[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Ludovico Carracci

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ludovico Carracci
Ħajja
Twelid Bolonja, 1555, April 1555
Nazzjonalità Stati Papali
Mewt Bolonja, 13 Novembru 1619
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Prospero Fontana
Tintoretto
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
inċiżur
artist grafiku
tipografu
disinjatur
pittur tal-affreski
artist viżiv
Post tax-xogħol Bolonja
Firenze
Parma
Venezja
Xogħlijiet importanti Il-Viżjoni ta' San Franġisk t'Assisi
Madonna bil-Bambin u San Giacinto
Madonna bil-Bambin
Influwenzat minn Annibale Carracci
Sħubija Akkademja ta' San Luqa
Moviment Barokk
Moviment artistiku pittura storika

Ludovico (jew Lodovico) Carracci (twieled fil-21 ta' April 1555 – miet fit-13 ta' Novembru 1619) kien pittur, inċiżur u tipografu Taljan tal-Barokk bikri li twieled f'Bologna. Ix-xogħlijiet tiegħu huma kkaratterizzati minn burdata li tispikka u li hija invokata minn ġesti mifruxa u dawl iteptep li joħolqu emozzjoni spiritwali u li huma kkreditati li reġgħu taw ħajja ġdida lill-arti Taljana, speċjalment l-arti tal-affreski, li ngħatat il-ġenb bil-Manjeriżmu formalistiku. Huwa miet f'Bologna fl-1619.

Ludovico Carracci - Kristu fis-Selvaġġ, Moqdi mill-Anġli

Ludovico kien apprendist ta' Prospero Fontana f'Bologna u vvjaġġa lejn Firenze, Parma u Venezja, qabel ma reġa' lura lejn belt twelidu. Flimkien mal-kuġini tiegħu Annibale u Agostino Carracci, Ludovico ħadem f'Bologna fuq iċ-ċikli ta' affreski tal-Ġrajjiet ta' Giasone u Medea (1584) f'Palazzo Fava, u l-Ġrajjiet ta' Romolu u Remu (1590-1592) f'Palazzo Magnani. Il-kontributi individwali tagħhom għal dawn ix-xogħlijiet mhumiex ċari, għalkemm Annibale, li kien iżgħar minn Ludovico b'ħames snin kien kiseb il-fama bħala l-aqwa wieħed minnhom it-tlieta. Dan wassal għall-kummissjoni famuża ta' Annibale tal-Maħbubin tal-Allat f'Palazzo Farnese f'Ruma. Agostino ngħaqad ma' Annibale hemmhekk għal żmien qasir.

It-Trasfigurazzjoni ta' Ludovico Carracci

Filwaqt li Ludovico baqa' f'Bologna, dan ma jfissirx li kien inqas influwenti. Il-bijografija ta' Lanzi tiddikjara li għall-ħabta tal-1585, Ludovico u l-kuġini tiegħu stabbilew l-hekk imsejħa Akkademja Ekklettika tal-pittura (imsejħa wkoll Accademia degli Incamminati). Skont teoriji iktar reċenti ma kien hemm l-ebda Akkademja b'kurrikulu, mentri Ludovico għamilha ta' tutur għal bosta pitturi fl-istudjo tiegħu.

Madankollu, dan l-istudjo wassal biex għadd ta' artisti tal-Emilia jsiru prominenti f'Ruma u f'inħawi oħra, u wassal biex iħeġġeġ l-hekk imsejħa Skola ta' Bologna tal-aħħar tas-seklu 16, li kienet tinkludi lil Albani, Guercino, Sacchi, Reni, Lanfranco u Domenichino. Il-familja Carracci kienu jordnaw lill-apprendisti tagħhom ipinġu studji ffukati fuq l-osservazzjoni tan-natura u l-pożi naturali, u jużaw skala imponenti fit-tpinġija tal-figuri. Żewġ studenti ta' Ludovico kienu Giacomo Cavedone u Francesco Camullo.[1]

Restituzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2009 il-pittura ta' San Ġlormu (tal-ħabta tal-1595) ta' Carracci ntraddet lura lill-werrieta tagħha ta' Dr. Max Stern, kummerċjant tal-arti Lhudi Ġermaniż li kien ġie ppersegwitat u misruq min-Nażisti.[2][3]

  1. ^ "Lodovico Carracci | Italian painter | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-21.
  2. ^ "Restitution". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-01. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Restituzzjoni tas-seba' pittura ta' Carracci". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-24. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)