[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Bobby Charlton

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bobby Charlton
Ħajja
Isem propju Robert Charlton
Twelid Ashington, 11 Ottubru 1937
Nazzjonalità Renju Unit
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Macclesfield District General Hospital (en) Translate, 21 Ottubru 2023
Familja
Ulied
uri
Aħwa
uri
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Bedlingtonshire Community High School (en) Translate
Loreto Grammar School (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-futbol
kowċ
awtobijografu
animator (en) Translate
Mudell:Infobox biography/sport/football
Pożizzjoni jew speċjalità midfilder
attakkant
Tul 173 cm
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[BBC Sports Personality of the Year Award (en) ]]
    (1958)
    [[BBC Sports Personality of the Year Award (en) ]]
    (1959)
Servizz militari
Fergħa militari Armata Brittanika

Sir Robert Charlton CBE (twieled fil-11 ta' Ottubru 1937 – miet fil-21 ta' Ottubru 2023) kien plejer tal-futbol professjonali Ingliż li lagħab bħala midfielder avvanzat, midfielder ċentrali, u winger fuq ix-xellug. Jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejer tal-futbol ta' kull żmien, u kien membru tat-tim nazzjonali tal-futbol Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA tal-1966, u fl-istess sena rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb. Fl-1967 u fl-1968 spiċċa fit-tieni post fil-votazzjoni għall-Ballun tad-Deheb. Huwa lagħab kważi l-karriera kollha tiegħu fil-livell ta' klabbs mal-Manchester United, fejn sar rinomat għall-istint tiegħu fl-attakk, għall-kapaċitajiet tiegħu tat-tqassim mill-midfield, għax-xutt qawwi tiegħu mit-tul b'saqajh it-tnejn, għal-livell ta' fitness tiegħu, u għall-istamina li kellu. Huwa ngħata l-karta s-safra darbtejn fil-karriera tiegħu; darba kontra l-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tal-1966, u darba f'logħba tal-lig kontra ċ-Chelsea. Huwa kiseb suċċessi fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u kien wieħed minn disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, it-Tazza Ewropea u l-Ballun tad-Deheb. Ħuh il-kbir Jack Charlton, li kien ukoll parti mit-tim nazzjonali li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, kien eks difensur ma' Leeds United u kowċ internazzjonali.[1][2]

Imwieled f'Ashington, Northumberland, Charlton għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel tim tal-Manchester United fl-1956, meta kellu 18-il sena, u f'qasir żmien kiseb postu bħala titolari fit-tim. F'dak iż-żmien huwa rebaħ il-Lig tal-Futbol tal-Ewwel Diviżjoni fl-1957, imbagħad baqa' ħaj minkejja d-diżastru tat-titjira ta' Munich ta' Frar 1958 wara li ġie salvat mill-plejer tat-tim tiegħu Harry Gregg; Charlton kien l-aħħar plejer tal-klabb li miet minn dawk li kienu salvaw mid-diżastru tat-titjira. Wara li għen lill-Manchester United jirbħu l-FA Cup fl-1963 u l-Lig tal-Futbol fl-1965 u fl-1967, huwa kien il-kaptan tat-tim li rebaħ it-Tazza Ewropea fl-1968, u skurja żewġ gowls fil-finali meta saru l-ewwel klabb Ingliż li rebaħ il-kompetizzjoni. Charlton telaq lill-Manchester United u sar il-kowċ ta' Preston North End għall-istaġun 1973-74. Huwa bidel għal plejer-kowċ fl-istaġun ta' wara. Imbagħad aċċetta l-kariga ta' direttur mal-Wigan Athletic, u sar membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Manchester United fl-1984.[3]

Fil-livell internazzjonali, Charlton kien parti mit-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra għal erba' Tazzi tad-Dinja (fl-1958, fl-1962, fl-1966, u fl-1970), għalkemm ma lagħabx fl-ewwel waħda. Meta wasal biex jirtira mit-tim nazzjonali Ingliż fl-1970, huwa kien l-iktar plejer li kien lagħab mat-tim nazzjonali, 106 darbiet fl-ogħla livell; Bobby Moore qabżu mbagħad fl-1973. Charlton kien l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja kemm mal-Manchester United kif ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż, u l-iżjed plejer li lagħab logħbiet fl-istorja tal-Manchester United – it-total tiegħu ta' 758 logħba mal-Manchester United dam biex jinqabeż sal-2008, meta Ryan Giggs qabżu fil-finali tat-Tazza Ewropea. B'249 gowl, huwa kien l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja tal-klabb għal iżjed minn 40 sena, sakemm ir-rekord tiegħu nkiser minn Wayne Rooney fl-2017. Huwa kien ukoll it-tliet l-iktar plejer li skurja gowls fl-istorja tat-tim nazzjonali Ingliż; ir-rekord tiegħu ta' 49 gowl inkiser fl-2015 minn Wayne Rooney, u mill-ġdid minn Harry Kane fl-2022.[4][5]

Fil-21 ta' Ottubru 2023, il-familja ta' Charlton ikkonfermat bi stqarrija li kien miet dakinhar filgħodu. Kellu 86 sena, u l-kawża tal-mewt kienet kumplikazzjonijiet marbuta mad-dimenzja. Wara mewtu, Geoff Hurst huwa l-aħħar plejer Ingliż li għadu ħaj mit-tim nazzjonali rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966.[6][7]

Fil-kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Fl-episodju "Taking Liberties" tas-sitcom Frasier, Daphne Moon (Jane Leeves) issemmi li wieħed miz-zijiet tagħha għamel ħiltu biex jikseb l-awtografu ta' Charlton, "sa ma Bobby waddablu bott birra fuq rasu. Tnax-il pont, u għadu jżomm il-bott!".
  • Fil-film tal-2011 United, iċċentrat fuq is-suċċessi tal-Busby Babes u t-traġedja tat-titjira ta' Munich; ir-rwol ta' Charlton inħadem mill-attur Jack O'Connell.[8]
  • Fl-episodju "Munich Air Disaster" tad-dokumentarju dwar it-traġedja tat-titjira ta' Munich, Mayday, Charlton ġie intervistat bħala wieħed minn dawk li baqa' ħaj wara l-inċident, flimkien ma' Harry Gregg.

Statistiki tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]
Logħbiet u gowls skont il-klabb, l-istaġun u l-kompetizzjoni
Klabb Staġun Lig Tazza nazzjonali Tazza tal-lig Kontinentali Oħrajn Total
Diviżjoni Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls
Manchester United 1956–57 L-Ewwel Diviżjoni 14 10 2 1 1 1 0 0 17 12
1957–58 L-Ewwel Diviżjoni 21 8 7 5 2 3 0 0 30 16
1958–59 L-Ewwel Diviżjoni 38 29 1 0 39 29
1959–60 L-Ewwel Diviżjoni 37 18 3 3 40 21
1960–61 L-Ewwel Diviżjoni 39 21 3 0 0 0 42 21
1961–62 L-Ewwel Diviżjoni 37 8 6 2 43 10
1962–63 L-Ewwel Diviżjoni 28 7 6 2 34 9
1963–64 L-Ewwel Diviżjoni 40 9 7 2 6 4 1 0 54 15
1964–65 L-Ewwel Diviżjoni 41 10 7 0 11 8 59 18
1965–66 L-Ewwel Diviżjoni 38 16 7 0 8 2 1 0 54 18
1966–67 L-Ewwel Diviżjoni 42 12 2 0 0 0 44 12
1967–68 L-Ewwel Diviżjoni 41 15 2 1 9 2 1 2 53 20
1968–69 L-Ewwel Diviżjoni 32 5 6 0 8 2 2 0 48 7
1969–70 L-Ewwel Diviżjoni 40 12 9 1 8 1 57 14
1970–71 L-Ewwel Diviżjoni 42 5 2 0 6 3 50 8
1971–72 L-Ewwel Diviżjoni 40 8 7 2 6 2 53 12
1972–73 L-Ewwel Diviżjoni 36 6 1 0 4 1 41 7
Total 606 199 78 19 24 7 45 22 5 2 758 249
Preston North End 1974–75 It-Tielet Diviżjoni 38 8 4 1 3 1 45 10
Waterford United 1975–76 Il-Lig tal-Irlanda 3 1 1 0 0 0 4 1
Newcastle KB United 1978 Lig Nazzjonali 1 0 0 0 0 0 1 0
Perth Azzurri 1979 Lig tal-Futbol tal-Punent tal-Awstralja 3 2 0 0 0 0 3 2
Blacktown City 1980 Lig Nazzjonali 1 1 0 0 0 0 1 1
Total fil-karriera 652 211 83 20 27 8 45 22 5 2 812 263

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Logħbiet u gowls fit-tim nazzjonali u s-snin
Tim nazzjonali Sena Logħbiet Gowls
Ingilterra[9] 1958 6 7
1959 7 5
1960 8 6
1961 9 6
1962 8 1
1963 10 6
1964 8 2
1965 5 2
1966 15 6
1967 4 2
1968 8 3
1969 9 1
1970 9 2
Total 106 49

Manchester United Youth[10]

  • FA Youth Cup: 1953–54, 1954–55, 1955–56

Manchester United

  • Lig tal-Futbol tal-Ewwel Diviżjoni: 1956–57, 1964–65, 1966–67
  • FA Cup: 1962–63; runner-up 1956–57, 1957–58
  • FA Charity Shield: 1965, 1967
  • Tazza Ewropea: 1967–68

Ingilterra

  • Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: 1966
  • It-Tielet Post fil-Kampjonat Ewropew tal-UEFA: 1968
  • Kampjonat Brittaniku: 1961, 1965, 1966, 1968, 1969
    • (kondiviż) 1958, 1959, 1960, 1964, 1970

Individwali

  • FWA Plejer tal-Futbol tas-Sena: 1965–66
  • Ballun tad-Deheb tal-FIFA: 1966
  • Plejer fit-Tim tal-Aqwa Plejers tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966, 1970
  • Ballun tad-Deheb: 1966; it-tieni post: 1967, 1968
  • Premju PFA għall-Merti: 1974
  • Premju FWA: 1989
  • Plejer fit-Tim tal-Aqwa Plejers tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA ta' Kull Żmien: 1994
  • Plejer mill-100 Leġġenda tal-Futbol: 1998
  • Plejer fost l-Aqwa Plejers tal-Futbol Ingliż: 2002
  • Plejer fost l-Aqwa 100 Plejer tal-FIFA: 2004
  • Stħarriġ tal-UEFA tal-Ġublew tad-Deheb: l-14-il post
  • Plejer tat-Tim tas-Seklu fil-Lig Ingliż tal-PFA (mill-1907 sal-2007):
    • Plejer tat-Tim tas-Seklu: 1907–1976[11]
    • Plejer tat-Tim tas-Seklu ta' Kull Żmien[12]
  • Premju għall-Karriera bħala Personalità tas-Sena ta' BBC Sports: 2008
  • Premju tal-President tal-UEFA: 2008[13]
  • Premju għall-Karriera ta' Laureus: 2012
  • Plejer tas-Seklu tal-FIFA:
    • votazzjoni fuq l-internet tal-FIFA: is-16-il post
    • votazzjoni tal-IFFHS: l-10 post
  • Plejer fost l-Aqwa Plejers tal-Futbol Dinji tas-Seklu 20: it-12-il post[14]
  • Plejer fost il-Leġġendi tal-IFFHS[15]

Titli u premjijiet speċjali

  • Uffiċjal tal-Iżjed Ordni Eċċellenti tal-Imperu Brittaniku (OBE): 1969
  • Kmandant tal-Iżjed Ordni Eċċellenti tal-Imperu Brittaniku (CBE): 1974
  • Kavallier: 1994
  • Ordni tat-Tlugħ ix-Xemx, ir-Raba' Klassi: 2012[16]
  1. ^ "The 50 greatest footballers of all time". 90min.com (bl-Ingliż). 2019-05-13. Miġbur 2023-10-26.
  2. ^ "What made Bobby Charlton the best footballer ever?". Radio Times (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.
  3. ^ "FIFA World Cup - Classic Moments from FIFA World Cup History". web.archive.org. 2007-03-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-03-21. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Macfarlane, Andy (2022-01-13). "Best English Football Team: We Ask Bobby Charlton His Best XI" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.
  5. ^ "Internationals - Harry Kane hits his 50th goal for England to secure draw in Germany". Tottenham Hotspur (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.
  6. ^ "Sir Bobby Charlton, giant of English football, dies at 86" (bl-Ingliż). 2023-10-26. Miġbur 2023-10-26.
  7. ^ "England and Man Utd legend Charlton dies aged 86" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.
  8. ^ "Derby actor Jack O'Connell nets Bobby Charlton role" (bl-Ingliż). 2011-04-21. Miġbur 2023-10-26.
  9. ^ "Robert "Bobby" Charlton - International Appearances". www.rsssf.org. Miġbur 2023-10-26.
  10. ^ "FIFA Tournaments - Players & Coaches - Bobby CHARLTON - Player Profile - FIFA.com". web.archive.org. 2015-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-03. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Archive copy". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-22. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  12. ^ "Archive copy". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-21. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  13. ^ UEFA.com (2020-10-01). "Awards | President's award | Inside UEFA". UEFA.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.
  14. ^ "The Best x Players of the Century/All-Time". web.archive.org. 2015-12-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-12-31. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "IFFHS announce the 48 football legend players | IFFHS". web.archive.org. 2019-09-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-09-24. Miġbur 2023-10-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "29/04/2012 Sir Bobby Charlton awarded Japanese Order | News | Japan Football Association". www.jfa.or.jp. Miġbur 2023-10-26.