[go: up one dir, main page]

Aqbeż għall-kontentut

Aysel Teymurzadeh

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aysel Teymurzadeh
Informazzjoni ġenerali
Magħruf AySel
Twieled 25 ta' April 1989 (1989-04-25) (35 sena)
Oriġini Ażerbajġan Baku, Ażerbajġan
Ġeneru Pop, R&B
Snin ta' attività 2005–preżent

Aysel Teymurzadeh (bl-Ażerbajġan: Aysel Məhəmməd qızı Teymurzadə; Baku, 25 ta' April 1989) hi kantanta tal-R&B Ażerbajġana. Teymurzadeh ġiet magħżula internament mill-istazzjoni İTV biex tieħu sehem f'isem l-Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision 2009 ġewwa Moska, ir-Russja, flimkien mal-kantant Iranjan-Żvediż Arash.[1] Bil-kanzunetta "Always", Aysel saret l-ewwel kantanta femminili li qatt ħadet sehem f'isem pajjiżha fil-Eurovision.

Aysel twieldet fil-kapitali Ażerbjaġana, Baku, l-iżgħar waħda minn tliet aħwa ta' ġurnalista u għalliem tal-università. Teymurzadeh iggradwat mil-Liċew Intellett f'Baku u attendiet l-iskola sekondarja f'Texas bejn l-2005 u l-2006. Fl-2005, hi ħadet sehem fil-finali nazzjonali Yeni Ulduz 4. Attwalment, Teymurzadeh qed tkompli l-istudji tagħha fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università Ażerbajġana tal-Lingwi.[2]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Elnur u Samir
Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision
(ma' Arash)
2009

Suċċessur