[go: up one dir, main page]

Manuel Anatol

Futbaler u Atleta (1903-1990)

Manuel Anatol Aristegi (twieled fit-8 ta' Mejju 1903 – miet fis-17 ta' Mejju 1990) kien plejer tal-futbol naturalizzat Franċiż.

Manuel Anatol

Manuel Anatol fl-1932
Informazzjoni personali
Isem sħiħManuel Anatol Aristegi
Twelid8 ta' Mejju 1903(1903-05-08)
Irun, Spanja
Mewt17 ta' Mejju 1990 (87 sena)
RwolDifensur
Karriera professjonali
SninKlabb
1920–1922Real Unión
1922–1923Gimnástica Española
1923–1926Real Unión
1926–1928Athletic Bilbao
1928–1929Real Madrid
1929–1932Racing Paris
1932–1933Athletic Madrid
1933–1934Montpellier
1934–1935Racing Paris
Tim nazzjonali
1929–1934Franza

Karriera

immodifika

Anatol twieled f'Irun, villaġġ fil-Pajjiż Bask ta' Spanja. Hu lagħab ma' tliet klabbs fil-pajjiż, Real Unión, Athletic Bilbao u Real Madrid.[1] Fl-1929, Anatol ingħaqad ma' Racing Paris fi Franza fejn magħhom libes il-faxxa ta' kaptan għall-finali tal-Coupe de France fit-tieni staġuni mal-klabb, għalkemm Racing tilfu 3–1 kontra Sète.[2][3]

Fl-1929, Anatol ġie naturalizzat bħala ċittadin Franċiż u għamel id-debutt mat-tim nazzjonali fl-24 ta' Marzu 1929 fir-rebħa ta' 2–0 kontra l-Portugall. Hu lagħab total ta' ħmistax-il logħba u skorja gowl wieħed fid-dro ta' 3–3 kontra l-Iżvizzera nhar it-23 ta' Marzu 1930. Hu naqas milli jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1930 minħabba li ngħatax permess mix-xogħol u rritorna lura erba' snin wara fit-Tazza tad-Dinja tal-1934.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Cazal, Pierre (1998). L'intégrale De L'équipe De France De Football (bil-Franċiż). p. 397. ISBN 978-2-87691-437-7.
  2. ^ Gauthey, Gilles (1961). Le football professionnel français (bil-Franċiż). Pariġi. p. 18. OCLC 41613347.
  3. ^ "Finale le 27/04/1930, Colombes (Yves du Manoir)" (bil-Franċiż). Federazzjoni tal-Futbol Franċiża. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-09.

Ħoloq esterni

immodifika