[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Għerien ta' Ellora

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tempju ta' Kailasanatha fuq ġewwa fl-Għar nru 16.

L-Għerien ta' Ellora huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fid-distrett ta' Aurangabad ta' Maharashtra, l-Indja. Is-sit huwa wieħed mill-ikbar kumplessi ta' għerien-tempji Induisti mnaqqxa fil-blat fid-dinja, b'opri tal-arti li jmorru lura għall-perjodu 600-1000 W.K.[1][2] L-Għar nru 16 fih l-ikbar tħaffir monolitiku fil-blat fid-dinja, it-Tempju ta' Kailash, monument b'għamla ta' karru ddedikat lill-alla Shiva. It-Tempju ta' Kailash fih ukoll skulturi ta' diversi divinitajiet Induisti kif ukoll panewijiet ta' riljievi li juru fil-qosor żewġ ġrajjiet epiċi Induisti ewlenin.

B'kollox hemm iktar minn 100 għar fis-sit, kollha mħaffra fl-irdumijiet tal-bażalt fl-Għoljiet ta' Charanandri, u 34 minnhom huma miftuħin għall-pubbliku.[3] Dawn jikkonsistu minn 17-il għar tal-Induiżmu (l-għerien nri 13-29), 12-il għar tal-Buddiżmu (l-għerien nri 1-12) u ħames għerien tal-Ġainiżmu (l-għerien nri 30-34).[4][5] Kull grupp ta' għerien jirrappreżenta divinitajiet u mitoloġiji prevalenti fl-ewwel millenju W.K. Barra minn hekk hemm ukoll monasteri ta' kull wieħed mit-tliet reliġjonijiet. L-għerien inbnew qrib xulxin u juru l-armonija reliġjuża li kienet teżisti fl-Indja tal-qedem.[6] Il-monumenti kollha ta' Ellora nbnew matul id-dinastija Rashtrakuta, li bniet parti mill-għerien Induisti u Buddisti, u matul id-dinastija Yadava, li bniet għadd ta' għerien Ġainisti. Il-finanzjament għall-kostruzzjoni tal-monumenti ġie pprovdut min-nies irjali, mill-merkanti u mill-għonja tar-reġjun.[7]

Għalkemm l-għerien servew bħala tempji u punt ta' waqfien għall-pellegrini, il-pożizzjoni tas-sit tul rotta kummerċjali antika tan-Nofsinhar tal-Asja wasslet biex is-sit ikun ukoll ċentru kummerċjali importanti fir-reġjun Dekkan.[8] Is-sit jinsab 29 kilometru (18-il mil) fil-Majjistral ta' Sambhaji Nagar, u madwar 300 kilometru (190 mil) fi Grieg il-Lvant ta' Mumbai. Illum il-ġurnata, l-Għerien ta' Ellora, flimkien mal-Għerien ta' Ajanta fil-qrib, huma attrazzjoni turistika ewlenija fir-reġjun ta' Marathwada f'Maharashtra u monument protett mill-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja (bl-Ingliż: Archeological Survey of India - ASI).[9]

Ellora, imsejħa wkoll Verul jew Elura, hija l-forma mqassra tal-isem antik Elloorpuram.[10] Il-verżjoni antika tal-isem instabet f'referenzi antiki bħall-iskrizzjoni Baroda tat-812 W.K. li ssemmi "l-kobor ta' dan is-sit" u li "dan is-sit inbena fuq għolja minn Krishnaraja f'Elapura", b'referenza għat-Tempju ta' Kailasa. Fit-tradizzjoni Indjana, kull għar għandu isem u s-suffiss Guha (bis-Sanskritu), Lena jew Leni (bil-Marathi), li jfisser "għar".[11]

Bosta drabi jingħad ukoll li isem l-Għerien ta' Ellora oriġina minn Ilvalapuram, imsejħa għall-asura Ilvala li rrenja f'dan ir-reġjun sa ma ġarrab telfa kontra l-Għaref Induista Agastya.[12]

Mappa ġenerali tal-Għerien ta' Ellora (il-blat huwa indikat bl-aħdar skur)

L-Għerien ta' Ellora jinsabu fl-istat ta' Maharashtra madwar 29 kilometru (18-il mil) fil-Majjistral tal-belt ta' Aurangabad, 300 kilometru (190 mil) fi Grieg il-Lvant ta' Mumbai, 235 kilometru (146 mil) minn Pune, madwar 100 kilometru (62 mil) fil-Punent tal-Għerien ta' Ajanta, u 2.3 kilometri (1.42 mil) mit-Tempju ta' Grishneshwar.

L-Għerien ta' Ellora jokkupaw reġjun relattivament ċatt tal-blat tal-Katina Muntanjuża tal-Punent (bl-Ingliż: Western Ghats), fejn l-attività vulkanika tal-qedem ħolqot formazzjonijiet b'diversi saffi tal-bażalt, magħrufa bħala n-Nases ta' Dekkan. L-attività vulkanika li ffurmat l-irdum li jħares lejn il-Punent li fih tħaffru l-Għerien ta' Ellora seħħet matul il-Kretaċju. Il-wiċċ vertikali li rriżulta minn din l-attività vulkanika ffaċilita l-aċċess għal bosta saffi ta' formazzjonijiet tal-blat, u b'hekk l-arkitetti tal-għerien setgħu jiksbu l-bażalt b'granuli ifjen għal skulturi iktar dettaljati.[13]

Il-kostruzzjoni tal-Għerien ta' Ellora ilha tiġi studjata mill-era kolonjali Brittanika fl-Indja. Madankollu, it-trikkib fl-istili bejn l-għerien Buddisti, Induisti u Ġainisti għamilha diffiċli li jintlaħaq qbil dwar il-kronoloġija tal-kostruzzjoni tagħhom.[14] In-nuqqas ta' qbil ġeneralment jikkonċerna: l-ewwel, liema mill-għerien Buddisti u Induisti tħaffru l-ewwel; u t-tieni, id-datazzjoni relattiva tal-għerien fi ħdan tradizzjoni partikolari. Il-konsensus wiesa' li feġġ huwa bbażat fuq it-tqabbil tal-istili ta' tinqix fl-Għerien ta' Ellora u f'għerien-tempji datati oħra fir-reġjun ta' Dekkan, tar-rekords testwali ta' diversi dinastiji, u tal-evidenza epigrafika li nstabet f'diversi siti arkeoloġiċi qrib l-Għerien ta' Ellora u f'inħawi oħra f'Maharashtra, f'Madhya Pradesh u f'Karnataka.[15][16] Geri Hockfield Malandra u studjużi oħra ddikjaraw li l-Għerien ta' Ellora kellhom tliet perjodi importanti ta' kostruzzjoni: fażi Induista bikrija (għall-ħabta tal-550 sas-600 W.K.), fażi Buddista (għall-ħabta tas-600 sas-730 W.K.) u fażi Induista u Ġainista iktar 'il quddiem (għall-ħabta tas-730 sad-950 W.K.).[17][18]

L-iżjed għerien bikrin x'aktarx li nbnew matul id-dinastiji Traikutaka u Vakataka, din tal-aħħar magħrufa l-iktar talli sponsorjat il-kostruzzjoni tal-Għerien ta' Ajanta. Madankollu, jitqies li x'aktarx uħud mill-iżjed għerien bikrin, bħall-Għar nru 29 (Induist), inbnew mid-dinastija Kalachuri ispirata minn Shiva, filwaqt li l-għerien Buddisti nbnew mid-dinastija Chalukya. L-għerien Induisti li nbnew iktar 'il quddiem u l-għerien Ġainisti bikrin inbnew mid-dinastija Rashtrakuta, filwaqt li l-aħħar għerien Ġainisti nbnew mid-dinastija Yadava, li kienet sponsorjat ukoll il-kostruzzjoni ta' għerien-tempji Ġainisti oħra.[19][20][21]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Għerien ta' Ellora ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[2]

Monumenti Induisti: Għerien nri 13-29

[immodifika | immodifika s-sors]

L-għerien Induisti nbnew f'żewġ fażijiet matul il-perjodu tad-dinastija

Parvati u Shiva Jiżfen (fuq il-lemin) f'Għar ta' Ellora.

Kalachuri, minn nofs is-seklu 6 sas-seklu 8. Tħaffru disa' għerien-tempji fil-bidu tas-seklu 6[22][23], u mbagħad tħaffru erba' għerien oħra (l-għerien nri 17-29). Ix-xogħol beda l-ewwel, skont ordni kronoloġika, fl-Għerien nri 28, 27 u 19, u mbagħad fl-Għerien nri 29 u 21, li tħaffru fl-istess żmien mal-Għerien nri 20 u 26. L-Għerien nri 17 u 28 kienu l-aħħar li nbdew.[24][25]

L-Għerien nri 14, 15 u 16, li nbnew wara tħaffru matul id-dinastija Rashtrakuta, u wħud huma datati bejn is-sekli 8 u 10.[26] Ix-xogħol inbeda l-ewwel fl-Għerien nri 14 u 15, u l-Għar nru 16, l-ikbar tħaffir monolitiku fid-dinja, inbena l-aħħar. Dawn l-għerien tlestew fis-seklu 8 bis-sostenn tar-Re Krishna I.[27][28]

Veduta mill-Għar nru 29.

Tempji Induisti Bikrin: Dhumar Lena, Għar nru 29

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kostruzzjoni fl-għerien Induisti bikrin x'aktarx li bdiet qabel dik fl-għerien Buddisti jew Ġainisti. Dawn l-għerien bikrin ġeneralment kienu ddedikati lill-alla Shiva, għalkemm l-ikonografija tissuġġerixxi li l-artiġjani taw l-istess prominenza u qima lil allat maskili u femminili oħra tal-Induiżmu. Karatteristika komuni ta' dawn l-għerien-tempji kienet linga-yoni mħaffra fil-blat fil-qalba tas-santwarju u kull waħda kienet tkun imdawra bi spazju biex wieħed ikun jista' jdur magħha (parikrama).

Il-Pilastru tal-Ġebel tal-Għar nru 16.

L-Għar nru 29, imsejjaħ ukoll Dhumar Lena, huwa wieħed mill-iżjed għerien bikrin ta' Ellora u fost l-ikbar ukoll.[29] Il-kostruzzjoni Induista bikrija tal-għar-tempju kienet iċċentrata madwar il-"Vale Ganga", kaskata naturali li ġiet integrata fil-monument.[30] Il-kaskata hija viżibbli minn gallarija mħaffra fil-blat fin-Nofsinhar, b'mod partikolari fl-istaġun tal-monsuni, u ġiet deskritta bħala "li taqa' fuq waħda mill-ħuġbejn ta' Shiva". It-tinqix f'dan l-għar huwa iktar mid-daqs ta' bniedem, iżda skont l-awtur Dhavalikar, id-dirgħajn ta' Shiva huma "iktar korpulenti, ikbar u iktar sproporzjonati" meta mqabbla mat-tinqix f'għerien oħra ta' Ellora.[31]

Tempju ta' Rameshwar: Għar nru 21

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Għar nru 21, imsejjaħ ukoll Rameshwar Lena, huwa għar bikri ieħor li l-kostruzzjoni tiegħu ġiet akkreditata lid-dinastija Kalachuri. L-għar tlesta qabel ma bdiet tirrenja d-dinastija Rashtrakuta, li mbagħad kompliet tkabbar l-Għerien ta' Ellora.[32][33]

L-alla Ganga fid-daħla tal-Għar nru 21.

Għalkemm il-karatteristiċi tal-għar huma simili għal dawk f'għerien oħra ta' Ellora, dan l-għar fih ukoll għadd ta' opri uniċi, bħat-tinqix dwar il-ġrajja tal-alla femminili Parvati li ppruvat tirbaħ qalb Shiva. It-tinqix ta' Parvati u Shiva jiddevertu, tat-żwieġ ta' Parvati u Shiva, ta' Shiva jiżfen u ta' Kartikeya (Skanda) jinstab f'għerien oħra wkoll.[34] Fl-Għar nru 21 hemm ukoll tinqix kbir tas-Sapta Matrika, is-seba' allat ommijiet tat-tradizzjoni Shakti tal-Induiżmu, u fuq kull naħa tagħhom tinqix ta' Ganesha u Shiva. Fuq ġewwa tat-tempju hemm it-tinqix ta' allat femminili oħra li huma importanti għat-tradizzjoni Shakti, pereżempju d-Durga. Fuq kull naħa tad-daħla tal-Għar nru 21 hemm skulturi kbar tal-allat femminili Ganga u Yamuna li jirrappreżentaw iż-żewġ xmajjar ewlenin tal-Himalayas u l-importanza tagħhom għall-kultura Indjana.[35]

L-għar għandu konfigurazzjoni simetrika skont il-prinċipju tal-mandapa kwadra u fih tiżjin ġeometriku ripetut mal-għar kollu.[36] Il-linga ta' Shiva fis-sanctum sanctorum tat-tempju hija ekwidistanti mill-istatwi tal-allat femminili ewlenin Ganga u Yamuna, u t-tlieta li huma jiffurmaw triangolu ekwilaterali.[37] Skont Carmel Berkson, din il-konfigurazzjoni x'aktarx li tissimbolizza r-relazzjoni Brahman-Pakriti, l-interdipendenza tal-enerġiji maskili u femminili, li hija ċentrali għat-teoloġija Induista.[35]

Tempju ta' Kailāśa: Għar nru 16

[immodifika | immodifika s-sors]
top view
Fergusson painting
Xellug: It-Tempju ta' Kailash. Lemin: Tpinġija ta' James Fergusson tas-seklu 19.

L-Għar nru 16, magħruf bħala t-Tempju ta' Kailasa, huwa għar-tempju partikolarment notevoli fl-Indja minħabba d-daqs u l-arkitettura tiegħu, kif ukoll minħabba li tħaffer minn blata sħiħa waħda.[38][39]

It-Tempju ta' Kailasha, ispirat mill-Muntanja Kailasha, huwa ddedikat lil Shiva.[40] Ġie mmuddellat skont linji simili bħal tempji Induisti oħra b'daħla, sala ta' assemblea, tempju prinċipali b'diversi sulari mdawwar b'bosta santwarji, b'konfigurazzjoni skont il-prinċipju tal-mandala kwadra[41], spazju integrat biex wieħed ikun jista' jdur mal-linga, garbha-grihya jew sanctum sanctorum bil-linga-yoni, u spira b'għamla simili għall-Muntanja Kailash – kollox imnaqqax fi blata sħiħa waħda.[42] Santwarji oħra mnaqqxa fl-istess blata huma ddedikati lil Ganga, Yamuna, Saraswati, l-għaxar avatar ta' Vishnu, l-allat maskili u femminili Vediċi inkluż Indra, Agni, Vayu, Surya u Usha, kif ukoll divinitajiet mhux Vediċi bħal Ganesha, Ardhanarishvara (nofs Shiva, nofs Parvati), Harihara (nofs Shiva, nofs Vishnu), Annapurna, Durga u oħrajn.[43] Il-pjan terran tat-tempju fih bosta opri ta' Shiva, Vaishnava u Shakti; sett notevoli ta' tinqix jinkludi t-tnax-il episodju mit-tfulija ta' Krishna, element importanti tal-Vaixnaviżmu.[44]

Pittura tal-Għar nru 15 fil-bidu tas-seklu 19.

L-istruttura hija tempju mhux mirfud, b'diversi sulari, u tkopri erja d-doppju tad-daqs tal-Partenon f'Ateni.[45][46] Huwa stmat li l-artisti neħħew tliet miljun pied kubu ta' blat, b'piż ta' madwar 200,000 tunnellata, biex jitħaffer it-tempju.

Il-kostruzzjoni tat-tempju ġiet attribwita lir-Re tad-dinastija Rashtrakuta Krishna I (li rrenja mis-756 sas-773 W.K.)[47], iżda ġew innutati wkoll elementi tal-arkitettura Pallava.[48] Il-bitħa għandha bażi ta' 82 metru b'46 metru, u hija għolja 30 metru (280 pied × 160 pied × 106 pied). Id-daħla fiha gopuram baxxa. Is-santwarju ċentrali bil-linga għandu mandapa b'saqaf ċatt mirfud b'16-il pilastru, u shikhara Dravidjana. F'zuntier quddiem it-tempju hemm xbieha tal-muntanja Nandi (barri sagru) ta' Shiva. Tnejn mill-ħitan fit-tempju prinċipali fihom ringieli ta' tinqix mill-ġrajja tal-Mahabharata fuq in-naħa tat-Tramuntana, u mill-ġrajja tar-Ramayana fuq in-naħa tan-Nofsinhar.[49]

It-Tempju ta' Kailasha jitqies bħala eżempju notevoli ta' kostruzzjoni tat-tempji mill-istorja Indjana tal-ewwel millenju[50][51], u Carmel Berkson isejjaħlu "wieħed mill-għeġubijiet tad-dinja" fost il-monumenti mħaffrin fil-blat.[52]

Tempju ta' Dashavatara: Għar nru 15

[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Kailasa, imnaqqax kollu b'mod notevoli minn blat sħiħa waħda nbena mir-Re tad-dinastija Rashtrakuta Krishna I (li rrenja mis-756 sas-773 W.K.).
Il-panew tar-Ramayana.

It-Tempju ta' Dashavatara jew l-Għar nru 15, huwa struttura sinifikanti oħra li tlestiet xi żmien wara l-Għar nru 14 (Ravan ki Khai, Induist). L-Għar nru 15 fih ċelel u konfigurazzjoni simili għal dawk fl-Għerien Buddisti nri 11 u 12, li jissuġġerixxu li dan l-għar kien maħsub bħala għar Buddist; madankollu, il-preżenza ta' karatteristiċi mhux Buddisti, bħal Nrtya Mandapa (paviljun Indjan taż-żfin klassiku) fid-daħla tiegħu, indikat mod ieħor. Skont James Harle, fl-Għar Buddist nru 11 instabu xbihat Induisti, filwaqt li bosta divinitajiet Induisti ġew inkorporati fl-għerien Buddisti tar-reġjun. Dan it-trikkib f'disinni differenti bejn l-għerien Buddisti u Induisti jaf sar peress li l-arkitetti u l-ħaddiema li ħadmu f'dawn is-siti kienu l-istess nies, jew inkella għar li kien ikun ippjanat bħala wieħed Buddist imbagħad kien jiġi adattat f'monument Induist.[53][54]

Skont Geri Malandra, l-għerien Buddisti kollha ta' Ellora kienu intrużjoni f'post li diġà kien sit stabbilit tal-pellegrinaġġi Induisti tat-Tirtha Brahmana, u mhux bil-kontra. Barra minn hekk, peress li kemm l-għerien Buddisti kif ukoll dawk Induisti kienu fil-biċċa l-kbira anonimi, bl-ebda iskrizzjoni dwar id-donaturi li bnewhom, l-intenzjoni u n-natura oriġinali tagħhom huma spekulattivi.[55]

L-alla Vishnu fit-Tempju ta' Dashavatara.

It-tempju Induist fl-Għar 15 għandu bitħa fil-beraħ b'mandapa monolitika mhux mirfuda fin-nofs u tempju ta' żewġ sulari mħaffer fuq wara fil-blat. Panewijiet bi skulturi kbar bejn il-kolonni fil-ħitan fis-sular ta' fuq juru firxa wiesgħa ta' temi, inkluż l-għaxar avatars ta' Vishnu. Iskrizzjoni ta' Dantidurga, kruċjali għad-datazzjoni tat-tempju, tinsab fuq il-ħajt ta' wara tal-mandapa ta' quddiem. Skont Coomaraswamy, l-ifjen riljiev ta' dan l-għar huwa dak tal-mewt ta' Hiranyakashipu, fejn Vishnu b'għamla ta' raġel-iljun (Narasimha), joħroġ minn pilastru biex ipoġġi id fatali fuq spalltu. Din hija skultura tad-dinastija Rastrakoot.[56] Riljievi oħra fl-Għar nru 15 jinkludu l-Gangadhara, iż-żwieġ ta' Shiva u Parvati, it-Tripurantika tat-tradizzjoni Shakti, Markendeya, Garuda, aspetti tal-ħajja, Nandi f'mandapa, Shiva jiżfen, Andhakasura, Govardhanadhari, Gajendravarada u oħrajn.[57] Il-panewijiet huma rranġati f'dijadi, li skont Carmel Berkson isaħħu lil xulxin b'wirja ta' "enerġija kooperattiva iżda wkoll antagonistika" b'reċiproċità ta' trasferiment ta' poteri.[58]

Għerien Indù oħra

[immodifika | immodifika s-sors]

Għerien Induisti notevoli oħra huma r-Ravan ki Khai jew l-Għar nru 14 u n-Nilkantha jew l-Għar nru 22. It-tnejn li huma fihom bosta skulturi. L-Għar nru 25, b'mod partikolari, fih tinqix ta' Surya mas-saqaf.

Monumenti Buddisti: Għerien nri 1-12

[immodifika | immodifika s-sors]
L-Għerien nri 11 (hawn fuq) u 12 huma monasteri bi tliet sulari mħaffrin ġol-blat, b'ikonografija Vajrayana fuq ġewwa.[59]

Dawn l-għerien jinsabu fuq in-naħa tan-Nofsinhar u nbnew bejn is-630 u s-700 W.K.[60], jew bejn is-600 u s-730 W.K.[61] Inizjalment kien maħsub li l-għerien Buddisti kienu l-iżjed strutturi bikrin li nħolqu bejn is-sekli 5 u 8, bl-għerien nri 1-5 fl-ewwel fażi (400-600) u nri 6-12 f'fażi iktar 'il quddiem (650-750), iżda studjużi moderni issa jqisu li l-kostruzzjoni tal-għerien Induisti saret qabel dik tal-għerien Buddisti, għalkemm m'hemmx qbil dwar dan fis-sorsi kollha.[62] L-iżjed għar Buddist bikri huwa l-Għar nru 6, imbagħad l-għerien nri 5, 2, 3, 5 (fuq il-lemin), l-għerien nri 4, 7, 8, 10 u 9, u fl-aħħar nett l-għerien nri 11 u 12, magħrufa wkoll bħala Do Thal u Tin Thal rispettivament.[63]

Ħdax mit-tnax-il għar Buddist jikkonsistu minn viharas jew monasteri bi swali għat-talb. Dawn kienu binjiet kbar, b'diversi sulari, imħaffrin fil-wiċċ tal-muntanja, b'kwartieri għall-għajxien, kwartieri għall-irqad, kċejjen, u kmamar oħra. L-għerien bil-monasteri għandhom santwarji b'tinqix ta' Gautama Buddha, bodhisattvas u qaddisin. F'uħud minn dawn l-għerien, l-iskulturi għamlu ħilithom biex lill-ġebla jagħtuha dehra bħall-injam.[64]

Pjanta tal-Għar nru 5 jew l-Għar ta' Mahawara.

L-Għerien nri 5, 10, 11 u 12 huma għerien Buddisti b'importanza arkitettonika. L-Għar nru 5 huwa uniku fost l-Għerien ta' Ellora peress li ġie ddisinjat bħala sala b'par bankijiet paralleli tar-refettorju fiċ-ċentru u statwa ta' Buddha fuq wara. Dan l-għar u l-Għar nru 11 tal-Għerien ta' Kanheri huma l-unika żewġ għerien Buddisti fl-Indja li huma rranġati b'dan il-mod. L-Għerien nri 1 sa 9 huma kollha monasteri filwaqt li l-Għar nru 10, l-Għar ta' Vīśvakarmā, huwa sala Buddista maġġuri għat-talb. L-Għerien nri 11 u 12 huma għerien-monasteri tal-Buddiżmu Mahayana bi tliet sulari, b'idoli, b'mandali mnaqqxa fil-ħitan, b'bosta allat femminili, u ikonografija relatata mal-bodhisattva tal-Buddiżmu Vajrayana. Dawn huma evidenza ċara li tissuġġerixxi li l-ideali Vajrayana u Tantriċi tal-Buddiżmu kienu stabbiliti sew fin-Nofsinhar tal-Asja fis-seklu 8 W.K.[65]

Għar ta' Vishvakarma

[immodifika | immodifika s-sors]

Fost l-għerien Buddisti, l-Għar nru 10 huwa tassew notevoli. Huwa chaitya jew sala tal-qima msejħa l-Għar ta' Vishvakarma, u nbena għall-ħabta tas-650 W.K.[66][67] Dan l-għar huwa magħruf ukoll bħala l-"Għar tal-Mastrudaxxa", peress li l-ġebla tiegħu ngħatat dehra qisha ta' xorok tal-injam. Lil hinn mid-daħla tiegħu fuq sulari differenti, wieħed jasal f'sala ta' stupa qisha katidral, magħrufa wkoll bħala chaitya-griha (post għat-talb). Fil-qalba ta' dan l-għar hemm statwa ta' 15-il pied ta' Buddha bilqiegħda b'poża tal-ipprietkar.

Bosta allat femminili tantriċi Buddisti ġew imnaqqxa fl-Għar nru 12.

L-Għar nru 10 jikkombina vihara ma' sala tal-qima qisha kappella bi tmien ċelel sussidjarji, erba' fil-ħajt ta' wara u erba' fuq il-lemin, kif ukoll portiku fuq quddiem. Din is-sala hija l-unika chaitya griha ddedikata fost l-għerien Buddisti u nbniet b'linji simili għall-Għerien nri 19 u 26 tal-Għerien ta' Ajanta. L-Għar nru 10 fih ukoll gavaksha jew chandrashala, tieqa b'għamla ta' ħnejja u konnessjoni laterali li tagħti għall-Għar nru 9 ta' Ellora.[68]

Is-sala prinċipali tal-Għar ta' Visvakarma għandha pjanta b'apsida u hija maqsuma f'navata ċentrali u korsiji laterali permezz ta' 28 kolonna ottagonali b'kapitelli sempliċi bil-brakits. Fin-naħa apsidali tas-sala chaitya hemm stupa u fuq il-wiċċ tagħha hemm Buddha bilqiegħda kolossali bil-poża ta' vyakhyana mudra (poża tat-tagħlim). Fuq wara tal-istupa hemm siġra kbira Bodhi mnaqqxa. Is-sala għandha saqaf bil-volti b'triforji mnaqqxa fil-blat qishom xorok tal-injam. Il-freġji fuq il-pilastri fihom irġejjen Naga, u r-riljiev artistiku estensiv fih diversi karattri fosthom intrattenituri, żeffiena u mużiċisti.[69]

Parti mill-Għar Buddist nru 10 jew l-Għar tal-Mastrudaxxa.

In-naħa ta' quddiem tas-sala għat-talb hija spazju fil-beraħ imħaffer mill-blat li wieħed jasal għalih permezz ta' għadd ta' tarġiet. Id-daħla tal-għar għandha faċċata mnaqqxa u mżejna b'bosta motivi Indjani, inkluż apsari u patrijiet jimmeditaw. Fuq iż-żewġ naħat tas-sular ta' fuq hemm portiċi bil-pilastri bi kmamar żgħar fil-ħitan ta' wara tagħhom. Il-veranda bil-pilastri taċ-chaitya għandha santwarju żgħir fuq kull naħa u ċella individwali fit-tarf nett tal-ħajt ta' wara. Il-kolonni tal-kuritur għandhom xaftijiet kwadri enormi u kapitelli ghata-pallava (b'għamla ta' vażuni u bil-weraq). Id-diversi sulari tal-Għar nru 10 fihom idoli ta' divinitajiet maskili u femminili, bħal Maitreya, Tara, Avalokitesvara (Vajradhamma), Manjusri, Bhrkuti u Mahamayuri, imnaqqxa bl-istil tad-dinastija Pala li jinstab l-iktar fir-reġjuni tal-Lvant tal-Indja.[70] Xi influwenzi tan-Nofsinhar tal-Indja joħorġu fid-dieher ukoll f'diversi opri tal-arti f'dan l-għar.[71]

Monumenti Ġain: Għerien nri 30-34

[immodifika | immodifika s-sors]
Mahavira.
Bahubali.

Fin-naħa tat-Tramuntana tal-Għerien ta' Ellora hemm ħames għerien Ġainisti tas-setta Digambara, li tħaffru fis-seklu 9 u fil-bidu tas-seklu 10 W.K.[72][73] Dawn l-għerien huma iżgħar mill-għerien Buddisti u Induisti għalkemm xorta waħda fihom tinqix b'dettall kbir. Dawn l-għerien, u l-għerien Induisti li nbnew l-aħħar, inbnew għall-ħabta tal-istess żmien u fihom ideat arkitettoniċi u devozzjonali simili bħal veranda bil-pilastri, mandapa simetrika u puja (sala tal-qima).[74] Madankollu, għad-differenza tat-tempji Induisti, l-enfasi ssir fuq ix-xbihat ta' erba' u għoxrin Jina (konkwistaturi spiritwali li kisbu l-ħelsien miċ-ċiklu bla tmiem ta' twelid mill-ġdid).[75] Minbarra dawn il-Jinas, fost l-opri tal-arti fit-tempji Ġainisti hemm it-tinqix ta' allat maskili u femminili, magħrufa bħala yaksa (alla maskili) u yaksi (alla femminili), u devoti umani prevalenti fil-mitoloġija tal-Ġainiżmu tal-ewwel millenju W.K.[76]

Shikhar ta' Indra Sabha.

Skont Jose Pereira, il-ħames għerien effettivament kienu 23 struttura distinta li tħaffru matul perjodi differenti. 13 minnhom jinsabu f'Indra Sabha, sitta fil-Jagannatha Sabha u l-bqija fiċ-Chhota Kailash. Pareira uża bosta sorsi biex jikkonkludi li l-għerien Ġainisti ta' Ellora x'aktarx bdew jinbnew fl-aħħar tas-seklu 8[77], u l-attività tal-kostruzzjoni u tat-tħaffir baqgħet għaddejja wara s-seklu 10 sas-seklu 13, qabel ma waqfet ħesrem mal-invażjoni tar-reġjun mis-Sultanat ta' Delhi.[78] Evidenza ta' dan tinstab fl-iskrizzjonijiet iddedikati li ġew datati li jmorru lura għall-1235 W.K., fejn id-donatur jiddikjara li "kkonverta lil Charanadri f'tirtha mqaddsa" biex dawk li jemmnu fil-Ġainiżmu jkollhom it-tinqix ta' diversi Jina.[79]

Fost is-santwarji Ġainisti, huma partikolarment importanti ċ-Chhota Kailash (l-Għar nru 30, b'erba' skavi), l-Indra Sabha (l-Għar nru 32, bi 13-il skavi) u l-Jagannath Sabha (l-Għar nru 33, b'erba' skavi). L-Għar nru 31 fiha sala mhux kompluta b'erba' pilastri u santwarju.[80] L-Għar nru 34 huwa għar żgħir, li wieħed jista' jaċċessah minn fetħa fin-naħa tax-xellug tal-Għar nru 33.[81]

L-għerien Ġainisti fihom uħud mix-xbihat l-iktar bikrin tas-Samavasarana fost it-tinqix devozzjonali tagħhom. Is-Samavasarana hija ta' importanza partikolari għall-Ġainiżmu peress li hija s-sala fejn it-Tirthankara jipprietka wara li jikseb il-Kevala Jnana (l-onnixxenza liberatorja).[82] Karatteristika interessanti oħra li tinstab f'dawn l-għerien hija li l-figuri sagri tal-Ġainiżmu jinġabru f'pari, speċifikament Parsvanatha u Bahubali, li jidhru 19-il darba.[83] Opri tal-arti oħra ta' importanza jinkludu dawk tad-divinitajiet Sarasvati, Sri, Saudharmendra, Sarvanubhuti, Gomukha, Ambika, Cakresvari, Padmavati, Ksetrapala u Hanuman.[84]

Chhota Kailasha: Għar nru 30

[immodifika | immodifika s-sors]
Chhota Kailasha.

Chhota Kailasha jew it-Tempju Żgħir ta' Kailasha, ingħata dan l-isem minħabba t-tinqix simili li għandu bħal dawk tat-Tempju ta' Kailasha.[85] Dan it-tempju x'aktarx li nbena fil-bidu tas-seklu 9, fl-istess żmien bħall-kostruzzjoni tas-sular t'isfel tal-Indra Sabha, xi deċennji wara t-tlestija tat-Tempju ta' Kailasha. Fih żewġ riljievi enormi ta' Indra jiżfen, wieħed bi tmien dirgħajn u ieħor bi tnax, it-tnejn li huma mżejna b'ornamenti u kuruna; id-dirgħajn ta' Indra jidhru b'diversi pożi jew mudra li jfakkru l-opri tal-arti ta' Shiva jiżfen li nstabu fl-għerien Induisti fil-qrib.[86] Madankollu, l-ikonografija għandha diversi differenzi li jindikaw li dan l-għar fih Indra mhux Shiva jiżfen. Il-panewijiet ta' Indra fid-daħla fihom ukoll divinitajiet oħra, ħlejqiet tas-smewwiet, mużiċisti u żeffiena.[87]

L-istoriku tal-arti Lisa Owen qajmet dubji dwar jekk il-mużika u ż-żfin kinux parti mill-Ġainiżmu tas-seklu 9, minħabba li t-teoloġija tal-Ġainiżmu tiffoka fuq l-axxetiċiżmu meditattiv. Rajan, pereżempju, ippropona li l-Għar nru 30 jaf oriġinarjament kien monument tal-Induiżmu li mbagħad ġie kkonvertit f'tempju tal-Ġainiżmu. Madankollu, Owen tissuġġerixxi li l-opri tal-arti ċelebrattivi f'dan it-tempju jistgħu jinftiehmu aħjar bħala parti mid-duttrina tas-Samavasarana fil-Ġainiżmu.[88]

It-trikkib bejn il-mitoloġiji tal-Ġainiżmu u tal-Induiżmu ħolqu konfużjoni sħiħa, peress li t-Tielet Ktieb tal-Mahabharata tal-Induiżmu jiddeskrivi r-residenza ta' Indra bħala waħda mimlija b'varjetà ta' eroj, ħaddiema tal-qorti u artiġjani, fi ħdan ambjent qisu ta' ġenna. Dawn l-immaġnijiet jiġu ripetuti fl-Għar nru 30 kollu, b'mod simili għall-għerien Induisti, u b'hekk isawru l-kuntest tat-tempju. Madankollu, is-simboliżmu eqreb taċ-ċentru tat-tempju huwa iktar allinjat mal-ideat ewlenin tal-Ġainiżmu; bi prevalenza ikbar ta' xbihat jimmeditaw u Jinas – il-post fejn in-nies devoti tal-Ġainiżmu jipprattikaw ir-ritwal tal-abhisheka (qima) tagħhom.[89]

Mahavira, Matanga u Siddhaiki.

L-Għar nru 31, li jikkonsistit minn erba' pilastri, santwarju żgħir u għadd ta' tinqixiet, ma tlestiex. It-tinqix ta' Parshvanatha, bl-għassa tal-yaksha Dharanendra bis-seba' kappi tiegħu, u ta' Gommateshvara saru fil-ħitan tax-xellug u tal-lemin tas-sala, rispettivament, filwaqt li fi ħdan is-santwarju hemm idolu ta' Vardhamana Mahavir Swami. L-idolu jinsab bilqiegħda f'pożizzjoni padmasan fuq tron bl-iljuni u tidher chakra fil-panew tan-nofs tat-tron. Il-figura tal-yaksha Matanga fuq iljunfant tinsab fuq in-naħa tax-xellug tas-santwarju filwaqt li dik tal-yakshi Siddhaiki, bilqiegħda f'pożizzjoni savya-lalitasana fuq iljun b'wild fuq ħoġorha tinsab fuq il-lemin.[90][91]

Indra Sabha: Għar nru 32

[immodifika | immodifika s-sors]
Indra Sabha huwa l-ikbar għar Ġainista ta' Ellora u jmur lura għas-seklu 9 meta kienet tirrenja d-dinastija Rashtrakuta. Daħla sempliċi tagħti għal spazju fil-beraħ b'santwarju monolitiku b'saqaf piramidali. Figuri mnaqqxa tat-Tirthankhara tal-Ġainiżmu jżejnu l-ħitan tal-għar.

Indra Sabha (l-Għar nru 32), li tħaffer fis-seklu 9, huwa għar b'żewġ sulari u b'santwarju monolitiku fl-ispazju ċentrali tiegħu. Xi storiċi tas-seklu 19 ħawdu l-yaksas tal-Ġainiżmu ma' xbihat oħra ta' Indra li nstabu fl-opri tal-arti Buddisti u Induisti, u b'hekk wasslu biex it-tempju jissejjaħ b'mod żbaljat bħala "Indra Sabha".[92] Indra huwa divinità importanti fit-tliet reliġjonijiet maġġuri tar-reġjun, iżda huwa ta' importanza partikolari fil-Ġainiżmu mhux biss għaliex huwa wieħed mill-64 alla li jirrenjaw fis-smewwiet, iżda hu speċifikament huwa r-re tal-ewwel ġenna tal-Ġainiżmu u l-arkitett ewlieni tas-sala tal-assemblea ċelestjali skont l-Adipurana, test sagru tal-Ġainiżmu.[93]

It-tempju tal-Ġainiżmu ta' Indra Sabha huwa sinifikanti storikament għaliex fih evidenza, bħala saffi ta' depożiti u rekords testwali, tal-qima attiva ġo fih mill-komunità Ġainista. B'mod partikolari, huwa magħruf li kienu jsiru ritwali fis-sular ta' fuq, fejn l-opri tal-arti jaf kellhom rwol ċentrali.[94]

Bħal fil-każ ta' bosta Għerien ta' Ellora, hemm ħafna tinqix li jżejjen it-tempju, pereżempju t-tinqix ta' fjura tal-lotus fuq is-saqaf. Fis-sular ta' fuq tas-santwarju, imħaffer fuq in-naħa ta' wara, hemm xbieha ta' Ambika, il-yakshini ta' Neminath, bilqiegħda fuq l-iljun tagħha taħt siġra tal-mango tree mimlija frott. Iċ-ċentru tas-santwarju fih is-Sarvatobhadra, fejn erba' Tirthankaras tal-Ġainiżmu – Rshibha (l-ewwel), Neminatha (it-22), Parsvanatha (it-23) u Mahavira (l-24) huma allinjati mal-pożizzjonijiet kardinali u jiffurmaw post ta' qima għad-devoti.[95]

Jagannatha Sabha: Għar nru 33

[immodifika | immodifika s-sors]

Jagannatha Sabha (l-Għar nru 33) huwa t-tieni l-ikbar għar tal-Ġainiżmu f'Ellora u jmur lura għas-seklu 9 skont l-iskrizzjonijiet imnaqqxa fuq il-pilastri. Dan l-għar fih żewġ sulari bi tnax-il pilastru enormi u rjus tal-iljunfanti orjentati lejn zuntier, kollha kemm huma mnaqqxa f'blata sħiħa waħda. Is-sala fiha żewġ pilastri kwadri tqal quddiem, erba' fiż-żona tan-nofs, sala prinċipali kwadra bil-pilastri wkoll u b'xaftijiet imrikkbin ħdejn xulxin, kollha mnaqqxa b'mod mirqum bil-kapitelli, bil-brakits u bid-disinn imrikkeb. L-idoli maġġuri fuq ġewwa huma dawk ta' Parshvanatha u ta' Mahavira, l-aħħar żewġ Tirthankaras fil-Ġainiżmu.[96][97]

L-alla femminili Sidaika.

Skont l-istoriku José Pereira, ċerti iskrizzjonijiet fl-Għar nru 34 jew J26 għadhom ma ġewx deċifrati iżda x'aktarx li saru bejn it-800 u t-850 W.K.[98] Huwa maħsub li iskrizzjonijiet oħra, bħal dik ta' Sri Nagavarma, imorru lura għas-seklu 9 jew 10.[99]

Dan l-għar fih statwa mnaqqxa kbira ta' Parshvanatha Jina bilqiegħda flimkien ma' erba qaddejja camara, tnejn minnhom bil-frosta, li jidhru qishom ħerġin minn wara t-tron tal-Jina.[100] Bħal f'bosta skavi Ġainisti oħra, par kbir ta' yaksa-yaksi jinstab ukoll f'dan l-għar qrib il-Jina.[101] Fuq in-naħa ta' wara tal-għar hemm figura bid-daqna bi skutella f'idejha b'offerti tondi bħala sagrifiċċju, b'għamliet li jfakkru fil-pindas (blalen tar-ross) jew fil-laddus (blalen tal-ħelu). Dan jissuġġerixxi li x-xbieha tista' tkun marbuta mal-qima devozzjonali tal-Ġainiżmu, x'aktarx xi ċerimonja ta' shraddha.[102] Flimkien max-xbieha ta' Parshvanatha fl-għar hemm oħra ta' Gommateshvara bilwieqfa[103], akkumpanjati b'tinqix ieħor ta' mużiċisti jdoqqu varjetà ta' strumenti bħal kurunetti, tnabar, bronji, trumbetti u plattini.[104] Karatteristika partikolarment notevoli tal-għar hija tinqixa ġganteska ta' lotus miftuħa fuq is-saqaf tagħha fuq ġewwa u fuq barra. Din tinstab f'post Ġainista ieħor biss u fl-Għar Induista nru 25 mill-Għerien ta' Ellora kollha. Il-kollokazzjoni tal-lotus fuq l-għar minflok xi skultura tissimbolizza li t-tempju huwa post divin.[105]

Xbieha ta' Parshvanath imnaqqxa fil-blat

[immodifika | immodifika s-sors]

Fuq l-għolja fil-Grigal tal-kumpless prinċipali ta' għerien hemm tempju Ġainista li fih xbieha mnaqqxa fil-blat ta' 16-il pied (4.9 metri) ta' Parshvanath mill-perjodu tad-dinastija Rashtrakuta b'iskrizzjoni datata l-1234 W.K. Maġenb ix-xbieha ppreservata sew hemm tinqix ta' Dharaıendra u ta' Padmavati. L-iskrizzjoni ssemmi li s-sit jissejjaħ l-Għolja ta' Charana u huwa post sagru.[106] Għadu jintuża attivament bħala sit tal-qima u b'hekk mhuwiex protett mill-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja. Biex wieħed jasal għat-tempju jrid jitla' sitt mitt tarġa. Is-sit huwa ġestit minn Gurukul Ġainista li jgħix fil-villaġġ fil-qrib.[107]

Viżitaturi, profanazzjoni u ħsara

[immodifika | immodifika s-sors]
L-alla femminili Ambika bilqiegħda fuq iljun fl-Għar nru 34.

Matul is-sekli ta' wara t-tlestija tal-għerien kien hemm diversi rekords bil-miktub li jindikaw li dawn l-għerien kienu jżuruhom regolarment, b'mod partikolari għaliex kienet tinsab qrib rotta kummerċjali;[108] pereżempju, huwa magħruf li l-Għerien ta' Ellora kienu frekwentati minn patrijiet Buddisti fis-sekli 9 u 10. Bi żball issir referenza għall-għerien minn resident tas-seklu 10 minn Bagdad Al-Mas‘udi bħala "Aladra", is-sit ta' tempju kbir, post ta' pellegrinaġġ Indjan b'eluf ta' ċelel fejn id-devoti setgħu jgħixu;[109] fl-1352 W.K., ir-rekords ta' Ala-ud-Din Bahman Shah isemmu li kkampja fis-sit. Rekords oħra nkitbu minn Firishta, Thevenot (1633-1667), Niccolao Manucci (1653–1708), Charles Warre Malet (1794) u Seely (1824). Xi rakkonti jirrikonoxxu l-importanza tal-Għerien ta' Ellora iżda jagħmlu stqarrijiet mhux preċiżi rigward il-kostruzzjoni tagħhom; pereżempju, deskrizzjoni tal-għerien mill-vjaġġatur minn Venezja Niccolao Manucci, li kien kiteb l-istorja tal-Mugal li kienet intlaqgħet tajjeb fi Franza, kiteb li l-Għerien ta' Ellora "...kienu nbnew miċ-Ċiniżi tal-qedem" abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tax-xogħol tas-sengħa u abbażi ta' dak li kienu qalulu.[110] L-Għerien ta' Ellora kienu sit magħruf sew fi żmien il-Mugal: l-imperatur Aurangzeb kien jieqaf jiekol hemmhekk mal-familja tiegħu, bħalma kienu jagħmlu Mugal nobbli oħra. Mustaid Khan, wieħed mill-membri tal-qorti ta' Aurangzeb, stqarr li n-nies kienu jżuru l-inħawi fl-istaġuni kollha iżda speċjalment matul l-istaġun tal-monsuni. Huwa semma wkoll "bosta tipi ta' xbihat b'għamliet qishom ħajji" mnaqqxa fuq is-soqfa u mal-ħitan, iżda nnota li l-monumenti nfushom kienu jinsabu fi stat ta' "telqa minkejja l-pedamenti b'saħħithom tagħhom".[111]

Il-Lalitacaritra, test Marathi li jmur lura għall-aħħar tas-seklu 13 W.K., huwa l-ewwel rapport li jiddikjara li l-użu attiv tal-Għerien ta' Ellora ntemm fis-seklu 13. Ir-rekords tal-qorti Iżlamika kienu jindikaw li Deogiri, il-belt kapitali tad-dinastija Yadava madwar 10 kilometri mill-Għerien ta' Ellora, sfat taħt attakk sostnut matul dan il-perjodu u sussegwentement spiċċat f'idejn is-Sultanat ta' Delhi fl-1294 W.K.[112] Skont José Pereira, hemm evidenza li x-xogħol tal-kostruzzjoni fl-għerien Ġainisti f'Ellora kien iffjorixxa taħt Singhana, li rrenja fid-dinastija Yadava bejn l-1200 u l-1247 W.K., u dawn l-għerien kienu jintużaw mill-viżitaturi u mill-fidili Ġainisti sas-seklu 13. Madankollu, l-attività reliġjuża Ġainista waqfet wara li r-reġjun spiċċa taħt it-tmexxija Iżlam fl-aħħar tas-seklu 13.[113]

Ħsara tipika fiċ-ċentru tal-idoli qrib il-wiċċ, l-imnieħer, l-isdra u d-dirgħajn jew ir-riġlejn. Fuq ix-xellug: profanazzjoni tal-istatwi f'għar tal-Induiżmu. Fuq il-lemin: għar tal-Buddiżmu.

Il-monumenti Buddisti, Induisti u Ġainisti f'Ellora fihom ħsara sostanzjali, b'mod partikolari mal-idoli, filwaqt li t-tinqix mirqum mal-pilastri u tal-oġġetti naturali mal-ħitan għadu intatt. Il-profanazzjoni tal-idoli tmur lura għas-sekli 15 sa 17 meta dan ir-reġjun tal-peniżola ta' Dekkan kien soġġett għal ikonoklażma mill-armati Musulmani.[114] Skont Geri Malandra, din id-devastazzjoni mill-Musulmani rriżultat mill-offiża perċepita mix-"xbihat antropomorfiċi grafiċi tas-santwarji Induisti u Buddisti".[115] L-istoriċi Musulmani tal-perjodu tas-Sultanat Iżlamiku jsemmu l-Għerien ta' Ellora fid-deskrizzjonijiet tagħhom tal-ħsara mifruxa u tal-qerda fanatika ta' idoli u ta' opri tal-arti tar-reġjun, fejn kien magħruf li wħud mill-Musulmani ta' dan il-perjodu kienu mħassba rigward il-ħsara tal-wanton u "kkundannawha bħala tkasbir tas-sbuħija", skont Carl Ernst.[116]

Iskrizzjonijiet ta' Ellora

[immodifika | immodifika s-sors]
Tinqix mirqum mal-pilastri ta' Jagannatha Sabha.

Diversi iskrizzjonijiet fl-Għerien ta' Ellora jmorru lura għas-seklu 6 'il quddiem.[117] L-iżjed waħda magħrufa hija iskrizzjoni ta' Rashtrakuta Dantidurga (għall-ħabta tas-753-757 W.K.) fuq il-ħajt ta' wara tal-mandapa ta' quddiem tal-Għar nru 15 li tiddikjara li kien offra t-talb tiegħu f'dak it-tempju. Jagannatha Sabha, l-Għar Ġainista nru 33, fih tliet iskrizzjonijiet bl-ismijiet ta' patrijiet u ta' donaturi, filwaqt li tempju ta' Parshvanath fuq l-għolja fih iskrizzjoni tal-1247 W.K. b'isem donatur minn Vardhanapura.[118]

It-Tempju l-Kbir ta' Kailasa (l-Għar nru 16) huwa attribwit lil Krishna I (għall-ħabta tas-757–783 W.K.), is-suċċessur u z-ziju ta' Dantidurga. Iskrizzjoni fuq platt tar-ram li nstab f'Baroda, Gujarat, tiddikjara li kien hemm struttura kbira mibnija fuq għolja minn Krishnaraja f'Elapura (Ellora):

...wassal għall-kostruzzjoni ta' tempju fuq l-għolja f'Elapura, b'struttura tal-għaġeb, u malli anke l-aqwa immortali f'karrijiet ċelestjali jarawh, jibqgħu mistagħġba u jgħidu: "Dan it-tempju ta' Shiva huwa awtoeżistenti; l-ebda oġġett ieħor magħmul bl-arti ma fih daqstant sbuħija (...). L-arkitett u l-bennej tiegħu (...) baqa' mistagħġeb ukoll f'daqqa waħda u qal "O, kif irnexxieli nibnih!" — iskrizzjoni fuq platt tar-ram ta' Karkaraja II, 812 W.K.[119]

Tinqix impitter u pitturi

[immodifika | immodifika s-sors]
Brahma fit-Tempju ta' Kailasha ta' Ellora, b'tiżjin impitter.
Xi tkaħħil u tpittir li għadu jeżisti fl-Għar nru 16.
Tpittir f'uħud mill-Għerien ta' Ellora.
L-Għar nru 32.

It-tinqix fl-Għerien ta' Ellora fl-imgħoddi kienu mpittrin bil-kuluri. Il-blat kien jiġi miksi bi tkaħħil tal-ġebla tal-ġir li mbagħad kien jitpitter bil-kulur. Ftit mit-tkaħħil u mit-tpittir ikkulurit għadu jeżisti f'uħud mill-għerien.

Kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-reġista tal-films u l-awtur Bengali famuż Satyajit Ray kiteb ir-rumanz kriminali u thriller Kailashey Kelenkari fl-1974, fejn jispikka l-ispettur fittizju Feluda. Fir-rumanz, Feluda jivvjaġġa lejn l-Għerien ta' Ellora u jiżvela grupp tal-kuntrabbandu u l-kummerċ illegali ta' artefatti storiċi mit-tempji Indjani, u jissemma wkoll l-ikbar għar ta' Ellora, it-Tempju ta' Kailasa. Iben Satyajit, Sandip Ray, adatta r-rumanz f'film bl-istess isem fl-2007.[120]

Arti u letteratura

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ktieb tat-Tpinġija ta' Fisher tal-1832 fih platt ta' "Grupp skeletali fir-Ramedwur, l-Għerien ta' Ellora", li suppost jirrappreżenta ż-żwieġ ta' Shiva u Parvati, ta' George Cattermole, inċiż minn W. Kelsall, akkumpanjat b'illustrazzjoni poetika ta' Letitia Elizabeth Landon b'parafrażi minn traduzzjoni mix-Shiva-Pooraun. Dan ġie mill-Għar nru 21.[121]

  1. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 1-2.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ellora Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-10.
  3. ^ "Ellora Caves, Maharashtra - Archaeological Survey of India". web.archive.org. 2014-03-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-07. Miġbur 2022-10-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Lisa Owen (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. pp. 1–10. ISBN 978-9004206298.
  5. ^ Norbert C. Brockman (2011). Encyclopedia of Sacred Places, 2nd Edition. ABC-CLIO. pp. 155–156. ISBN 978-1-59884-655-3.
  6. ^ Time Life Lost Civilizations series: Ancient India: Land Of Mystery (1994).
  7. ^ Gopal, Madan (1990). K.S. Gautam (ed.). India through the ages. Publication Division, Ministry of Information and Broadcasting, Government of India. p. 178.
  8. ^ Pandit, Suraj (2013). Ellora Caves. Oxford University Press.
  9. ^ "Archaeological Survey of India". asi.nic.in. Miġbur 2022-10-10.
  10. ^ World Heritage Series Ellora, Archaeological Survey of India, Government of India, p. 6. ISBN 81-87780-43-6. Printed by GoodEarth Publications, Eicher GoodEarth Limited @ Thomson Press, New Delhi.
  11. ^ Pia Brancaccio (2013). Helaine Selin (ed.). Encyclopaedia of the History of Science, Technology, and Medicine in Non-Westen Cultures. Springer Science. ISBN 978-94-017-1416-7. p. 2.
  12. ^ "PrabhupadaBooks.com Srila Prabhupada's Original Books". prabhupadabooks.com. Miġbur 2022-10-10.
  13. ^ "Geology of Ellora | ELLORA.ind.in". web.archive.org. 2010-12-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-09. Miġbur 2022-10-10.
  14. ^ Walter M. Spink (1967). Ajanta to Ellora. Marg Publications. pp. 3–4, 35–40.
  15. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 5-7.
  16. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 109-110.
  17. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 7-9.
  18. ^ Geri Malandra (1996). "The Mandala at Ellora / Ellora in the Mandala". Journal of the International Association of Buddhist Studies. 19 (2): 193.
  19. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. pp. 21, 24.
  20. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 200-202.
  21. ^ Wright, Colin. "[Close view of base of pillars in the upper floor of the Jain Cave XXXIII (Jaganatha Sabha), Ellora.]". www.bl.uk. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-19. Miġbur 2022-10-10.
  22. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 7.
  23. ^ Walter M. Spink (1967b). Ellora's Earliest Phase. American Academy.
  24. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 33.
  25. ^ Walter M. Spink (1967a). Ajanta to Ellora. Marg Publications.
  26. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 8-9.
  27. ^ Madhukar Keshav Dhavalikar (1983). Masterpieces of Rashtrakuta Art: The Kailasa. Stosius. p. 3. ISBN 978-0865902336.
  28. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 28-35.
  29. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 81-84.
  30. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 7-8.
  31. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 83-84.
  32. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 73-79, 84.
  33. ^ P. R. Srinivasan (2007). Ellora. Archaeological Survey of India. ISBN 978-81-87780-43-4. p. 23.
  34. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. pp. 86-87, 134-135.
  35. ^ a b Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. p. 124.
  36. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. pp. 145-147.
  37. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. p. 126.
  38. ^ "Section II: Periodic Report on the State of Conservation of Ellora Caves, India, 2003" (PDF). UNESCO.
  39. ^ James G. Lochtefeld (2002). The Illustrated Encyclopedia of Hinduism: A-M. The Rosen Publishing Group. p. 331. ISBN 978-0-8239-3179-8.
  40. ^ Charles Higham (2014). Encyclopedia of Ancient Asian Civilizations. Infobase. p. 105. ISBN 978-1-4381-0996-1.
  41. ^ Christopher Tadgell (2015). The East: Buddhists, Hindus and the Sons of Heaven. Routledge. pp. 114–117. ISBN 978-1-136-75384-8.
  42. ^ Goetz, H. (1952). "The Kailasa of Ellora and the Chronology of Rashtrakuta Art". Artibus Asiae. 15 (1/2): 84–107.
  43. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 37-38.
  44. ^ John Stratton Hawley (1981), Scenes from the Childhood of Kṛṣṇa on the Kailāsanātha Temple, Ellora, Archives of Asian Art, University of Hawaii Press, Vol. 34 (1981), pp. 74–90.
  45. ^ Lisa Owen (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. pp. 1–10. ISBN 978-9004206298. p. 135.
  46. ^ Sarina Singh; Joe Bindloss; James Bainbridge; Lindsay Brown; Mark Elliott; Stuart Butler (2007). India. Footscray, Vic.: Lonely Planet. p. 810. ISBN 978-1-74104-308-2.
  47. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 135-136.
  48. ^ Hermann Kulke; Dietmar Rothermund (2004). A History of India. Routledge. p. 120. ISBN 978-0-415-32920-0.
  49. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 56.
  50. ^ Susan L. Huntington; John C.. Huntington (2014). The Art of Ancient India: Buddhist, Hindu, Jain. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-3617-4. p. 338.
  51. ^ M. K. Dhavalikar (1982), "Kailasa – The Stylistic Development and Chronology", Bulletin of the Deccan College Research Institute, Vol. 41, pp. 33–45.
  52. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. p. 30.
  53. ^ James C. Harle (1994). The Art and Architecture of the Indian Subcontinent. Yale University Press. pp. 131–134. ISBN 978-0-300-06217-5.
  54. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 135.
  55. ^ Geri Malandra (1996). "The Mandala at Ellora / Ellora in the Mandala". Journal of the International Association of Buddhist Studies. 19 (2): 192–194.
  56. ^ Coomaraswamy, Ananda K. (1999). Introduction to Indian Art, New Delhi: Munshiram Manoharlal, ISBN 81-215-0389-2, p. 5.
  57. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. pp. 86–87, 231–232.
  58. ^ Berkson, Carmel (1992). Ellora, Concept and Style. Abhinav Publications. ISBN 0-19-565458-7. pp. 231-232.
  59. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 65-82.
  60. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 12.
  61. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 8.
  62. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 9–12, 33.
  63. ^ James C. Harle (1994). The Art and Architecture of the Indian Subcontinent. Yale University Press. p. 132. ISBN 978-0-300-06217-5.
  64. ^ James Burgess (1880). The Cave Temples of India. Cambridge University Press (Reprinted 2013). ISBN 978-1-108-05552-9. pp. 373-374.
  65. ^ Damien Keown; Charles S. Prebish (2013). Encyclopedia of Buddhism. Routledge. ISBN 978-1-136-98588-1. p. 23.
  66. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. p. 51.
  67. ^ James Burgess (1880). The Cave Temples of India. Cambridge University Press (Reprinted 2013). ISBN 978-1-108-05552-9. pp. 377-380.
  68. ^ Christopher Tadgell (2015). The East: Buddhists, Hindus and the Sons of Heaven. Routledge. pp. 78–82. ISBN 978-1-136-75384-8.
  69. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. pp. 20-23.
  70. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 53–60, 64–65.
  71. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 61-62.
  72. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 87.
  73. ^ Geri Malandra (1996). "The Mandala at Ellora / Ellora in the Mandala". Journal of the International Association of Buddhist Studies. 19 (2): 192.
  74. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 2–3, 179–185.
  75. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 2-3.
  76. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 9–12, 81–103, 119–129.
  77. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. pp. 25–28, 48–49.
  78. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 13–14, 189–199.
  79. ^ Geri Malandra (1996). "The Mandala at Ellora / Ellora in the Mandala". Journal of the International Association of Buddhist Studies. 19 (2): 193–194 u n-nota 33 f'qiegħ il-paġna.
  80. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 88.
  81. ^ Dhavalikar, Madhukar Keshav (2003). Ellora. Oxford University Press, New Delhi. ISBN 0-19-565458-7. p. 96.
  82. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 15-16.
  83. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 6-7.
  84. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. p. 30.
  85. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. p. 28.
  86. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 28-29.
  87. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 28-32.
  88. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 32-35.
  89. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 168–169, 184–195.
  90. ^ ""Ellora Caves – Verul Ellora". Aurangabad Circle ASI. Archaeological Survey of India, Aurangabad Circle, Aurangabad, Maharashtra, Government of India" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-05-31. Miġbur 2022-10-10.
  91. ^ Jāvīd, Alī (2008), World Heritage Monuments and Related Edifices in India, Volume 1, Algora Publishing New York, p. 164, ISBN 978-0-87586-483-9.
  92. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 2 bin-nota 2 f'qiegħ il-paġna.
  93. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 25-29.
  94. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 13.
  95. ^ "Jaina Group of Caves - Archaeological Survey of India". web.archive.org. 2016-07-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-07-12. Miġbur 2022-10-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  96. ^ Wright, Colin. "Jagannath Sabha [Façade of Jain Cave XXXIII (Jaganatha Sabha), Ellora.]". www.bl.uk. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-11-27. Miġbur 2022-10-10.
  97. ^ Wright, Colin. "Pillared interior of Jagannath Sabha, Ellora". www.bl.uk. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-10-10. Miġbur 2022-10-10.
  98. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. p. 90.
  99. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. p. 25.
  100. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 70.
  101. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 82 bin-nota 2 f'qiegħ il-paġna.
  102. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. pp. 90–92, 143–144.
  103. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 167 b'nota 5 f'qiegħ il-paġna.
  104. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 76.
  105. ^ Owen, Lisa (2012). Carving Devotion in the Jain Caves at Ellora. Brill Academic. ISBN 978-9004206298. p. 25.
  106. ^ Lisa Nadine Owen, Beyond Buddhist and Brahmanical Activity: The Place of the Jain Rock-Cut Excavations at Ellora, teżi ta' dottorat tal-2006, l-Università ta' Texas f'Austin, p. 255.
  107. ^ Ramasamy, Padmaraj. "Ellora 2 & 3 - எல்லோரா - இரு ஜினாலயங்கள்". Miġbur 2022-10-10.
  108. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. p. 3.
  109. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 1-4.
  110. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. p. 4.
  111. ^ Abraham Eraly (2007). The Mughal World: Life in India's Last Golden Age. Penguin Books India. pp. 6–7. ISBN 978-0143102625.
  112. ^ Matthew Bennett (1998). The Hutchinson Dictionary of Ancient & Medieval Warfare. Routledge. pp. 97–98. ISBN 978-1-57958-116-9.
  113. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. pp. 24-25.
  114. ^ Trudy Ring; Noelle Watson; Paul Schellinger (2012). Asia and Oceania: International Dictionary of Historic Places. Routledge. p. 256. ISBN 978-1-136-63979-1.
  115. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. pp. 1-4.
  116. ^ Carl Ernst (2000). David Gilmartin; Bruce B. Lawrence (eds.). Beyond Turk and Hindu: Rethinking Religious Identities in Islamicate South Asia. University Press of Florida. pp. 106–110. ISBN 978-0-8130-3099-9.
  117. ^ José Pereira (1977). Monolithic Jinas. Motilal Banarsidass. ISBN 978-81-208-2397-6. p. 87.
  118. ^ Beyond Buddhist and Brahmanical Activity: The Place of the Jain Rock-Cut Excavations at Ellora, Lisa Nadine Owan, teżi ta' dottorat fl-Università ta' Texas f'Austin, 2006, pp. 254–257.
  119. ^ Geri Hockfield Malandra (1993). Unfolding A Mandala: The Buddhist Cave Temples at Ellora. State University of New York Press. ISBN 978-0-7914-1355-5. p. 10.
  120. ^ "Imdb".
  121. ^ L. E. L. (Letitia Elizabeth Landon), 1802-1838 (1832). Fisher's drawing room scrap book; with poetical illustrations by L.E.L. London Fisher, son, and Jackson. p. 45.Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)