[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Fernando Torres

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-verżjoni stampabbli m'għadhiex appoġġjata u jista' jkollha żbalji ta' rendering. Jekk jogħġbok aġġorna l-bookmarks tal-browser tiegħek u jekk jogħġbok uża l-funzjoni tal-istampar tal-browser default minflok.
Fernando Torres
Informazzjoni personali
Isem sħiħFernando José Torres Sanz
Twelid20 ta' Marzu 1984 (1984-03-20) (40 sena)
FuenlabradaSpanja
Tul1.85 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2007Atlético de Madrid
2007–2011Liverpool
2011–2015Chelsea
2014–2015Milan (self)
2015–2016Milan
2015–2016Atlético Madrid (self)
2016–2018Atlético Madrid
2018–2019Sagan Tosu
Tim nazzjonali
2003–2014Spanja

Fernando José Torres Sanz[1] (Fuenlabrada, 20 ta' Marzu 1984) hu eks-plejer u kowċ tal-futbol Spanjol li kien jilgħab bħala attakkant.

Hu beda l-karriera tiegħu ma' Atlético Madrid, wara li tela' mit-timijiet ġovanili. Id-debutt professjonali tiegħu wasal fl-2001 u temm il-karriera tiegħu mal-klabb b'174 apparenza fil-La Liga u b'75 gowl, fejn ingħata l-laqam ta' El Niño ("It-Tfajjel") matul il-perjodu li qatta' fil-kampjonat Spanjol. Qabel dan, Torres kien lagħab żewġ staġuni fis-Segunda División, fejn f'40 dehra skorja 7 gowls. Fl-2007 hu ngħaqad ma' Liverpool, wara li l-klabb ħallas somma rekord għas-servizzi tiegħu u mmarka l-ewwel staġun mal-klabb billi sar l-ewwel plejer li skorja aktar minn 20 gowl fil-kampjonat għall-klabb fi staġun, minn mindu Robbie Fowler għamel dan fl-1995–96.

Hu hu wkoll plejer internazzjonali Spanjol u għamel id-debutt tiegħu kontra l-Portugall fl-2003. Sa issa, hu deher fi tliet kompetizzjonijiet kbar; il-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008. Fit-turnew tal-2004 hu ma setax isib ix-xibka għal Spanja, imma irnexxielu jagħeml dan għal tliet darbiet fit-Tazza tad-Dinja 2006. Torres niżżel ismu fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej meta skorja l-gowl rebbieħ ta' Spanja fir-rebħa ta' 1–0 kontra l-Ġermanja fil-finali tal-Kampjonati Ewropej 2008.

Bidu tal-karriera

Torres, imwieled f'Madrid, interessa ruħu fil-futbol minn mindu kien tifel żgħir u fl-età ta' ħames snin ingħaqad ma' Parque 84.[2] Missieru José kien jaħdem matul it-tfulija ta' Torres u ommu Flori kellha kuljum twasslu għat-taħriġ tal-futbol.[3] Nannuh ma kienx xi fanatiku fuq il-futbol, imma xorta waħda rawmu biex isir partitarju ta' Atlético Madrid, u minnu, Torres wiret l-imħabba lejn it-tim Madrilen.[2]

Oriġinarjament, Torres ried isir gowler, il-pożizzjoni li ħuh kien jilgħab fiha.[4] Madanakollu, meta kellu seba' snin hu beda jilgħab regularment bħala attakkant f'kampjonat għall-klabb ġar tiegħu, Mario’s Holland.[2] Tliet snin wara, meta kellu għaxar snin, hu beda jilgħab ma' Ray 13.[5] Wara staġun impressjonanti mal-klabb il-ġdid, fejn skorja 55 gowl, TOrres kien wieħed minn tliet plejers ta' Rayo 13 li ngħataw żmien ta' prova ma' Atlético Madrid.[5] Hu mpressjonahom u fl-1995, fl-età ta' ħdax-il sena, ingħaqad mal-klabb.[5]

Karriera

Atlético Madrid

Torres jiddiskuti mar-referi matul partita ma' Atlético

Wara li tela' mit-timijiet ġovanili, Torres rebaħ l-ewwel trofew ġovanili importanti fl-1998. Atlético Madrid bagħtu tim ta' taħt il-ħmistax il-sena biex jikkompeti fin-Nike Cup, kemm dik domestika u anki dik Ewropea, biex jilgħabu ma' timijiet oħra ta' klabbs prominenti oħra. Atlético rebħu dan it-turnew.[5][6] Hu ġie vvutat bħala l-aqwa plejer fl-Ewropa ta' dik l-età.[6] Fl-1999, meta kellu ħmistax-il sena, Torres iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Atlético Madrid.[5] Hu qatta' l-ewwel sena jilgħab mat-tim taż-żgħażagħ u wara mexa biex jipparteċpa fid-División de Honor.[7] L-istaġun 2000–01 beda fuq nota negattiva hekk kif Torres kiser saqajh u kellu jibqa' barra mill-azzjoni sa Diċembru.[7] Id-debutt tiegħu wasal fis-27 ta' Mejju 2001, fl-Istadju Vicente Calderón, kontra Leganés.[7] Ġimgħa wara, hu skorja l-ewwel gowl mal-klabb kontra Albacete u l-istaġun spiċċa bl-Atlético jonqsu għal ftit il-promozzjoni għal-La Liga.[7]

L-istaġun 2001–02 ra lil Atlético jirbħu l-promozzjoni lura lejn il-La Liga, fejn dan kien staġun fqir għal Torres, fejn minn 36 apparenza skorja sitt darbiet fis-Segunda Division.[1] L-ewwel staġun ta' Torres fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol, 2002–03, kien wieħed pożittiv hekk kif skorja 12-il darba minn 29 dehra hekk kif Atlético temmew l-istaġun fil-ħdax-il post.[1][7] Fit-tieni staġun tiegħu fil-La Liga, Torres kompla jtejjeb l-abilitajiet tiegħu, fejn skorja 19-il gowl f'35 apparenza,[1] li kien ifisser li spiċċa t-tielet l-aqwa skorer tal-kampjonat.[8] Fl-età ta' dsatax-il sena, hu ngħata l-faxxa ta' kaptan ta' Atlético, biex sar l-iżgħar kaptan fl-istorja ta' Atlético.[6] Atlético naqsu bi ftit li jikkwalifikaw għat-Tazza UEFA, imma billi spiċċa fis-7 post fl-2004 huma kkwalifikaw għat-Tazza Intertoto, fejn taw lil Torres l-ewwel tomgħa tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs Ewropej. Iċ-ċampjins tal-Premier League Chelsea kienu interessati fil-firma tal-plejer fl-2005, però l-president ta' Atlético Enrique Cerezo irrimarka li huma ma kellhom "ebda ċans" li jixtruh.[9] Cerezo, f'Jannar tal-2006, qal li l-klabb kien lest li jisma' xi offerti għal Torres, b'Torres jistqarr li Newcastle United kien għamlu offerta għalih f'Marzu.[10][11]

Wara t-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni Torres ħa sehem fiha f'isem it-tim nazzjonali Spanjol, hu ammetta li kien irrifjuta li jingħaqad ma' Chelsea fi tmiem l-istaġun 2005–06.[12] Wara l-istaġun 2006–07, fejn skorja 14-il gowl fil-kampjonat,[1] il-futur ta' Torres ma' Atlético kien suġġett għal spekulazzjoni wara li t-tim ma kienx kiseb post awtomatiku fit-Tazza UEFA. Arsenal, Chelsea, Liverpool u Manchester United ilkoll kienu interessati fih,[13] b'rapporti fl-istampa Brittanika jgħidu li Torres kien l-objettiv prinċipali tal-kampanja akkwisti ta' Liverpool.[14] Minkejja li l-president ta' Atlético, Enrique Cerezo, stqarr li ma kienu rċevew l-ebda offerta mit-tim ta' Liverpool,[15] ftit ġranet wara xi rapporti ssuġġerew li Atlético kien qablu ma' Liverpool rigward it-trasferiment ta' Torres; is-somma kellha tkun ta' madwar £25 miljun b'Luis García jitrasferixxi fid-direzzjoni opposta f'negozju ta' trasferiment separat. Fit-30 ta' Ġunju, Atlético ħabbru l-akkwist ta' Diego Forlán mit-tim ta' Villareal, li kellu jidher l-eredi ta' Torres qabel ma t-trasferiment tiegħu kien ġie finalizzat.[16] Fit-3 ta' Lulju, Torres għamel it-test mediku għal Liverpool u kien imħabbar li konferenza stampa se tiġi skedata f'Madrid fl-4 ta' Lulju biex jingħata ringrazzjament lill-benjamini ta' Atlético.[17] Is-somma li tħallset għall-firma ta' Torres hi l-ikbar waħda fl-istorja ta' Torres,[16], u f'Marzu 2008, il-kowċ Rafael Benítez ikkonferma lill-gazzetta The Times li Torres ġie miksub għal somma ta' madwar £20 miljun.[18]

Liverpool

Torres fl-azzjoni ma' Liverpool kontra Middlesbrough fit-23 ta' Frar 2008, liema partita skorja tripletta

2007–08

Torres iddebutta ma' Liverpool nhar il-11 ta' Awwissu 2007, kontra Aston Villa fir-rebħa ta' 2–1.[19] L-ewwel dehra fiċ-Champions League waslet erbat ijiem wara fir-rebħa ta' 1–0 kontra Toulouse, hekk kif daħal bħala sostitut fid-79 minuta.[20] L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-debutt tiegħu f'Anfield nhar id-19 ta' Awwissu, meta skorja fis-16-il minuta kontra Chelsea, partita li ntemmet pari ta' 1–1.[21] L-ewwel tripletta tiegħu waslet f'Settembru fir-rebħa ta' 4–2 kontra Reading fil-League Cup, bil-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima.[22] L-ewwel gowls fiċ-Champions League waslu fit-tielet apparenza tiegħu f'din il-kompetizzjoni meta Liverpool għelbu lil Porto 4–1, fejn ħalla l-marka tiegħu għal darbtejn.[23]

Hu rebaħ l-unur tal-plejer tax-xahar tal-Premier League għax-xahar ta' Frar,[24] li matulu irnexxielu jiskorja erba' gowls f'żewġ logħbiet, fosthom tripletta kontra Middlesbrough nhar it-23 ta' Frar 2008.[25] Din it-tripletta u oħra fir-rebħa ta' 4–0 kontra West ham United fil-5 ta' Marzu 2008 fissret li sar l-ewwel plejer ta' Liverpool li qatt skorja tripletta f'partiti suċċessivi ġewwa daru, minn mindu Jackie Balmer għamel dan f'Novembru tal-1946.[26] Aktar tard f'Marzu, wara li skorja fis-47 minuta permezz ta' daqqa ta' ras kontra Reading, hu sar l-ewwel plejer ta' Liverpool li skorja aktar minn 20 gowl fil-kampjonat minn mindu Robbie Fowler kien wasal sal-istess stadju lura fl-istaġun 1995–96.[27] F'April, hu skorja gowl ieħor fiċ-Champions League, din id-darba fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali kontra Arsenal, biex ta lil Liverpool post fis-semifinali.[28] Dan il-gowl kien id-29 wieħed fil-kompetizzjonijiet kollha għal dak l-istaġun, fejn għeleb ir-rekord personali ta' Michael Owen għan-numru ta' gowls fi staġun wieħed.[25][29] Fil-11 ta' April 2008, ġie mħabbar li Torres kien imniżżel fost il-kandidati għar-rebħ tal-Plejer tas-Sena tal-PFA,[30] unur li eventwalment kien mirbuħ minn Cristiano Ronaldo ta' Manchester United.[31] L-internazzjonali Spanjoli kien ukoll nominat għall-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena, li kien mirbuħ minn Cesc Fàbregas ta' Arsenal, u ġie msemmi fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[31] F'Mejju, hu spiċċa t-tieni wara Ronaldo għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FWA.[32]

Torres matul ir-rebħa ta' 3–2 ta' Liverpool fuq Manchester City fil-5 ta' Ottubru 2008, fejn skorja żewġ gowls

Nhar l-4 ta' Mejju 2008, Torres skorja il-gowl rebbieħ fis-57 minuta fil-konfront kontra Manchester City, gowl li ugwalja r-rekord ta' Anfield ta' tmien partiti konsekuttivi li fihom ħalla l-marka tiegħu, rekord li preċedentament kien f'idejn Roger Hunt.[33] Wara li skorja l-24 gowl personali fil-kampjonat fl-aħħar ġurnata tal-istaġun, fir-rebħa ta' 2–0 fuq Tottenham Hotspur, hu għamel rekord ġdid bħala l-aktar attakkant prolifiku ta' kull żmien fl-istaġun debuttanti fl-Ingilterra, fejn għeleb dan ir-rekord li kien ta' Ruud van Nistelrooy (23 gowl).[25][34] Hu u Emmanuel Adebayor spiċċaw fit-tieni post bl-istess numru ta' gowls fil-klassifika tal-aqwa skorers tal-Premier League.[35] Kien hemm spekulazzjoni kbira li Chelsea kienu lesti li joffru £50 miljun għal Torres, però hu rrisponda billi qal li se jgħaddu "ħafna snin" qabel ma jitlaq lil Liverpool.[36][37]

2008–09

Torres għamel bidu mill-aqwa għall-istaġun 2008–09 tal-Premier League, fejn skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' Liverpool barra minn darhom kontra Sunderland.[38] Fil-pari ta' 0–0 kontra Aston Villa, hu ġibed il-hamstring u kellu joqgħod barra mil-logħob bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat. Ir-ritorn tiegħu wasal fir-rebħa kontra Marseille f'partita taċ-Champions League,[39] u kompla biex skorja doppjetta fid-derbi ta' Merseyside kontra Everton biex ta lil Liverpool rebħa ta' 2–0.[40] Doppjetta oħra segwiet din id-darba kontra Manchester City f'rebħa ta' 3–2 ġewwa s-City of Manchester Stadium,[41] fejn l-ewwel wieħed minnhom kien l-elf gowl ta' Liverpool fil-Premier League.[42] Matul logħba mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, hu weġġa' u kellu jitlef tliet partiti għal Liverpool,[43] fosthom tilef il-laqgħa mill-ġdid mal-klabb preċedenti tiegħu Atlético Madrid fiċ-Champions League.[44] Nhar is-27 ta' Ottubru, hu ġie msemmi fit-tim tal-FIFPro World XI għall-istaġun 2007–08.[45]

Ir-ritorn tiegħu wasal bħala sostitut fir-rebħa ta' 3–0 fuq West Bromwich Albion FCWest Bromwich Albion.[46] Hu stqarr li jkun interessat li jirritorna lura lejn Atlético, fejn qal "Ma nafx jekk nirtirax hemmhekk, imma nixtieq li mmur lura u nlesti xi affarijiet li għad iridu jsiru."[47][48] F'Novembru, għal darb'oħra kellu jdum barra mil-logħob bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat wara r-rebħa ta' 1–0 kontra Marseille, perjodu li wara ġie estiż għal erba' ġimgħat.[49] F'Diċembru, hu ġie msemmi fost il-kandidati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA,[50] u eventwalment spiċċa fit-tielet post wara Ronaldo u Lionel Messi.[51] Torres irritorna fl-azzjoni fit-3 ta' Jannar 2009 bħala sostitut fir-rebħa kontra Preston North End, fejn ħalla wkoll il-marka tiegħu permezz ta' gowl, l-ewwel wieħed tiegħu fl-FA Cup.[52] Nhar l-1 ta' Frar, hu skorja żewġ gowls fl-aħħar minuti tal-konfront kontra Chelsea, partita mirbuħa 2–0 mit-tim ta' Liverpool.[53] Wara madwar sena u nofs mal-klabb, il-gazzetta The Times semmietu fil-50 post mil-lista tal-"50 l-aqwa plejer ta' Liverpool", fejn wera biċ-ċar l-impatt li ħalla f'Liverpool f'perjodu daqshekk żgħir.[54]

Torres affaċċja lir-rivali qodma tiegħu Real Madrid nhar l-10 ta' Marzu 2009 fil-fażi tal-aħħar sittax taċ-Champions League. Torres, minkejja li lagħab b'uġigħ fl-irkoppa, skorja l-ewwel gowl tal-partita u ngħata wkoll l-unur tal-plejer tal-partita, hekk kif il-partita spiċċat 4-0 f'favur Liverpool.[55] Erbat ijiem wara Torres skorja għall-ewwel darba kontra Manchester United, fejn kiseb il-gowl tal-pari fir-rebħa ta' Liverpool ta' 4–1.[56] Hu ġie msejjaħ fit-Tim tas-Sena tal-PFA għat-tieni sena konsekuttiva f'April tal-2009.[57] Torres skorja l-50 gowl tiegħu għal Liverpool fl-24 ta' Mejju kontra Tottenham Hotspur fl-aħħar ġurnata tal-istaġun 2008–09, fejn kienet l-84 dehra tiegħu.[58]

2009–10

Fi tmiem l-istaġun Torres qabel li jestendi l-kuntratt tiegħu, li dan għamlu fl-14 ta' Awwissu.[59] B'dan il-kuntratt, Liverpool żiedu s-salarju tiegħu għal £110,000 fil-ġimgħa.[60] Torres skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun 2009–10 fir-rebħa ta' 6–1 kontra Hull City ġewwa Anfield.[61] Fit-2 ta' Ottubru 2009, Torres ġie msejjaħ Plejer tax-Xahar għal Settembru, wara li skorja 5 gowls f'Settembru u jsir l-aqwa skorer tal-Premier League.[62] Għat-tieni sena konsekuttiva ġie mniżżel fil-FIFPro World XI. Il-gowl tiegħu fl-aħħar minuti kontra Aston Villa fid-29 ta' Diċembru 2009 għamluh l-iktar plejer fl-istorja tal-klabb li laħaq il-50 gowl fl-inqas logħbiet. L-aħħar dehra għall-istaġun kienet fir-rebħa ta' 4–1 tat-8 ta' April kontra Benfica fit-Tazza UEFA (fejn skorja doppjetta), u għaxart ijiem wara ħarġet l-aħbar li kien se jitlef l-istaġun kollu minħabba kirurġija li kellu bżonn f'irkopptu.[63] B'hekk temm l-istaġun għal darb'oħra bħala l-aqwa skorer ta' Liverpool, bi 22 gowl minn 32 logħba.

2010–11

Wara l-ħatra ta' Roy Hodgson bħala l-kowċ il-ġdid ta' Liverpool għall-istaġun 2010–11, l-istess kowċ saħaq fuq kif Torres ma kienx għall-bejgħ u xejjen rapporti li l-plejer kien se jitlaq 'il-klabb.[64] Torres stess saħħaħ l-impenn tiegħu mal-klabb fit-3 ta' Awwissu, fejn qal "L-impenn tiegħi u l-lealtà lejn il-klabb u l-partitarji hija l-istess bħalma kienet fl-ewwel ġurnata meta iffirmajt."[65] L-ewwel gowl għal dan l-istaġun wasal fid-29 ta' Awwissu, hekk kif il-gowl tiegħu sarraf f'rebħa prezzjuża ta' 1–0 kontra West Bromwich Albion.[66] It-tieni gowl tiegħu kellu jtemm nixfa ta' iktar minn xahar mingħajr ma jsib ix-xibka, meta fl-24 ta' Ottubru skorja l-gowl tar-rebħa kontra Blackburn Rovers. Fis-7 ta' Novembru, skorja ż-żewġ gowls kontra Chelsea fir-rebħa ta' 2–0.

Chelsea

Nhar it-28 ta' Jannar 2011, Torres għamel rikjesta għal trasferiment lil Liverpool, li ġiet irrifjutata.[67] Fl-aħħar ġurnata tas-suq ta' trasferimenti, Liverpool aċċettaw l-offerta rekord ta' €58.5 miljun mit-tim ta' Chelsea, u Torres ġie uffiċjalment preżentat bħala plejer tal-Blues fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin.[68] L-ewwel gowl mal-klabb wasal fit-23 ta' April fir-rebħa ta' 3–0 kontra West Ham United, li temmet serje negattiva ta' 903 minuti mingħajr gowl.

Internazzjonali

Torres jiċċelebra r-rebħa ta' Spanja fl-Euro 2008

Fl-2003, Torres ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali Spanjol, u nhar is-6 ta' Settembru 2003 iddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall.[1] L-ewwel gowl tiegħu għal Spanja wasal kontra l-Italja fit-28 ta' April 2004.[1] Hu kien magħżul bħala parti mill-kontinġent Spanjol għall-Kampjonati Ewropej 2004, imma deher biss bħala sostitut fl-aħħar minuti tat-tieni partita ta' Spanja fil-fażi tal-gruppi, minkejja li lagħab id-disgħin minuta fil-partita deċiżiva kontra l-Portugall; Spanja tilfu 1–0 u ġew eliminati.[1]

Hu skorja seba' gowls fi ħdax-il apparenza fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja 2006,[69] fejn b'hekk kien l-aqwa skorer ta' Spanja matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni. Fl-ewwel dehra tiegħu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, fl-edizzjoni tal-2006 li saret fil-Ġermanja, Torres skorja l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 4–0 fuq l-Ukrajna.[70] Fit-tieni partita, Torres skorja darbtejn kontra t-Tuneżija; l-ewwel fis-76 minuta biex tefa' lil Spanja 2–1 fil-vantaġġ u mbagħad fid-90 minuta minn penalty.[71] Hu spiċċa dan it-turnew bħala l-aqwa skorer ta' Spanja flimkien ma' David Villa, li wkoll skorja tliet gowls.[72]

Torres ġie msejjaħ fl-iskwadra Spanjola għall-Kampjonati Ewropej 2008,[73] fejn assista lil Villa biex jiskorja l-ewwel gowl ta' Spanja f'dan it-turnew fil-partita tal-ftuħ kontra r-Russja.[74] Hu skorja l-gowl tal-ftuħ, l-ewwel wieħed tiegħu f'din l-edizzjoni, fil-partita suċċessiva ta' Spanja; rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżvezja.[75] Torres skorja l-gowl rebbieħ u rċieva l-unur tal-Plejer tal-Partita fil-finali kontra l-Ġermanja fir-rebħa ta' 1–0.[76][77] Flimkien ma' sieħbu fuq l-attakk, David Villa, ġie msemmi fit-Tim tat-Turnew.[78]

Nhar it-28 ta' Marzu 2009, Torres għamel is-60 apparenza għall-pajjiż tiegħu kontra t-Turkija fejn sar l-iżgħar plejer li laħaq din iċ-ċifra ta' preżenzi.[79] Hu ġie msejjaħ fi ħdan l-iskwadra Spanjola għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.[80] Hu skorja tripletta wara biss 17-il minuta f'logħba minn partita mill-fażi tal-gruppi tal-istess kompetizzjoni kontra New Zealand nhar l-14 ta' Ġunju,[81] biex kiser ir-rekord tal-iktar tripletta veloċi minn plejer għat-tim Spanjol.[82] Hu lagħab ukoll fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Istati Uniti fis-semifinali,[83] u kif ukoll fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, li Spanja rebħuha 3–2 wara l-ħin barrani.[84]

Ħajja personali

Torres hu mgħarres lil Olalla Domínguez Liste, fejn ilu f'relazzjoni magħha mill-2001.[85] Fi Frar tal-2009 ġie mħabbar li l-koppja kienet qed tistenna tarbija,[86] li aktar wara kkonfermaw li se tkun tifla.[87]

Statistika

Korretti sal-15 ta' Marzu 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Atlético Madrid 2000–01 4 1 2 0 6 1
2001–02 36 6 1 1 37 7
2002–03 29 13 2 1 31 14
2003–04 35 19 5 2 40 21
2004–05 38 16 6 2 5 2 49 20
2005–06 36 13 4 0 40 13
2006–07 36 14 4 1 40 15
Total 214 82 24 7 5 2 243 91
Liverpool 2007–08 33 24 1 0 1 3 11 6 46 33
2008–09 24 14 3 1 2 0 9 2 38 17
2009–10 22 18 2 0 0 0 8 4 32 22
2010–11 23 9 1 0 0 0 2 0 26 9
Total 102 65 7 1 3 3 30 12 142 81
Chelsea 2010–11 14 1 0 0 0 0 4 0 18 1
2011–12 32 6 6 2 1 0 10 3 49 11
2012–13 28 7 3 1 4 2 11 4 3 2 49 16
Total 74 14 9 3 5 2 25 7 3 2 116 28
Total tal-karriera 390 161 40 11 8 5 60 21 3 2 501 200

Dehriet internazzjonali

Korretti sas-16 ta' Ottubru 2012

Tim nazzjonali Sena Preż Gowls
Spanja 2003 3 0
2004 11 1
2005 12 8
2006 13 5
2007 6 1
2008 13 3
2009 13 5
2010 11 3
2011 9 1
2012 10 4
Total 101 31

Unuri

Klabb

Atlético Madrid
Chelsea

Internazzjonali

Individwali

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e f ġ g "Torres" (bl-Ingliż). FootballDatabase. Miġbur 2009-03-12.
  2. ^ a b ċ "Bio" (bl-Ingliż). Fernando Torres. Miġbur 2009-04-04.
  3. ^ Samuel, Martin (2009-01-19). "Fernando Torres talks to Martin Samuel: Liverpool's Spain superstar on Kaka, feeling at home and the battle to stop Manchester United's title chase" (bl-Ingliż). Daily Mail. Miġbur 2009-04-04.
  4. ^ "Torres asegura que habría sido "un gran portero"" (bl-Ispanjol). Marca. 2008-04-17. Miġbur 2009-04-04.
  5. ^ a b ċ d e "Bio" (bl-Ingliż). Fernando Torres. Miġbur 2009-04-04.
  6. ^ a b ċ Lowe, Sid (2007-07-04). "Will Torres be Kop's new God or just another Fernando?" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2009-04-04.
  7. ^ a b ċ d e "Bio" (bl-Ingliż). Fernando Torres. Miġbur 2009-04-04.
  8. ^ "Spanish Primera División - Top Scorers - 2003/04" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-01. Miġbur 2009-04-04.
  9. ^ "Atletico warn Chelsea off Torres" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2005-06-28. Miġbur 2009-04-04.
  10. ^ "Atletico prepared to sell Torres" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-01-24. Miġbur 2009-04-04.
  11. ^ "Newcastle want me, claims Torres" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-03-16. Miġbur 2009-04-04.
  12. ^ Adams, Tom (2007-02-06). "'Flattered' Villa to stay with Che" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2009-04-04.
  13. ^ "Premiership - Summer transfer latest" (bl-Ingliż). Eurosport Yahoo. 2007-06-17. Miġbur 2009-04-04.
  14. ^ "Torres is Reds' number one target" (bl-Ingliż). Liverpool Echo. 2007-06-20. Miġbur 2009-04-04.
  15. ^ "Atlético deny Torres rumours" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2007-06-25. Miġbur 2007-06-30.
  16. ^ a b "Liverpool complete Torres signing" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-07-04. Miġbur 2009-04-04.
  17. ^ "Liverpool wrap up record Torres transfer" (bl-Ingliż). The Guardian. 2007-07-04. Miġbur 2009-04-04.
  18. ^ "Guillem Balague meets Rafa Benitez" (bl-Ingliż). Liverpool F.C. Miġbur 2009-04-04.
  19. ^ Sinnott, John (2007-08-11). "Aston Villa 1-2 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  20. ^ Sanghera, Mandeep (2007-08-15). "Toulouse 0-1 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  21. ^ Chowdhury, Saj (2007-08-19). "Liverpool 1-1 Chelsea" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  22. ^ McKenzie, Andrew (2007-09-25). "Reading 2-4 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  23. ^ Sinnott, John (2007-11-28). "Liverpool 4-1 FC Porto" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  24. ^ "Moyes & Torres win monthly awards" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-03-07. Miġbur 2009-04-04.
  25. ^ a b ċ "Fernando Torres" (bl-Ingliż). Soccerbase. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-19. Miġbur 2009-04-04.
  26. ^ Barrett, Tony (2008-03-06). "Fernando Torres: My pride at Anfield hat-trick record" (bl-Ingliż). Liverpool Echo. Miġbur 2009-04-04.
  27. ^ May, John (2008-03-15). "Liverpool 2-1 Reading" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  28. ^ McKenzie, Andrew (2008-04-08). "Liverpool 4-2 Arsenal (agg 5-3)" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-04.
  29. ^ "Goalscorers for the 2001-2002 season" (bl-Ingliż). LFChistory.net. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-21. Miġbur 2009-04-04.
  30. ^ "Ronaldo tops PFA nominations list" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-04-11. Miġbur 2009-04-04.
  31. ^ a b "Ronaldo named player of the year" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-04-27. Miġbur 2009-04-04.
  32. ^ "Ronaldo wins writers' award again" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-05-02. Miġbur 2009-04-04.
  33. ^ "Liverpool 1-0 Man City" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2008-05-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-26. Miġbur 2009-04-04.
  34. ^ Caroe, Charlie (2008-05-06). "Jose Reina: Fernando Torres will improve" (bl-Ingliż). The Telegraph. Miġbur 2009-04-04.
  35. ^ "English Premier League - Top Scorers - 2007/2008" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-04. Miġbur 2009-04-04.
  36. ^ Caroe, Charlie (2008-05-26). "Chelsea target Liverpool's Spanish striker Fernando Torres with £50 million bid" (bl-Ingliż). The Telegraph. Miġbur 2009-04-04.
  37. ^ "Torres pledges long-term future to Reds" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2008-05-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-03. Miġbur 2009-04-04.
  38. ^ Stevenson, Jonathan (2008-08-16). "Sunderland 0-1 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  39. ^ Sanghera, Mandeep (2008-09-16). "Marseille 1-2 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  40. ^ McNulty, Phil (2008-09-27). "Everton 0-2 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  41. ^ Sanghera, Mandeep (2008-10-05). "Man City 2-3 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  42. ^ Eaton, Paul (2008-10-05). "Torres nets landmark goal for Reds" (bl-Ingliż). Liverpool F.C. Miġbur 2009-04-05.
  43. ^ "Torres ruled out for '10-15 days'" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-10-16. Miġbur 2009-04-05.
  44. ^ McNulty, Phil (2008-10-22). "Atletico Madrid 1-1 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  45. ^ "Ronaldo voted FIFPro World Player of the Year" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-10-27. Miġbur 2009-04-05.
  46. ^ Hughes, Ian (2008-11-08). "Liverpool 3-0 West Brom" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  47. ^ "Torres open to Atletico return" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2008-11-09. Miġbur 2009-04-05.
  48. ^ Kliem tradotti minn: "I don't know if I will retire there, but I would like to go back and finish some things that are left to do."
  49. ^ "Liverpool hit by Torres setback" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-12-04. Miġbur 2009-04-05.
  50. ^ "Ronaldo, Torres up for Fifa award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-12-12. Miġbur 2009-04-05.
  51. ^ "Ronaldo collects Fifa world title" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-12-01. Miġbur 2009-04-05.
  52. ^ Ashenden, Mark (2009-01-03). "Preston 0-2 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  53. ^ McNulty, Phil (2009-02-01). "Liverpool 2-0 Chelsea" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  54. ^ Evans, Tony (2009-02-13). "The 50 greatest Liverpool players" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-08. Miġbur 2009-04-05.
  55. ^ McNulty, Phil (2009-03-10). "Liverpool 4-0 Real Madrid (agg 5-0)" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  56. ^ McNulty, Phil (2009-03-14). "Man Utd 1-4 Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  57. ^ "Giggs earns prestigious PFA award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-04-26. Miġbur 2009-05-02.
  58. ^ Brett, Oliver (2009-05-24). "Liverpool 3-1 Tottenham" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-05-25.
  59. ^ "Torres signs new Liverpool deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-08-14. Miġbur 2009-08-14.
  60. ^ "Torres signs contract extension with Liverpool" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2009-08-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-16. Miġbur 2009-08-14.
  61. ^ "Priceless Fernando Torres slays Hull with a hat-trick show fit for a prince" (bl-Ingliż). The Guardian. 2009-09-28. Miġbur 2009-09-28.
  62. ^ "Torres and Ferguson scoop awards" (bl-Ingliż). BBC. 2009-10-02. Miġbur 2009-10-02.
  63. ^ "Liverpool's Fernando Torres out for rest of season" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-04-18. Miġbur 2010-04-19.
  64. ^ "Gerrard and Torres staying at Liverpool - Hodgson" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-07-16. Miġbur 2010-07-16.
  65. ^ "Striker Fernando Torres committed to Liverpool" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-08-03. Miġbur 2010-08-03.
  66. ^ Sanghera, Mandeep (2010-08-29). "Liverpool 1 – 0 West Brom" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-08-29.
  67. ^ "Liverpool reject Torres transfer request" (bl-Ingliż). Times Of Malta. 2011-01-29. Miġbur 2011-02-01.
  68. ^ Grech, Kevin (2011-02-01). "Torres leaves Liverpool for Chelsea in record €58.5m deal" (bl-Ingliż). MaltaToday. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-02-03. Miġbur 2011-02-01.
  69. ^ "Fernando Torres" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-19. Miġbur 2009-04-05.
  70. ^ "Spain 4-0 Ukraine" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-06-14. Miġbur 2009-04-05.
  71. ^ "Spain - Tunisia" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-19. Miġbur 2009-04-05.
  72. ^ "Top goals" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2009-04-05.
  73. ^ "Raul left out of Spain Euro squad" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-05-17. Miġbur 2009-04-05.
  74. ^ Ronay, Barney (2008-06-10). "Quicksilver Villa lights up the Alps" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2009-04-05.
  75. ^ Bevan, Chris (2008-06-14). "Sweden 1-2 Spain" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  76. ^ McNulty, Phil (2008-06-29). "Germany 0-1 Spain" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
  77. ^ "Torres hailed as world's best" (bl-Ingliż). Press Association. 2008-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-03. Miġbur 2009-04-05.
  78. ^ a b "Spain dominate Team of the Tournament" (bl-Ingliż). UEFA Euro 2008. 2008-06-30. Miġbur 2009-04-05.
  79. ^ "España vence a una digna Turquía en el partido 60 de Torres con la Selección absoluta (1-0)" (bl-Ispanjol). fernando9torres. 2009-03-28. Miġbur 2009-04-05.
  80. ^ "Spain unveils Confederations Cup roster" (bl-Ingliż). CBC.ca. 2009-06-01. Miġbur 2009-06-01.
  81. ^ Scrivener, Peter (2009-06-14). "Spain 5-0 New Zealand" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-06-14.
  82. ^ Mollina, R.; Campos, T. (2009-06-14). "Torres logra el 'hat trick' más rápido de la historia de la selección" (bl-Ispanjol). Marca. Miġbur 2009-06-14.
  83. ^ Chowdhury, Saj (2009-06-25). "Spain 0-2 United States". BBC Sport. Miġbur 2009-06-27.
  84. ^ "Spain 3-2 South Africa (aet)" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-28. Miġbur 2009-06-29.
  85. ^ "Football is a funny ol game" (bl-Ingliż). The Sun. 2008-04-15. Miġbur 2009-04-05.
  86. ^ Johnson, Chris (2009-02-16). "Liverpool striker Fernando Torres takes pregnant fiancée on romantic Valentine's break" (bl-Ingliż). Daily Mail. Miġbur 2009-04-05.
  87. ^ Stroud, Carl (2009-03-18). "Kop ace 'Bogey' team is a winner" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2009-04-05.
  88. ^ a b ċ d e "Silverware" (bl-Ingliż). Fernando Torres. Miġbur 2008-04-06.

Ħoloq esterni