientia Horticulturae, 62(4), 255-261.
  35. ^ Bhoyar, Manish & Mishra, Gyan & Singh, Raginie & Singh, Shakti. (2010). Effects of various dormancy breaking treatments on the germination of wild caper (Capparis spinosa L.) seeds from the cold arid desert of trans–Himalayas. Indian Journal of Agricultural Sciences. 80. 620-624
  36. ^ a b Sottile, Francesco; Caltagirone, Chiara; Peano, Cristiana; Del Signore, Maria Beatrice; Barone, Ettore (2021). "Can the Caper (Capparis spinosa L.) Still Be Considered a Difficult-to-Propagate Crop?". Horticulturae (bl-Ingliż). 7 (9): 316.
  37. ^ Bahrani,, M.J.; Gask, M.; Shekafandeh, A. "Influence of IBA and cutting length on rooting rate of wild caper (Capparis spinosa var.Parviflora) stem cuttings" (PDF). www.globalsciencebooks.info (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link)
  38. ^ Górecki, Ryszard. (2015). The effect of an auxin (IBA), fungicide (Captan) and of wounding on the rooting of softwood apple (Malus Mill.) cuttings. Acta Agrobotanica. 32. 223-232. 10.5586/aa.1979.020.
  39. ^ "Caper bush, Capparis spinosa - plants, cultivation and care - Relation Que" (bl-Ingliż). 2022-01-18. Miġbur 2023-08-22.
  40. ^ Barbera, B. (1991). Le câprier (Capparis spp.). EUR 13617, Série Agriculture, Programme de recherche Agrimed. Commission des Communautés européennes, Luxembourg, 63 pp.
  41. ^ Wang, Q., & Zhang, H. X. (2022). Population genetic structure and biodiversity conservation of a relict and medicinal subshrub capparis spinosa in arid Central Asia. Diversity, 14(2), 146.DOI: https://doi.org/10.3390/d14020146
  42. ^ a b Sakcali, m. & Bahadir, H. & Ozturk, M. (2008). Eco-physiology of Capparis spinosa l. : A plant suitable for combating desertification. Pakistan Journal of Botany. 40.
  43. ^ Luna Lorente, F.; M. Pérez Vicente (1985). "La Tapenera o Alcaparra: Cultivo y Aprovechamiento." Publicaciones de Extensión Agraria, Colección Agricultura Práctica. 37. Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Madrid, España, 125 pp.
  44. ^ Quave, C. & Saitta, A. (2016). Forty-five years later: The shifting dynamic of traditional ecological knowledge on Pantelleria Island, Italy. Economic Botany. DOI:10.1007/s12231-016-9363-x.
  45. ^ a b Stephan (2021-09-07). "Harvest and preserve capers: This is how it's done". live-native.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  46. ^ "CAPER SPURGE" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  47. ^ Kianersi, F. & Abdollahi, M. & Mirzaie-asl, A. & Dastan, D. & Rasheed, F. (2020). Biosynthesis of rutin changes in Capparis spinosa due to altered expression of its pathway genes under elicitors’ supplementation. Plant Cell Tissue and Organ Culture.
  48. ^ "capers | Italian Food Forever". www.italianfoodforever.com. Miġbur 2023-08-22.
  49. ^ "Taste Recipes Malta - 80k Recipes To Choose From!". www.taste.com.mt. Miġbur 2023-08-22.
  50. ^ Schmidt, Kate (2013-07-04). "Cocktail Challenge: Capers". Chicago Reader (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  51. ^ Musallam, Iyad & Duwayri, Mahmud & Shibli, Rida. (2011). Micropropagation of Caper (Capparis spinosa L.) from Wild Plants. Functional Plant Science and Biotechnology.
  52. ^ Mike, Tad, "Capers: The Flower Inside", Epikouria Magazine, Fall/Winter 2006
  53. ^ Tlili, N., Khaldi, A., Triki, S., Munné-Bosch, S. (2010). Phenolic Compounds and Vitamin Antioxidants of Caper (Capparis spinosa). Plant foods for human nutrition (Dordrecht, Netherlands). 65. 260-5. 10.1007/s11130-010-0180-6.
  54. ^ "USDA Database for the Flavonoid Content of Selected Foods, Release 3, page 16" (PDF). US Department of Agriculture. 2011. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-16 July 2012. Miġbur 12 July 2016.
  55. ^ Mansour, R.B., Jilani, I.B.H., Bouaziz, M. et al. Phenolic contents and antioxidant activity of ethanolic extract of Capparis spinosa . Cytotechnology 68, 135–142 (2016). https://doi.org/10.1007/s10616-014-9764-6
  56. ^ Wojdyło, Aneta & Nowicka, Paulina & Grimalt, Mar & Legua, Pilar & Almansa, Soledad & Amoros, Asuncion & Carbonell-Barrachina, Angel & Hernandez, Francisca. (2019). Polyphenol Compounds and Biological Activity of Caper (Capparis spinosa L.) Flowers Buds. Plants. 8. 539. DOI:10.3390/plants8120539.
  57. ^ Fragiska, M. (2005). Wild and Cultivated Vegetables, Herbs and Spices in Greek Antiquity. Environmental Archaeology 10 (1): 73–82
  58. ^ Megaloudi, F. (2005). Wild and cultivated vegetables, herbs and spices in Greek antiquity (900 BC to 400 BC). Environmental Archaeology, 10(1), 73-82.
  59. ^ Gernot Katzer. "Spice Pages: Capers (Capparis spinosa)". gernot-katzers-spice-pages.com.
  60. ^ "caper | Etymology, origin and meaning of caper by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.
  61. ^ a b "CAPER-BERRY (translation of , abiyyonah, Eccl. xii. 5; incorrectly, A. V. "desire," from ):". www.jewishencyclopedia.com/. 2023-08-20.
  62. ^ "H35 - 'ăḇîyônâ - Strong's Hebrew Lexicon (kjv)". Blue Letter Bible (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-20.
  63. ^ "ECCLESIASTES 12:5 KJV "Also when they shall be afraid of that which is high, and fears shall be in the way, and the almond tree..."". www.kingjamesbibleonline.org. Miġbur 2023-08-22.
  64. ^ a b ċ Talmud Bavli, Brachot 36a-36b
  65. ^ Kaf HaChaim 208
  66. ^ Rashi Brachot 36a
  67. ^ cookgem_editor (2023-01-06). "What Are Capers?" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-22.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Media relatata ma' Capparis spinosa f'Wikimedia Commons
  • Data relatata ma' Capparis spinosa f'Wikispecies
  • Caper factsheet – NewCROP, L-Universita' ta' Purdue
  • Ktieb. "Capers. From Wild Harvest to Gourmet Food". Brian Noone 2017 Pubbblikat minn Caperplants.
  • Caperplants