[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Val d'Orcia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tlugħ ix-xemx f'Val d'Orcia

Val d'Orcia ([valˈdortʃa]) huwa reġjun fit-Toskana, fl-Italja ċentrali, li huwa estiż mill-għoljiet fin-Nofsinhar ta' Siena sa Monte Amiata. Il-pajsaġġ pittoresk tal-għoljiet ikkultivati xi kultant jiġi interrott minn xi foss u mill-irħula u l-villaġġi pittoreski bħal Pienza (rikostruwita bħala "raħal ideali" fis-seklu 15 taħt il-patroċinju tal-Papa Piju II)[1], Radicofani (raħal twelid il-brigant eroj Ghino di Tacco) u Montalcino (minn fejn joriġina l-Brunello di Montalcino li huwa meqjus fost l-iktar inbejjed Taljani prestiġjużi).[2] Il-pajsaġġ ta' Val d'Orcia ġie rrappreżentat f'bosta opri tal-arti mill-pittura Rinaxximentali sal-fotografija moderna.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Val d'Orcia ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3][4]

Iċ-ċipressi u l-għoljiet ta' Val d'Orcia

Fi ħdan it-territorju ta' Val d'Orcia hemm biċċa art li ssegwi x-xmara Orcia bejn iż-żoni tal-inbejjed bl-istatus ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Kkontrollata u Garantita (DOKG) tal-Brunello di Montalcino u l-Vino Nobile di Montepulciano. Hemmhekk jiġu prodotti nbejjed ibbażati fuq l-għenbiet Sangiovese u Trebbiano bl-istatus ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Kkontrollata (DOK).[5]

L-inbid aħmar DOK huwa magħmul mill-inqas minn għenbiet Sangiovese (60 %) flimkien ma' varjetajiet oħra, bħal Abrusco, li jitħallew jintużaw għall-kumplament tat-taħlita. L-inbid abjad DOK u l-Vin Santo DOK huma magħmula mill-inqas minn għenbiet Trebbiano (50 %) flimkien ma' varjetajiet lokali oħra. L-għenbiet kollha destinati għall-produzzjoni tal-inbejjed DOK huma limitati għal rendiment massimu fil-ħsad ta' 10 tunnellati għal kull ettaru, u l-inbejjed prodotti jeħtieġ li jkollhom livell alkoħoliku minimu ta' mill-inqas 12 %.[5]

Linja ferrovjarja storika

[immodifika | immodifika s-sors]

Minn ġo nofs Val d'Orcia tgħaddi linja ferrovjarja storika tas-seklu 19, u l-binarji, l-istazzjonijiet u l-mini ferrovjarji tagħha ġew irrestawrati u jistgħu jintużaw. Il-linja ferrovjarja xenika tikkollega r-raħal żgħir ta' Asciano ma' Monte Antico, għal skopijiet ta' turiżmu, u jintużaw ferroviji storiċi li jaħdmu bl-istim.[6]

Il-pajsaġġ pittoresk ta' Val d'Orcia

Val d'Orcia intużat bħala sfond għal diversi films magħrufin, fosthom:

Il-ktieb Gwerra f'Val d'Orcia ta' Iris Origo (1902-1988) huwa rendikont personali u ddettaljat tal-avvenimenti tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1943-1944 fir-reġjun, miktub bħala djarju bl-Ingliż.[7]

  1. ^ Haegen, Anne Mueller von der; Strasser, Ruth F. (2013). "Pienza". Art & Architecture: Tuscany. Potsdam: H.F.Ullmann Publishing. pp. 394–395. ISBN 978-3-8480-0321-1.
  2. ^ Hyland, Tom. "Brunello Di Montalcino: Thoughts On One Of Italy's Greatest Red Wines". Forbes (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-26.
  3. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Val d'Orcia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-26.
  4. ^ "Nomination document" (PDF).
  5. ^ a b Saunders, Peter Lionel (2004). Wine label language. Firefly Books Ltd. p. 188. ISBN 978-1-55297-720-0.
  6. ^ Legnaioli, Magda (2018-03-11). "BY STEAM TRAIN BETWEEN THE CRETE SENESI AND THE VAL D'ORCIA" (bit-Taljan). Miġbur 2021-10-26.
  7. ^ Iris Margaret Origo, Marchioness: War in Val d'Orcia. A Diary (Londra: Jonathan Cape, 1947