[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Charles Richter

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Charles Richter
full professor (en) Translate

Ħajja
Isem propju Lainer
Twelid Overpeck, 26 April 1900
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Pasadena, 30 Settembru 1985
Post tad-dfin Ċimiterju u Mawżolew ta' Mountain View
Edukazzjoni
Alma mater Istitut tat-Teknoloġija ta' California
Università tan-Nofsinhar ta' California
Università ta' Stanford
Skola Postsekondarja ta' Los Angeles
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni sismologu
ġeologu
matematiku
Impjegaturi Istitut tat-Teknoloġija ta' California
Università tan-Nofsinhar ta' California
Università ta' Stanford
Xogħlijiet importanti skala Richter
Premjijiet
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi

Charles Francis Richter (/ˈrɪktər/; twieled fis-26 ta' April 1900 – miet fit-30 ta' Settembru 1985) kien sismologu u fiżiku Amerikan.

Richter huwa famuż l-iktar bħala l-ħallieq tal-iskala Richter, li, sal-iżvilupp sal-iskala alternattiva fl-1979, kienet tikkwantifika l-qawwa tat-terremoti. Ispirat mid-dokument tal-1928 ta' Kiyoo Wadati dwar it-terremoti fil-baxx u fil-fond, Richter uża l-iskala tiegħu għall-ewwel darba fl-1935 wara li żviluppaha f'kollaborazzjoni ma' Beno Gutenberg; it-tnejn li huma ħadmu fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' California.

Il-kwotazzjoni "plottijiet logaritmiċi huma apparat tax-xitan" hija attribwita lil Richter.[1]

Tfulija u edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Richter twieled f'Overpeck, Ohio.[2] Richter kellu nisel Ġermaniż: bużnannuh kien minn Baden Baden (illum f'Baden-Württemberg, il-Ġermanja) fl-1848 f'nofs ir-Rivoluzzjonijiet tal-1848 li faqqgħu fl-istati Ġermaniżi.[3] Il-ġenituri ta' Richter, Frederick William u Lillian Anna (Kinsinger) Richter, iddivorzjaw meta kien għadu żgħir ħafna. Huwa trabba ma' nanntu min-naħa ta' ommu, li ttrasferiet il-familja (inkluż ommu) lejn Los Angeles fl-1909. Wara li ggradwa mill-Iskola Postsekondarja ta' Los Angeles huwa attenda l-Università ta' Stanford u kiseb l-ewwel lawrija tiegħu fl-1920. Fl-1928 beda jaħdem fuq id-dottorat tiegħu fil-fiżika teorika fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' California, iżda qabel lestih, huwa ġie offrut kariga fl-Istitut ta' Carnegie ta' Washington. Għall-ħabta ta' dak iż-żmien huwa sar affaxxinat bis-sismoloġija (l-istudju tat-terremoti u l-mewġ li jipproduċu fl-art). Minn hemm 'il quddiem, huwa ħadem fil-Laboratorju Sismoloġiku ġdid f'Pasadena, taħt it-tmexxija ta' Beno Gutenberg. Fl-1932, Richter u Gutenberg żviluppaw skala standard biex ikejlu l-qawwa relattiva ta' sorsi ta' terremoti, u sejħulha l-iskala Richter. Fl-1937, huwa rritorna lejn l-Istitut tat-Teknoloġija ta' California, fejn qatta' l-bqija tal-karriera tiegħu, u eventwalment sar professur tas-sismoloġija fl-1952.

Richter mar jaħdem fl-Istitut ta' Carnegie ta' Washington fl-1927 wara li Robert Millikan offrielu kariga bħala assistent tar-riċerka hemmhekk, fejn beda kollaborazzjoni ma' Beno Gutenberg. Il-Laboratorju tas-Sismoloġija fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' California ried jibda jippubblika rapporti regolari dwar it-terremoti fin-Nofsinhar ta' California u kien hemm ħtieġa urġenti għal sistema ta' kejl tal-qawwa tat-terremoti għal dawn ir-rapporti. Flimkien, Richter u Gutenberg fasslu skala li iktar 'il quddiem saret magħrufa bħala l-iskala Richter biex tagħmel tajjeb għal dik il-ħtieġa, ibbażata fuq il-kejl kwantitattiv tal-ispostament tal-art bil-mewġ sismiku, kif kien issuġġerixxa Kiyoo Wadati.

It-tnejn flimkien iddisinjaw sismografu li kien ikejjel dan l-ispostament u żviluppaw skala logaritmika sabiex ikejlu l-intensità. It-terminu "qawwa" (bl-Ingliż: magnitude) għal dan il-kejl ġie mill-interess li kellu fl-astronomija Richter fi tfulitu; l-astronomi jkejlu l-intensità tal-istilel b'dak it-terminu. Il-kontribut ta' Gutenberg kien sostanzjali, iżda l-fatt li ma kienx jieħu pjaċir jagħmel intervisti kkontribwixxa biex ismu jitħalla barra mill-isem tal-iskala. Wara l-pubblikazzjoni tal-iskala proposta fl-1935, is-sismologi malajr adottawha għall-użu fil-kejl tal-intensità tat-terremoti.[4]

Richter baqa' fl-Istitut ta' Carnegie sal-1936, meta ngħata kariga fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' California, fejn kien jaħdem Beno Gutenberg. Gutenberg u Richter ippubblikaw Sismiċità tad-Dinja fl-1941. L-edizzjoni reveduta tiegħu, ippubblikata fl-1954, titqies bħala referenza standard fil-qasam.

Richter sar professur fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' California fl-1952. Fl-1958, huwa ppubblika Sismoloġija Elementari abbażi tan-noti tat-tagħlim tiegħu għall-ewwel lawrija. Peress li Richter qajla ppubblika f'ġurnali xjentifiċi bir-rieżami tal-pari, din il-pubblikazzjoni spiss titqies bħala l-iżjed kontribut importanti tiegħu għas-sismoloġija. Richter qatta' l-1959 u l-1960 fil-Ġappun bħala studjuż ta' Fulbright. Għall-ħabta ta' dan iż-żmien fil-karriera tiegħu, huwa involva ruħu fl-inġinerija tat-terremoti permezz tal-iżvilupp ta' kodiċijiet tal-bini għal żoni b'riskju ta' terremoti. Il-gvern tal-belt ta' Los Angeles neħħa bosta ornamenti u gwarniċi mill-binjiet muniċipali fis-snin 60 tas-seklu 20 b'riżultat tal-kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' Richter.

Wara t-terremot ta' San Fernando fl-1971, il-belt ikkwotat it-twissijiet ta' Richter bħala importanti fil-prevenzjoni ta' bosta mwiet. Richter kien irtira fl-1970.

Skala Richter

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta Richter beda kollaborazzjoni ma' Gutenberg, l-unika mod kif jiġu kklassifikati t-theżżiżiet kienet skala żviluppata fl-1902 mill-patri u l-ġeologu Taljan Giuseppe Mercalli. L-iskala Mercalli tuża numri Rumani u tikklassifika t-terremoti minn I sa XII, skont kif il-binjiet u n-nies jirrispondu għat-theżżiżiet. Theżżiża li twassal għat-tbandil tal-kandilabri x'aktarx li tikklassifika bħala I jew II fuq din l-iskala, filwaqt li waħda li teqred binjiet kbar u toħloq paniku f'belt iffullata x'aktarx li tikklassifika bħala X. Il-problema ovvja bl-iskala Mercalli kienet li tiddependi fuq kejl soġġettiv dwar kemm binja nbniet sew u kemm popolazzjoni kienet imdorrija b'dawn it-tipi ta' kriżijiet. L-iskala Mercalli kienet tagħmilha diffiċli li jiġu kklassifikati terremoti f'żoni remoti b'popolazzjoni żgħira.

L-iskala żviluppata minn Richter u Gutenberg (li mbagħad saret magħrufa b'kunjom Richter biss) minflok kienet toffri kejl assolut tal-intensità ta' terremot. Richter uża sismografu, strument li ġeneralment jikkonsisti minn roll karti f'post fiss u pendlu jew kalamita sospiż(a) b'apparat tal-immarkar fuq ir-roll karti, sabiex jiġi rreġistrat iċ-ċaqliq reali tal-art matul terremot. L-iskala tqis id-distanza tal-istrument mill-epiċentru, jew il-punt mal-art li jkun direttament fuq l-oriġini tat-terremot.

Richter għażel li juża t-terminu "qawwa" biex jiddeskrivi l-qawwa ta' terremot minħabba l-interess li kellu fi tfulitu fl-astronomija; l-astronomi jużaw l-istess terminu biex jiddeskrivu l-intensità tal-istilel. Gutenberg issuġġerixx minn wieħed ta' qawwa 6, mitt darba iktar qawwi minn terremot ta' qawwa 5, u elf darba iktar qawwi minn wieħed ta' qawwa 4. Bħala eżempju, it-terremot tal-1989 ta' Loma Prieta li kien heżżeż il-belt ta' San Francisco kellu qawwa ta' 6.9.

L-iskala Richter ġiet ippubblikata fl-1935 u minnufih saret il-kejl standard tal-intensità tat-terremoti. Richter għall-ewwel ma tantx ħabbel rasu l-kunjom ta' Gutenberg ma ġiex inkluż fl-isem tal-iskala; iżda iktar 'il quddiem, wara li Gutenberg kien miet, Richter beda jinsisti li l-kollega tiegħu jiġi rikonoxxut għall-espansjoni tal-iskala biex tapplika għat-terremoti fid-dinja kollha, u mhux biss fin-Nofsinhar ta' California. Mill-1935 'l hawn ġew żviluppati skali oħra.

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Richter kien naturalista attiv u ddikjarat.[5] Huwa vvjaġġa lejn bosta komunitajiet nudisti ma' martu.[6]

Hough[7] tiddikjara li Richter kien ateu, iżda tikkwota wkoll ittra ta' Robert Kaufman lin-New York Times li tiddikjara li Richter kien membru tal-kongregazzjoni ta' Kaufman.

Fil-festin tal-irtirar tiegħu, grupp ta' kollegi minn Caltech imsejħa "Quidnuncs" daqqew u kantaw kanzunetta msejħa "Skala Richter", li kienet tiddeskrivi bi stil ta' ballata t-terremoti li seħħew fl-istorja Amerikana. Richter inizjalment staħa mill-kanzunetta, u ħaseb li kienet iċċekken ix-xjenza. Madankollu, l-awtur tal-kanzunetta, Kent Clark, iddikjara f'intervista tal-1989 li eventwalment saret togħġob lil Richter ukoll.

Richter miet b'insuffiċjenza kardijaka konġestiva fit-30 ta' Settembru 1985 f'Pasadena, California.[8] Huwa ndifen fiċ-Ċimiterju u l-Mawżolew ta' Mountain View f'Altadena, California.

  • Richter, CF (1976). "Earthquake Light in Focus". Science. 194 (4262): 259.

— Archambeau, C. B.; Brune, J. N.; Anderson, D. L.; Smith, S. W.; Al, J. H.; Bai, L. F.; Ryall, A.; Boucher, G.; Emilian, C.; Harrisoi, C. G. A.; Swansoi, M. (1970). "Earthquakes and Nuclear Detonations". Science. 167 (3920): 1011–1014. Bibcode:1970Sci...167.1011A. doi:10.1126/science.167.3920.1011. ISSN 0036-8075. PMID 17749620.

— (1969). "Transversely Aligned Seismicity and Concealed Structure". Science. 166 (3902): 173–178. Bibcode:1969Sci...166..173R. doi:10.1126/science.166.3902.173. PMID 17731474.

— (1958). "New Dimensions in Seismology: Earthquakes are characterized by geographical position, instant of occurrence, depth, and magnitude". Science. 128 (3317): 175–182. Bibcode:1958Sci...128..175R. doi:10.1126/science.128.3317.175. PMID 17814547.

— (1956). "Dangerous Dagger". Science. 123 (3200): 723. Bibcode:1956Sci...123..723R. doi:10.1126/science.123.3200.723. PMID 17740174.

— (1943). "Mathematical Questions in Seismology". Bull. Amer. Math. Soc. 49 (7): 477–493. doi:10.1090/s0002-9904-1943-07923-2.

—; Gutenberg, B (1936). "Magnitude and Energy of Earthquakes". Science. 83 (2147): 183–185. Bibcode:1936Sci....83..183G. doi:10.1126/science.83.2147.183. PMID 17770563.

— (1935). "An instrumental earthquake magnitude scale". Bulletin of the Seismological Society of America. 25 (1–2): 1–32. doi:10.1785/BSSA0250010001.

  1. ^ "Earthquake Hazards Program: An Interview with Charles F. Richter". web.archive.org. 2012-03-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-08. Miġbur 2022-09-30.
  2. ^ Hough, Susan Elizabeth (2007). Richter's scale : measure of an earthquake, measure of a man. Princeton: Princeton University Press. p. 10. ISBN 9780691128078.
  3. ^ Scheid, Ann (1982). "Charles E Richter – How It Was" (PDF). Engineering & Science.
  4. ^ "Charles F. Richter | UXL Newsmakers | Find Articles". web.archive.org. 2012-03-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-08. Miġbur 2022-09-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Hough, Susan Elizabeth (2007). Richter's scale : measure of an earthquake, measure of a man. Princeton: Princeton University Press. pp. 7, 163 u 168. ISBN 9780691128078.
  6. ^ Hough, Susan Elizabeth (2007). Richter's scale : measure of an earthquake, measure of a man. Princeton: Princeton University Press. pp. 164-168. ISBN 9780691128078.
  7. ^ Hough, 2007, p. 152.
  8. ^ Shelley, Erwin (1989). "J. Kent Clark (1917–2008)" (PDF). California Institute of Technology.