Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
Il-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kienet logħba futbol li ntlagħbet fid-29 ta' Ġunju, 2008, fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, fl-Awstrija, biex jiġi determinat ir-rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008. Il-partita kienet bejn il-Ġermanja u Spanja, u dan tal-aħħar rebaħ 1–0, b'gowl skurjat minn Fernando Torres. Din kienet it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984.
Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-kampjonat saret immedjatament qabel il-bidu tal-finali, u fiha esebixxew 400 persuna,[1] fosthom il-kantant Spanjol Enrique Iglesias, fejn kanta l-kanzunetta uffiċċjali ta' dan il-kampjonat, Can You Hear Me.[2]
Dettalji tal-logħba
[immodifika | immodifika s-sors]29 ta' Ġunju 2008 20:45 |
Ġermanja | 0 – 1 | Spanja | Ernst Happel Stadion, Vjenna Attendenza: 51,428 Referi: Roberto Rosetti |
---|---|---|---|---|
Rapport | Torres 33' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UEFA EURO 2008™: Opening and closing ceremonies, fan entertainment in the stadiums" (PDF) (bl-Ingliż). euro2008.uefa.com. 2008-02-28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-06-16. Miġbur 2008-06-20.
- ^ "Official UEFA EURO 2008™ Song: "Can You Hear Me" by Enrique Iglesias" (PDF) (bl-Ingliż). euro2008.uefa.com. 2008-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-03-27. Miġbur 2008-06-20.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 |