[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Quedlinburg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Quedlinburg
 Ġermanja
Amministrazzjoni
Stat sovranĠermanja
Federated state of GermanySaxony-Anhalt (en) Translate
Rural district of Saxony-AnhaltHarz District (en) Translate
Kap tal-Gvern Frank Ruch (en) Translate
Isem uffiċjali Quedlinburg
Ismijiet oriġinali Quedlinburg
Kodiċi postali 06484
Ġeografija
Koordinati 51°47′30″N 11°08′50″E / 51.7917°N 11.1472°E / 51.7917; 11.1472Koordinati: 51°47′30″N 11°08′50″E / 51.7917°N 11.1472°E / 51.7917; 11.1472
Quedlinburg is located in Germany
Quedlinburg
Quedlinburg
Quedlinburg (Germany)
Superfiċjenti 120.45 kilometru kwadru
Għoli 130 m
Fruntieri ma' Oschersleben (en) Translate, Harsleben (en) Translate, Harzgerode (en) Translateu Thale (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 23,313 abitanti (31 Diċembru 2022)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 3946
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Aulnoye-Aymeries (en) Translate, Herford (mul) Translate, Celle (en) Translate, Hamelin (en) Translateu Hann. Münden (en) Translate
quedlinburg.de
L-għolja tal-kastell ta' Quedlinburg

Quedlinburg (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈkveːtlɪnbʊʁk]) huwa raħal li jinsab fit-Tramuntana tal-muntanji Harz, fid-distrett ta' Harz fil-Punent ta' Sachsen-Anhalt, il-Ġermanja. Fl-1994, iċ-ċentru storiku tar-raħal li jinkludi l-kastell u l-knisja ewlenija, ġie miżjud fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Quedlinburg għandu popolazzjoni ta' iżjed minn 24,000 ruħ. Ir-raħal kien il-kapitali tad-distrett ta' Quedlinburg sal-2007, u mbagħad id-distrett ġie xolt. Diversi postijiet fir-raħal huma attrazzjonijiet tul rotta xenika magħrufa bħala r-Rotta Rumaneska.[2]

Ir-raħal ta' Quedlinburg jingħad li ilu jeżisti mill-inqas mill-bidu tas-seklu 9, meta fil-post kien hemm insedjament magħruf bħala Gross Orden fuq ix-xatt tax-xmara Bode. Issemma għall-ewwel darba bħala raħal fid-922 bħala parti minn donazzjoni tar-Re Heinrich der Vogler. Id-dokumentazzjoni ta' din id-donazzjoni kienet tinsab fl-Abbazija ta' Corvey.

Skont il-leġġenda, Heinrich ingħata l-kuruna Ġermaniża f'Quedlinburg fid-919 min-nobbiltà Frankonjana, u b'hekk

Statwa ta' Roland f'Quedlinburg

ir-raħal kemm-il darba jissejjaħ "in-nieqa tar-Reich Ġermaniż".[2]

Wara l-mewt ta' Heinrich fid-936, l-armla li ħalla warajh, Santa Matilda, stabbiliet komunità reliġjuża għan-nisa (Frauenstift) fuq l-għolja tal-kastell, fejn l-ulied bniet tan-nobbiltà kienu jiġu edukati. Il-kompitu prinċipali ta' din il-fondazzjoni kolleġġjali, l-Abbazija ta' Quedlinburg, kien li jiġi offrut it-talb f'ġieħ ir-Re Heinrich u l-mexxejja li ġew warajh. L-Annali ta' Quedlinburg ġew ikkompilati hemmhekk ukoll. L-ewwel Superjur tal-Abbazija kienet Matilda, li kienet neputija tar-Re Heinrich u Santa Matilda.

Il-kumpless tal-kastell ta' Quedlinburg, li ġie stabbilit mir-Re Heinrich I u li nbena mill-Imperatur Otto I fid-936, kien Pfalz imperjali tal-imperaturi Sassoni. Il-Pfalz, inkluż il-kunvent maskili, kien ġie stabbilit fil-wied, fejn illum tinsab il-Knisja Kattolika Rumana ta' San Wiperti, filwaqt li l-kunvent femminili kien ġie stabbilit fuq l-għolja tal-kastell.

Fid-973, ftit qabel il-mewt tal-Imperatur Otto I, kienet ġiet organizzata Reichstag (Konvenzjoni Imperjali) fil-qorti imperjali fejn Mieszko, id-Duka ta' Polans, u Boleslav, id-Duka ta' Boemja, kif ukoll bosta nobbli oħra mill-bogħod, pereżempju mill-Biżanzju u mill-Bulgarija, inġabru biex jagħtu ġieħ lill-Imperatur. F'dik l-okkażjoni, Otto il-Kbir introduċa lin-neputija l-ġdida tiegħu Theophanu, li kienet prinċipessa Biżantina li żżewġet lil Otto II, u ż-żwieġ tagħhom kattar it-tama għar-rikonoxximent u għall-paċi kontinwa bejn il-mexxejja tal-imperi tal-Lvant u tal-Punent.

Fid-994, Otto III ta d-dritt tas-suq, tat-taxxa u taz-zekkar, u stabbilixxa l-ewwel suq fit-Tramuntana tal-għolja tal-kastell.

Ir-raħal sar membru tal-Lega Anseatika fl-1426. L-Abbazija ta' Quedlinburg spiss interpellat l-indipendenza tar-raħal, li kienet titlob l-għajnuna mill-Veskovat ta' Halberstadt. Fl-1477, is-Superjur tal-Abbazija Hedwig, megħjuna mill-aħwa tagħha Ernest u Albert, irnexxielha tegħleb ir-reżistenza tar-raħal u keċċiet il-forzi tal-isqof. Quedlinburg ġie mġiegħel jitlaq mil-Lega Anseatika u sussegwentement ġie protett mill-Elettorat tas-Sassonja. Kemm ir-raħal kif ukoll l-abbazija kkonvertew għal-Luteraniżmu fl-1539 matul ir-Riforma Protestanta.

Fl-1697, l-Elettur Federiku Awgustu I tas-Sassonja biegħ id-drittijiet tiegħu fil-konfront ta' Quedlinburg lill-Elettur Federiku III ta' Brandenburg għal 240,000 thaler. Madankollu, l-Abbazija ta' Quedlinburg ikkontestat l-interpellazzjonijiet ta' Brandenburg u l-Prussja matul is-seklu 18. L-abbazija ġiet lajċizzata fl-1802 matul il-Medjatizzazzjoni Ġermaniża, u Quedlinburg għadda għand ir-Renju tal-Prussja bħala parti mill-Prinċipat ta' Quedlinburg. Sar parti mir-Renju ta' Napuljun ta' Westfalen mill-1807 sal-1813, u ġie inkluż fi ħdan il-Provinċja Prussjana l-ġdida tas-Sassonja fl-1815. Matul dan iż-żmien kollu, Quedlinburg kien immexxi minn Superjuri nisa li xorta kienu ħielsa li jiżżewġu. L-aħħar waħda minn dawn in-nisa kienet il-prinċipessa Żvediża u ġellieda bikrija għad-drittijiet tan-nisa, Sofia Albertina.

Waħda mill-binjiet ta' Quedlinburg b'qafas nofsu tal-injam

Waqt ir-reġim Nażista, il-memorja ta' Heinrich I saret qisha setta, u Heinrich Himmler saħansitra kien iqis lilu nnifsu bħala l-inkarnazzjoni mill-ġdid tal-"iktar Ġermaniż fost il-mexxejja Ġermaniżi". Il-knisja kolleġġjali u l-kastell saru santwarju għall-Ġermanja Nażista. Il-Partit Nażista pprova joħloq ukoll reliġjon ġdida. Il-katidral ġie magħluq mill-1938 u matul il-gwerra. Il-krematorju lokali ntuża ferm għall-vittmi tal-kamp ta' konċentrament ta' Langenstein-Zwieberge. Georg Ay kien il-kap tal-partit lokali mill-1931 sal-aħħar tal-gwerra. L-okkupazzjoni Amerikana matul l-aħħar xhur tat-Tieni Gwerra Dinjija reġgħet ġabet l-isqof Protestant u t-tokki tal-knisja fir-raħal, u l-ajkla Nażista tneħħiet mill-kampnar. Madankollu, fis-snin 80 tas-seklu 20, mal-mewt ta' wieħed mill-militari tal-Istati Uniti, ħareġ fid-dieher is-serq tal-arti Medjevali minn Quedlinburg.

Quedlinburg kien amministrat fi ħdan il-Bezirk Halle filwaqt li kien parti mill-Ġermanja tal-Lvant Komunista mill-1949 sal-1990. Sar parti mill-istat federali ta' Sachsen-Anhalt mar-riunifikazzjoni Ġermaniża fl-1990.

Matul l-era Komunista ta' Quedlinburg, issejħu speċjalisti tar-restawr mill-Polonja fis-snin 80 tas-seklu 20 sabiex iwettqu t-tiswijiet meħtieġa fl-arkitettura antika tal-binjiet tar-raħal. Illum il-ġurnata, Quedlinburg huwa ċentru tar-restawr tad-djar tat-tip Fachwerk.

F'Quedlinburg ġie ambjentat il-film rinomat tal-2016 Frantz, b'xenarju ta' raħal Ġermaniż żgħir u tipiku fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fejn familja qed tirkupra mill-mewt ta' iben fil-gwerra.

Ir-raħal jinsab fit-Tramuntana tal-muntanji Harz, madwar 123 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-eqreb muntanji jlaħħqu l-181 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-ikbar parti tar-raħal tinsab fil-parti tal-Punent tal-wied tax-xmara Bode. Din ix-xmara tiġi mill-muntanji Harz mountains u l-fluss tagħha jagħti għax-xmara Saale, li tofroq mix-xmara Elbe. Iż-żona muniċipali ta' Quedlinburg fiha 120.42 kilometru kwadru. Qabel l-inkorporazzjoni taż-żewġ muniċipalitajiet (li qabel kienu indipendenti) ta' Gernrode u Bad Suderode f'Jannar 2014, kien fiha 78.14 kilometru kwadru biss.[3]

Diviżjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-raħal ta' Quedlinburg jikkonsisti minn Quedlinburg stess u l-Ortsteile jew diviżjonijiet muniċipali li ġejjin:[4]

  • Bad Suderode
  • Gernrode
  • Gersdorfer Burg
  • Morgenrot
  • Münchenhof
  • Quarmbeck

Komunitajiet ġirien

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Punent ta' Quedlinburg hemm Blankenburg, fil-Majjistral hemm Halberstadt, fil-Lbiċ hemm Nordhausen, fin-Nofsinhar hemm Sangerhausen, fit-Tramuntana hemm Oschersleben, fil-Lvant hemm Aschersleben, fil-Grigal hemm Magdeburg u fix-Xlokk hemm Halle.

Ir-raħal ta' Quedlinburg għandu klima oċeanika li tirriżulta mill-irjieħ prevalenti tal-Punent, li jonfħu miż-żona ta' pressjoni għolja fl-Atlantiku ċentrali lejn l-Iskandinavja. Il-borra tinżel kważi kull xitwa. Jannar u Frar huma l-iksaħ xhur tas-sena, b'temperatura medja ta' 0.5 °C u 1.5 °C. Lulju u Awwissu huma l-iktar xhur sħan tas-sena, b'temperatura medja ta' 17 °C (63 °F) u 18 °C (64 °F). Il-preċipitazzjoni annwali medja hija qrib il-438 mm u s-soltu x-xita tinżel l-iktar minn Mejju sa Settembru. Din il-preċipitazzjoni hija waħda mill-inqas fil-Ġermanja, li għandha medja annwali ta' madwar l-440 mm. F'Awwissu 2010, Quedlinburg kien l-iktar post xott fil-Ġermanja, bi 72.4 L/m2 biss.[5]

Data klimatika dwar Quedlinburg
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 2

(36)

4

(39)

8

(46)

13

(55)

19

(66)

21

(70)

22

(72)

23

(73)

19

(66)

13

(55)

6

(43)

3

(37)

13

(55)

Temp. medja kuljum °C (°F) 0.5

(32.9)

1.5

(34.7)

4.5

(40.1)

8.0

(46.4)

13.5

(56.3)

15.5

(59.9)

17.0

(62.6)

18.0

(64.4)

14.0

(57.2)

9.5

(49.1)

3.5

(38.3)

1.5

(34.7)

8.9

(48.1)

Temp. baxxa medja °C (°F) −1

(30)

−1

(30)

1

(34)

3

(37)

8

(46)

10

(50)

12

(54)

13

(55)

9

(48)

6

(43)

1

(34)

0

(32)

5

(41)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 23

(0.9)

22

(0.9)

28

(1.1)

38

(1.5)

53

(2.1)

57

(2.2)

47

(1.9)

54

(2.1)

33

(1.3)

27

(1.1)

30

(1.2)

26

(1.0)

438

(17.3)

Medja ta' jiem bix-xita 11 9 10 10 10 11 10 10 9 9 11 12 122
Umdità relattiva medja (%) 87 83 82 74 67 71 72 69 78 82 87 86 78
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 47.2 66.9 107.5 136.7 182.6 172.2 186.4 183.6 139.0 104.9 63.2 42.1 1,432.3
Sors 1: Deutscher Wetterdienst, Normalperiode 1961–1990[6]
Sors 2: Zoover[7]
Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±%
1786 8,382 —    
1807 10,476 +25.0%
1820 11,507 +9.8%
1830 12,001 +4.3%
1840 13,431 +11.9%
1852 13,886 +3.4%
1861 14,835 +6.8%
1871 16,800 +13.2%
1880 18,437 +9.7%
1890 20,761 +12.6%
1900 23,378 +12.6%
1910 27,233 +16.5%
1919 28,190 +3.5%
1939 30,320 +7.6%
1946 35,142 +15.9%
1950 35,555 +1.2%
1955 33,125 −6.8%
1960 30,965 −6.5%
1965 30,840 −0.4%
1970 30,829 −0.0%
1975 29,711 −3.6%
1980 28,585 −3.8%
1985 29,394 +2.8%
1990 28,663 −2.5%
1995 25,844 −9.8%
2000 24,114 −6.7%
2005 22,607 −6.2%
2009* 21,203 −6.2%
Sors:[8]

Is-sindku huwa Frank Ruch (CDU), li ġie elett fl-2015.[9]

Quedlinburg huwa ġemellat ma':

  • Aulnoye-Aymeries, Franza, mill-1961
  • Herford, il-Ġermanja, mill-1991
  • Celle, il-Ġermanja, mill-1991
  • Hameln, il-Ġermanja, mill-1991
  • Hann. Münden, il-Ġermanja, mill-1991

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kastell ta' Quedlinburg

Fiċ-ċentru tar-raħal hemm firxa wiesgħa ta' binjiet b'qafas nofsu tal-injam minn tal-inqas ħames sekli differenti (inkluż struttura tas-seklu 14 li hija waħda mill-eqdem tal-Ġermanja), filwaqt li madwar il-periferiji taċ-ċentru storiku tar-raħal hemm eżempji ta' binjiet bl-istil Jugendstil, li jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20.

Iċ-ċentru storiku ta' Quedlinburg huwa wieħed mill-ikbar fil-Ġermanja b'daqs ta' madwar 90 ettaru. Fih hemm 2,000 dar b'qafas nofsu tal-injam. L-eqdem waħda, magħrufa bħal "Ständerbau", tmur lura għall-1347.

Binja famuża oħra hija magħrufa bħala "Klopstockhaus" u hija l-post fejn twieled il-poeta Friedrich Gottlieb Klopstock.[10]

Minn Diċembru 1994, iċ-ċentru storiku ta' Quedlinburg u l-għolja tal-kastell bl-iStiftskirche (il-knisja kolleġġjali) huma elenkati bħala wieħed mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Quedlinburg huwa wieħed mill-iżjed irħula Medjevali u Rinaxximentali ppreservati fl-Ewropa, peress li ħelisha ħafif mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Fl-2006, il-fergħa dejqa tal-wied ta' Selke tal-linji ferrovjarji tal-muntanji Harz ġiet estiża sa Quedlinburg minn Gernrode, u b'hekk tat aċċess għal-linja ferrovjarja storika li kienet taħdem bl-istim, Alexisbad u l-promontorju għoli tal-muntanji Harz.

Il-kastell u l-knisja kolleġġjali ta' San Servatius għadhom jiddominaw ir-raħal bħal fil-bidu tal-Medjuevu. Il-knisja hija eżempju prim tal-istil Rumanesk Ġermaniż. It-teżor tal-knisja, li kien fih artefatti u kotba reliġjużi Kristjani antiki, insteraq minn suldat Amerikan iżda issa reġa' qiegħed f'Quedlinburg (mill-1993) u għadu jintwera lill-pubbliku sa llum.

L-eks knisja kolleġġjali ta' San Wiperti ġiet stabbilita fid-936 meta l-knisja kanonika ta' San Wigpertus ġiet ittrasferita mill-għolja tal-kastell biex minflokha tinbena l-Abbazija ta' Quedlinburg. Il-knisja nbniet fil-post fejn fl-imgħoddi kien hemm l-ewwel palazz irjali Ottonjan. Għall-ħabta tal-1020, kripta bi tliet apsidi ġiet miżjuda mal-bażilika. Il-kripta, li baqgħet tinżamm minkejja l-alterazzjonijiet kollha li saru fil-knisja matul is-snin, hija wkoll waqfa tul ir-Rotta Rumaneska sa llum.[2]

Iċ-ċentru storiku ta' Quedlinburg

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta panoramika tal-għolja tal-kastell

Il-Knisja Kolleġġjali, il-Kastell u ċ-Ċentru Storiku ta' Quedlinburg ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi tal-kriterju (iv) tal-għażla tal-UNESCO: "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Infrastruttura

[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm ferrovija li taħdem bl-istim tal-Linja Ferrovjarja tal-Wied ta' Selke li tikkollega ma' ferrovija ekspress Transdev Harz-Berlin fil-linja ferrovjarja minn Magdeburg fl-istazzjon ta' Quedlinburg.

L-eqreb ajruporti ta' Quedlinburg huma dawk ta' Hannover, 120 kilometru fil-Majjistral, u ta' Leipzig/Halle, 90 kilometri fix-Xlokk. Iktar fil-qrib, iżda moqdi minn ftit linji tal-ajru biss, hemm l-ajruport ta' Magdeburg-Cochstedt. Hemm ukoll mitjar f'Ballenstedt-Assmussstedt għall-avjazzjoni ġenerali.

L-istazzjon ferrovjarju ta' Quedlinburg

Bil-ferrovija

[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm ferroviji reġjonali mħaddma minn Deutsche Bahn u kumpanija ferrovjarja privata Transdev li jużaw il-linja ferrovjarja standard Magdeburg–Thale li jikkollegaw l-istazzjon ta' Quedlinburg ma' Magdeburg, ma' Thale u ma' Halberstadt.

Bil-karozzi tal-linja

[immodifika | immodifika s-sors]

Quedlinburg huwa kkollegat permezz ta' karozzi tal-linja reġjonali mal-villaġġi u mal-irħula tal-madwar. Barra minn hekk, hemm karozzi tal-linja li joperaw fuq distanza twila li jikkollegaw ir-raħal ma' Berlin.

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Carl Ritter
    Andreas Werckmeister (1645–1706), teoriku, organista, eżaminatur tal-orgni u kompożitur Ġermaniż
  • Dorothea Erxleben (1715–1762), l-ewwel tabiba fil-Ġermanja[11]
  • Friedrich Gottlieb Klopstock (1724–1803), poeta u kontemporanju Ġermaniż ta' Johann Wolfgang von Goethe
  • Johann Gerhard (1582–1637), teologu, u wieħed mir-rappreżentanti Denter tal-ortodossija Luterana
  • Wilhelm Homberg (1652–1715), naturalista, li jingħad li twieled matul vjaġġ f'Batavia/Jakarta, iżda li kellu ġenituri li kienu jgħixu f'Quedlinburg
  • Johann Christoph Friedrich GutsMuths (1759–1839), missier il-ġinnastika Ġermaniża
  • Carl Ritter (1779–1859), fundatur tal-ġeografija xjentifika
  • Julius Wolff (1834–1910), poeta u kittieb
  • Julius Wolff
    Gustav Albert Schwalbe (1844–1916), anatomista u antropoloġista
  • Carl Schroeder (1848–1935), ċellist, kompożitur, konduttur u Hofkapellmeister
  • Georg Ay (1900–1997), politiku (NSDAP), membru tar-Reichstag (1933–1945)
  • Fritz Grasshoff (1913–1997), poeta, pittur, liriku pop
  • Bernhard Schrader (1931–2012), kimiku, pijunier tal-ispettroskopija sperimentali Raman u infra-aħmar
  • Peter Kramer (twieled fl-1933), fiżiku
  • Leander Haußmann (twieled fl-1959), direttur tal-films u tat-teatru (eż. "Sonnenallee" (film), "Herr Lehmann", "NVA")
  • Petrik Sander (twieled fl-1960), kowċ tal-futbol
  • Petra Schersing (kunjomha xebba Muller, 1965), sprinter u rebbieħa Olimpika ta' medalja tal-fidda
  • Silvio Meier (1965–1992), attivista maqtul min-Neo-Nażisti
  • Dagmar Hase (twieled fl-1969), għawwiem u rebbieħ Olimpiku
  • Sascha Ring (twieled fl-1978), mużiċist elettroniku magħruf bħala Apparat
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Collegiate Church, Castle and Old Town of Quedlinburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-06.
  2. ^ a b ċ Antz, Christian, ed. (2001). Strasse der Romanik (German). Verlag Janos Stekovics. ISBN 3-929330-89-X.
  3. ^ "Gebietsänderungen vom 01. Januar bis 31. Dezember 2014". Statistisches Bundesamt (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
  4. ^ "Hauptsatzung der Welterbestadt Quedlinburg" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-01-20. Miġbur 2022-02-06.
  5. ^ "Press release of the Deutsche Wetterdienst" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2022-02-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Wetter und Klima - Deutscher Wetterdienst - Startseite". www.dwd.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
  7. ^ "Wetter Quedlinburg | 14 Tage Wettervorhersage Sachsen-Anhalt | Wetterbericht & Klima". web.archive.org. 2019-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-04-26. Miġbur 2022-02-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Annual Estimates of the Resident Population" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-16. Miġbur 2022-02-06.
  9. ^ Sachsen-Anhalt, Statistisches Landesamt. "Kommunalwahlen in Sachsen-Anhalt". wahlergebnisse.sachsen-anhalt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-06.
  10. ^ "Quedlinburg Germany | Top 12 sights to see". www.furnishedinside.com (bl-Ingliż). 2020-06-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-06. Miġbur 2022-02-06.
  11. ^ Schiebinger, L. (1990): "The Anatomy of Difference: Race and Sex in Eighteenth-Century Science" p. 399, Eighteenth Century Studies 23(3) pp. 387–405.