Tito Vilanova
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Francesc Vilanova Bayó | ||
Twelid | 17 ta' Settembru 1968 Bellcaire d'Empordà, Spanja | ||
Mewt | 25 ta' April 2014 (45 sena) Barċellona | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1984–1988 | Barcelona | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1988–1990 | Barcelona B | ||
1990–1992 | Figueres | ||
1992–1995 | Celta | ||
1995–1996 | Badajoz | ||
1996–1997 | Mallorca | ||
1997–1998 | Lleida | ||
1998–2000 | Elche | ||
2000–2001 | Gramenet | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2003–2004 | Palafrugell | ||
2007–2008 | Barcelona B (assistent) | ||
2008–2012 | Barcelona (assistent) | ||
2012–2013 | Barcelona |
Francesc "Tito" Vilanova Bayó (twieled fis-17 ta' Settembru 1968 – miet fil-25 ta' April 2014) kien plejer tal-futbol Spanjol li lagħab bħala midfilder ċentrali u serva bħala kowċ għal staġun ma' Barcelona.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Vilanova twieled ġewwa Bellcaire d'Empordà, Girona, fil-Katalonja. Wara li tela' mis-settur taż-żgħażagħ ta' Barcelona, huwa ħalla lill-klabb fl-1990 wara li ma sabx opportunitajiet fl-ewwel tim. Mat-tieni klabb tiegħu, Figueres, hu għenhom jispiċċaw fit-tielet post fl-istaġun 1991–92 tas-Segunda División għalkemm tilfu l-finali tal-play-off kontra Cádiz. Sussegwentement, Vilanova ngħaqad ma' Celta de Vigo fl-ogħla diviżjoni Spanjola, iżda fit-tliet snin li għamel magħhom hu deher biss 26 logħba fil-kampjonat.
Vilanova beda l-karriera ta' kowċ fit-Tielet Diviżjoni Spanjola ma' Palafrugell.[1] Fl-2007, ġie maħtur bħala assistent kowċ ta' Barcelona B, taħt il-kowċ Pep Guardiola.
Fis-sajf tal-2008, wara li wasslu lit-tim tar-riservi għall-promozzjoni lejn is-Segunda División B, kemm Vilanova u Guardiola ħadu t-tmun tal-ewwel tim tal-belt Katalana. L-ewwel staġun tagħhom kien l-iktar ta' suċċess fl-istorja tal-klabb hekk kif irnexxielhom jirbħu sitt unuri u saru l-ewwel klabb Spanjol li rebħu t-Tazza tar-Re, il-kampjonat u l-UEFA Champions League (il-famuża tripletta) fl-istaġun.[2] Fis-27 ta' April 2012, f'konferenza stampa li fiha Barcelona kkonfermaw it-tluq ta' Guardiola, ġie mħabbar li Vilanova kien se jieħu postu, u fil-15 ta' Ġunju ffirma kuntratt ta' sentejn.[3] Matul l-istaġun it-tim tilef biss tmien logħbiet hekk kif ġew inkurunati ċampjins għat-22 darba fl-istorja.
Fid-19 ta' Diċembru 2012, Barcelona ħabbru li Vilanova kien qiegħed isofri minn kanċer għat-tieni darba.[4] Vilanova għadda mill-kirurġija fl-20 ta 'Diċembru, u għas-sitt ġimgħat ta' wara kien fil-kura tal-kimoterapija u radjoterapija.[5] L-assistent tiegħu Jordi Roura ħa postu matul dan il-perjodu, u Vilanova rritorna lura fuq il-bankina f'Marzu tal-2013.
Nhar id-19 ta' Lulju 2013, minħabba problemi mediċi Vilanova ħalla l-kariga tiegħu bħala kowċ tal-ewwel tim.[6] Fil-25 ta' April 2014, minħabba kumplikazzjonijiet relatati mal-marda tal-kanċer, Vilanova miet fl-età ta' 45 sena.[7]
Statistika maniġerjali
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | Minn | Sa | Rekord | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
L | R | D | T | GF | GK | DG | % Rebħ | |||
Barcelona | 1 ta' Lulju 2012 | 18 ta' Diċembru 2012 | 27 | 23 | 2 | 2 | 77 | 28 | +49 | 85.19 |
Barcelona | 6 ta' Jannar 2013 | 23 ta' Jannar 2013 | 5 | 3 | 1 | 1 | 16 | 6 | +10 | 60.00 |
Barcelona | 1 ta' April 2013 | 19 ta' Lulju 2013 | 13 | 8 | 3 | 2 | 28 | 17 | +11 | 61.54 |
Total | 45 | 34 | 6 | 5 | 121 | 51 | +70 | 75.56 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Kowċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Barcelona
- La Liga: 2012–13
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "De Palafrugell al Camp Nou en 10 anys" (bil-Katalan). Diari de Girona. 2012-04-28. Miġbur 2012-12-02.
- ^ "Guardiola: Barca are the "best team in the world"" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2008-05-27. Miġbur 2009-12-29.
- ^ "Tito Vilanova to sign deal to become Barcelona manager" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2012-06-14. Miġbur 2012-06-14.
- ^ "Tito Vilanova recae de su enfermedad" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 2012-12-19. Miġbur 2012-12-19.
- ^ "Tito Vilanova será operado este jueves" (bl-Ispanjol). FC Barcelona. 2012-12-19. Miġbur 2012-12-19.
- ^ "Tito Vilanova deja el Barça" (bl-Ispanjol). Mundo Deportivo. 2013-07-19.
- ^ "Ex-Barcelona coach loses cancer battle aged 45" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2014-04-25.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tito Vilanova |
- Profil fuq BDFutbol