Olivia Lewis
Olivia Lewis (Ħal Qormi, 18 ta' Ottubru 1978) hi kantanta Maltija.
Lewis bdiet tkanta ta' tifla żgħira u kienet tinvolvi ruħha f'diversi festival mużikali. Hi tkanta diversi stili mużikali, minn pop għal jazz, imma tippreferi aktar l-mużika soul.
Fix-xena mużikali lokali, hi hi l-aktar popolari miħabba n-numru ta' parteċipazzjonijiet li għamlet fil-festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, li tagħżel il-kanzunetta Maltija li se tikkompeti fil-Festival tal-Eurovision. Fil-ħdax-il attentat tagħha, hi finalment rebħet il-festival tal-2007, li sar fit-3 ta' Frar 2007, bil-kanzunetta "Vertigo". Hi rrapreżentat lil Malta fis-semifinali tal-Eurovision 2007 f'Ħelsinki, fil-Finlandja, nhar l-10 ta' Mejju 2007. Hi kantat fl-20 post wara l-kantanta Norveġiża Guri Shanke bil-kanzunetta "Ven a bailar conmigo" u qabel il-grupp Anonymous mill-Andorra bil-kanzunetta "Salvem El Món". Madanakollu hi ma rnexxilhiex taqta' passaġġ għall-finali, fejn ikklassifikat fil-25 post minn 28 pajjiż b'total minimu ta' 15-il punt.
Parteċipazzjoni fil-Malta Song For Europe
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Poż. | Kanzunetta | Noti |
---|---|---|---|
1997 | 7 | "Falling (for your love)" | flimkien ma' Marvic Lewis |
1998 | 15 | "You're the one" | |
1999 | 7 | "Autumn of my love" | |
2000 | 5 | "Only for you" | |
9 | "I wanna love you" | ||
2001 | 7 | "Love will see me through" | |
10 | "Hold me now" | ||
2002 | 11 | "Give me wings" | |
2003 | 6 | "Starting over" | flimkien ma' IQ's Verse-One |
2004 | 2 | "Take a look" | miktuba minn Paul Giordimaina u Fleur Balzan |
2005 | 2 | "Deja Vu" | miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg |
2006 | 2 | "Spare a moment" | miktuba minn Ray Agius u Godwin Sant |
2007 | 1 | "Vertigo" | miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg |
Predeċessur Fabrizio Faniello |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2007 |
Suċċessur |