Agostino Carracci
Agostino Carracci | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bolonja, 16 Awwissu 1557, 1557 |
Nazzjonalità | Stati Papali |
Mewt | Parma, 22 Marzu 1602 |
Familja | |
Ulied |
uri |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema |
Domenico Tibaldi (mul) Prospero Fontana Bartolomeo Passarotti (en) |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur tipografu |
Post tax-xogħol |
Ruma Venezja Milan Bolonja Cremona Parma Venezja Bolonja Ruma Bolonja Parma Ruma Bolonja Parma |
Xogħlijiet importanti |
Annunciation (en) The Last Communion of St Jerome (en) Hairy Harry, Mad Peter and Tiny Amon by Agostino Carracci (en) |
Moviment artistiku |
pittura storika ritratt |
Agostino Carracci (jew Caracci; twieled fis-16 ta' Awwissu 1557 – miet fit-22 ta' Marzu 1602) kien pittur, litografu, disinjatur tat-tapizzeriji u għalliem tal-arti Taljan. Flimkien ma' ħuh, Annibale Carracci, u kuġinuh, Ludovico Carracci, huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-Accademia degli Incamminati (l-Akkademja tal-Progressivi) f'Bologna. Din l-akkademja tat-tagħlim kienet tippromwovi t-tpinġija u l-pittura li l-Carracci kienu jenfasizzaw li kellha tinbet mill-ħajja. Kienet tippromwovi tendenzi progressivi fl-arti u kienet reazzjoni għad-distorsjoni Manjerista tal-anatomija u tal-ispazju.[1] L-akkademja għenet biex tagħti spinta lill-pitturi tal-Iskola ta' Bologna sabiex isiru prominenti.
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Agostino Carracci twieled f'Bologna u kien iben ħajjat. Huwa kien ħu l-kbir Annibale Carracci u l-kuġin ta' Ludovico Carracci. Inizjalment tħarreġ bħala arġentier (tad-deheb). Iktar 'il quddiem studja l-pittura, l-ewwel ma' Prospero Fontana, li kien l-imgħallem ta' Ludovico, u mbagħad ma' Bartolomeo Passarotti. Huwa vvjaġġa lejn Parma biex jistudja x-xogħlijiet ta' Correggio. Akkumpanjat minn ħuh Annibale, huwa qatta' żmien twil f'Venezja, fejn tħarreġ bħala inċiżur mar-rinomat Cornelis Cort.[2] Mill-1574 huwa ħadem bħala inċiżur ta' riproduzzjonijiet, u kkopja x-xogħlijiet ta' mgħallma tas-seklu 16 bħal Federico Barocci, Tintoretto, Antonio Campi, Veronese u Correggio. Huwa pproduċa wkoll xi litografiji oriġinali, inkluż żewġ inċiżjonijiet.
Huwa vvjaġġa lejn Venezja (1582, 1587–1589) u lejn Parma (1586–1587). Flimkien ma' Annibale u Ludovico, huwa ħadem f'Bologna fuq iċ-ċikli ta' affreski fil-Palazzo Fava (Ġrajjiet ta' Jason u Medea, 1584) u fil-Palazzo Magnani (Ġrajjiet ta' Romulu, 1590–1592). Fl-1592 huwa pitter ukoll it-Tqarbina ta' San Ġlormu, li issa tinsab fil-Pinakoteka ta' Bologna u li titqies bħala l-kapulavur tiegħu. Fl-1620, Giovanni Lanfranco, student tal-Carracci, baqa' magħruf għaliex akkuża lil student ieħor tal-Carracci, Domenichino, li kkopja din il-pittura. Fl-1586 wettaq l-opra għal fuq l-artal Madonna bil-Bambin u l-Qaddisin, li issa tinsab fil-Gallerija Nazzjonali ta' Parma. Fl-1598 Carracci ngħaqad ma' ħuh Annibale f'Ruma, biex jikkollabora fit-tiżjin tal-Gallerija fil-Palazzo Farnese. Mill-1598 sal-1600 wettaq Ritratt triplu, li issa jinsab f'Napli, li hu eżempju ta' pittura b'tema. Fl-1600 huwa ssejjaħ lejn Parma mid-Duka Ranuccio I Farnese biex jibda jżejjen il-Palazzo del Giardino, iżda miet qabel temmu. Il-ħabib tiegħu, il-poeta Claudio Achillini, iddedikalu epitafju wara mewtu, li iktar 'il quddiem ġie ppubblikat minn Carlo Cesare Malvasia fix-xogħol dwar il-ħajja tal-Carracci.[3]
Iben Agostino, Antonio Carracci, kien pittur ukoll, u pprova jikkompeti mal-Akkademja ta' missieru.
Inċiżjoni ta' Agostino Carracci wara l-pittura Imħabba fl-Epoka tad-Deheb tal-pittur Fjamming Paolo Fiammingo kienet l-ispirazzjoni ta' Le bonheur de vivre (Hena tal-Ħajja) ta' Matisse.[4]
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, dawn li ġejjin huma kollha żejt fuq it-tila:
- 1573 – Pietà (Mużew tal-Arti ta' Muscarelle, Williamsburg, Virginia, l-Istati Uniti)
- 1586 – Madonna bil-Bambin u l-Qaddisin (Gallerija Nazzjonali ta' Parma, l-Italja)
- għall-ħabta tal-1586 – Lamentazzjoni jew Pjetà (Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja)
- għall-ħabta tal-1589–1595 – Imħabba Reċiproka (inċiżjoni, Mużew tal-Arti ta' Baltimore, l-Istati Uniti)[5]
- għall-ħabta tal-1590 – Tħabbira (Louvre, Pariġi, Franza)
- 1590–1595 – Ritratt ta' Mara jisimha Ġuditta (kollezzjoni privata)
- għall-ħabta tal-1592–1593 – Tlugħ is-Sema (Knisja tas-Salvatur, Bologna, l-Italja)
- 1592–1597 – L-Aħħar Tqarbina ta' San Ġlormu (Pinakoteka Nazzjonali ta' Bologna, l-Italja)
- għall-ħabta tal-1595 – Ras ta' Fawnu fuq Superfiċe Konkava (tpinġija tonda, Gallerija Nazzjonali tal-Arti, Washington DC, l-Istati Uniti)
- 1598–1600 – Ritratt Triplu ta' Arrigo, Pietro u Amon (Mużew Nazzjonali ta' Capodimonte, Napli, l-Italja).
Kollaborazzjonijiet f'affreski ma' Annibale u ma' Ludovico
[immodifika | immodifika s-sors]- Ħajja ta' Enea (Palazzo Fava, Bologna, l-Italja)
- Ġrajjiet ta' Jason u Medea (Palazzo Fava, Bologna, l-Italja)
- Xeni mit-Twaqqif ta' Ruma (Palazzo Magnani, Bologna, l-Italja)
- Ħajja ta' Erkole (Palazzo Sampieri Talon, Bologna, l-Italja).
Mhux datati
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Maddaliena Tindem (kollezzjoni privata)
- Xogħol erotiku ta' Carracci (litografiji).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Agostino Carracci (The J. Paul Getty Museum Collection)". The J. Paul Getty Museum Collection (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-16.
- ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Carracci". www.newadvent.org. Miġbur 2022-08-16.
- ^ Anne Summerscale. Malvasia's Life of the Carracci: Commentary and Translation. Penn State Press. p. 8. ISBN 9780271044378.
- ^ Thomas Puttfarken, "Mutual Love and Golden Age: Matisse and 'gli Amori de' Carracci", The Burlington Magazine, 124 (Apr. 1982): 203–208.
- ^ Cuno, James B. (July 1980). "Matisse and Agostino Carracci: A Source for the 'Bonheur de Vivre'". The Burlington Magazine. 122 (928): 503–505.