[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż
Federata Shqiptarë Futbollit
Fundazzjoni 1930
Pajjiż Bandiera tal-Albanija Albanija
Konfederazzjoniijiet FIFA (mill-1932)
UEFA (mill-1954)
Kwartieri Tirana
President Armand Duka
Sit uffiċjali www.fshf.org

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż (bl-Albaniż: Federata Shqiptare e Futbollit) hija l-organizzazzjoni li tmexxi l-futbol fl-Albanija. Din torganizza l-kampjonat nazzjonali Albaniż, it-tim nazzjonali, u t-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.

Il-federazzjoni Albaniża ġiet stabbilita fis-6 ta' Ġunju 1930, u ssiebħet mal-FIFA fl-1932 u aktar tard, fl-1954, kienet waħda minn fost il-membri fundaturi tal-UEFA.

Fl-14 ta' Marzu 2008, l-FSHF ġiet sospiża mill-FIFA minħabba indħil politiku. Dan fisser li t-timijiet nazzjonali ma setgħux jilgħabu logħbiet uffiċjali, ir-rappreżentanti ġew projbiti li jattendu avvenimenti uffiċjali, u r-referis ma setgħux jirrefjaw partiti sanzjonati mill-FIFA.[1] Aktar tard, din is-sospensjoni ġiet imneħħiha, u fis-27 ta' Mejju 2008, l-Albanija lagħbet logħba ta' ħbiberija kontra l-Polonja.

Il-president attwali tal-federazzjoni huwa Armand Duka, li ilu jkopri dan ir-rwol mill-2002 u fl-2010 rebaħ it-tielet elezzjoni tiegħu għall-presidenza.[2]

  1. ^ "Executive Affairs" (bl-Ingliż). UEFA.
  2. ^ "Duka re-elected as Albanian FA president" (bl-Ingliż). UEFA. 2010-03-10. Miġbur 2010-09-22.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]