[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Alof de Wignacourt

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alof de Wignacourt
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1601 - 1622
Martin Garzez - Luís Mendes de Vasconcellos
Ħajja
Twelid Renju ta' Franza, 1547
Nazzjonalità Franza
Mewt Malta, 14 Settembru 1622
Familja
Familja
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied

Alof de Wignacourt (1547 – 14 ta’ Settembru 1622) kien nobbli Franċiż li sar l-54 Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm mill-10 ta’Frar 1601 sal-mewt tiegħu fl-1622. Hu ingħaqad mal-Ordni fl-10 ta’ Frar tal-1564, ta’ sbatax-il sena, sena qabel l-Assedju l-Kbir. Ġie elett Gran Mastru fl-1601.

Wignacourt jibqa’mfakkar l-aktar għall-kostruzzjoni tal-Akwadott msemmi għalih sal-lum, li kien tlesta fil-21 ta’ April, fl-1615. Ħafna mill-fondi biex inbena dan l-akkwadott li mir-Rabat jasal sal-Belt ħariġhom minn butu. Wignacourt jibqa’ wkoll magħruf għal bini ta’ torrijiet kostali. Dawn kienu, it-torri ta’San Tumas f'Wied il-Għajn, it-Torri ta’ San Luċjan, Marsaxlokk, It-Torri ta’Santa Marija, fuq Kemmuna, u t-Torri ta’ San Pawl il-Baħar, li baqa’ msemmi għal ismu.

Matul ir-renju tiegħu, fl-1614 qawwa Ottomana għamlet tentattiv biex tiżbarka f’Malta u tattakka l-niesha. Sitt elef raġel niżlu l-art fil-Bajja ta’ Marsascala, u wettqu attakk fuq ir-raħal taż-Żejtun. Il-kavallerija tal-Ordni u l-Maltin mmexxija mill-Kmandant de Verdelin,  irnexxielhom jegħlbu lit-Torok li rtiraw, mingħajr ma nqatel l-ebda suldat Malti.

L-armatura uffiċjali kollha mnaqqxa u ndurata bid-deheb li kien jilbes f'okkażjonijiet speċjali tiegħu għadha teżisti u hija waħda mit-teżori tal-armerija tal- Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.

Alof de Wignacourt miet b’puplessija waqt li kien jikkaċċja, fl-14 ta’Settembru 1622 fl-età ta’ 75 sena.

In-neputi tiegħu Adrien de Wignacourt laħaq Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann fl-1690.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Martín Garzés
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1601–1622

Suċċessur
Luís Mendes de Vasconcellos