[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Eu-LISA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

eu-LISA (European Agency for the operational management of large-scale IT systems in the area of freedom, security and justice) tipprovdi appoġġ teknoloġiku għall-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex l-Ewropa ssir aktar sigura.[1]

  • Rwol: Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE billi timmaniġġja sistemi tal-IT fuq skala wiesgħa
  • Direttur: Krum GARKOV
  • Stabbilita: fl-2011, operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2012
  • Numru ta’ persunal: 137
  • Lokalità: Sede: Tallinn (l-Estonja), sit operazzjonali: Strasburgu (Franza), sit ta’ appoġġ: Sankt Johann im Pangau (l-Awstrija)

Hi timmaniġġja sistemi tal-IT integrati fuq skala wiesgħa li[1]

  • jieħdu ħsieb is-sigurtà interna fil-pajjiżi ta' Schengen
  • tippermetti lill-pajjiżi ta' Schengen jiskambjaw dejta dwar il-viżi
  • tiddetermina liema pajjiż tal-UE hu responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ta' asil partikulari.
  • Tgħin tiżgura li l-Ewropej jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles fl-UE, mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà tal-UE.

L-aġenzija tittestja wkoll teknoloġiji ġodda biex tgħin tidħol fis-seħħ sistema ta' mmaniġġjar tal-fruntieri fl-UE aktar moderna, effiċjenti u sigura. Hi tikkoordina l-ittestjar u s-segwitu tal-proġett pilota Fruntieri Intelliġenti, l-analiżi tar-riżultati u r-rapportar dwar il-proġett pilota, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE u mal-istituzzjonijiet Ewropej parteċipanti.[1]

L-aġenzija għandha bord maniġerjali, direttur eżekuttiv u gruppi ta' konsulenza għal kull sistema li taqa' taħt l-immaniġġjar tagħha.[1]

Hi tipprovdi l-qafas tekniku u operazzjonali biex tiżgura li n-nies li jgħixu fl-UE jkunu jistgħu jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw bil-mod li draw bih u li jistennew. L-aġenzija timmaniġġja t-3 sistemi ta' IT ewlenin li għandhom x'jaqsmu mal-viżi, it-talba ta' asil u l-qsim ta' informazzjoni biex tiggarantixxi s-sigurtà taż-Żona Schengen:[1]

  • is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viża (VIS)
  • is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)
  • Eurodac

L-aġenzija taħdem flimkien mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE, mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni.[1]

  1. ^ a b ċ d e f europa.eu, eu-LISA