[go: up one dir, main page]

Plejer tas-Sena tal-FIFA

Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.

L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).

Nominazzjonijiet u l-proċess ta' selezzjoni

immodifika

Wara kritika mill-istampa dwar l-għażla tan-nominazzjoni fi snin li għaddew, fl-2004 il-FIFA għamlet lista żgħira ta' 35 raġel u 21 mara, fejn minnhom il-kowċis tat-timijiet nazzjonali u għall-ewwel darba, il-kaptani u r-rappreżentanti tal-FIFPro (l-organizazzjoni ta' plejers professjonali), setgħu jivvutaw[1].

Kritika oħra kienet il-fatt li l-ebda plejer maskili li jilgħab barra mill-Ewropa kien nominat għal dan l-unur. Minkejja li plejers ta' nazzjonalitajiet differenti, ta' tliet kontinenti, kienu nominati u rebħu l-unur, huma kienu kollha jilgħabu fi klabbs Ewropej fiż-żmien tan-nominazzjoni jew rebħa.

Kien ġie propost illi plejers attivi fil-kampjonati ta' nazzjonijiet oħra (it-tieni l-aktar kompetittiv wara l-UEFA hi ġeneralment ikkunsidrata bħala l-Amerika Latina, bħall-kampjonat Arġentin, Brażiljan u dak Messikan), ikollhom ċans għal dan it-titlu.

Rebbieħa

immodifika

Lista ta' rebbieħa rġiel

immodifika
Sena Rebbieħ Klabb
2009 Arġentina  Lional Messi Spanja  Barcelona
2008 Portugall  Cristiano Ronaldo Ingilterra  Manchester United
2007 Brażil  Kaká Italja  AC Milan
2006 Italja  Fabio Cannavaro Spanja  Real Madrid
2005 Brażil  Ronaldinho Spanja  Barcelona
2004 Brażil  Ronaldinho Spanja  Barcelona
2003 Franza  Zinedine Zidane Spanja  Real Madrid
2002 Brażil  Ronaldo Spanja  Real Madrid
Italja  Inter Milan
2001 Portugall  Luís Figo Spanja  Real Madrid
2000 Franza  Zinedine Zidane Italja  Juventus
1999 Brażil  Rivaldo Spanja  Barcelona
1998 Franza  Zinedine Zidane Italja  Juventus
1997 Brażil  Ronaldo Italja  Inter Milan
Spanja  Barcelona
1996 Brażil  Ronaldo Spanja  Barcelona
Netherlands  PSV Eindhoven
1995 Liberja  George Weah Italja  AC Milan
Franza  Paris Saint-Germain
1994 Brażil  Romário Spanja  Barcelona
1993 Italja  Roberto Baggio Italja  Juventus
1992 Netherlands  Marco van Basten Italja  AC Milan
1991 Ġermanja  Lothar Matthäus Italja  Inter Milan

Lista ta' rebbieħa nisa

immodifika
Sena Rebbieħa Klabb
2009 Brażil  Marta Stati Uniti  Los Angeles Sol
Brażil  Santos FC
2008 Brażil  Marta Żvezja  Umeå IK
2007 Brażil  Marta Żvezja  Umeå IK
2006 Brażil  Marta Żvezja  Umeå IK
2005 Ġermanja  Birgit Prinz Ġermanja  1. FFC Frankfurt
2004 Ġermanja  Birgit Prinz Ġermanja  1. FFC Frankfurt
2003 Ġermanja  Birgit Prinz Ġermanja  1. FFC Frankfurt
2002 Stati Uniti  Mia Hamm Stati Uniti  Washington Freedom
2002 Stati Uniti  Mia Hamm Stati Uniti  Washington Freedom

Ara wkoll

immodifika