[go: up one dir, main page]

Opossum irqiq ta' Creighton

L-opossum irqiq ta' Creighton, magħruf xjentifikament bħala Marmosops creightoni, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum irqiq ta' Creighton
Stat ta' konservazzjoni

Nuqqas ta' data  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMarmosops
speċi Marmosops creightoni
Voss & & Yensen, 2004
Distribuzzjoni ġeografika

Dan l-opossum irqiq arborju (tas-siġar) ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita u tropikali umdi tal-muntanji f'elevazjonijiet ta' bejn 2,000 u 3,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

L-opossum irqiq ta' Creighton huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott u insetti varji.

Distribuzzjoni

immodifika

Dan l-opossum irqiq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel jinsab jgħix qalb il-foresti tal-muntanji f'Río Zongo, arja li tagħmel parti mid-dipartiment ta' La Paz, fil-Bolivja u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Voss, R.S.; Tarifa, T.; Yensen, E. (2004). "An Introduction to Marmosops (Marsupialia: Didelphidae), with the description of a New Species from Bolivia and Notes on the Taxonomy and Distribution of Other Bolivian Forms". American Museum Novitates (bl-Ingliż). 3466: 1–40.
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • The Paleobiology Database
  • Infonatura

Ħoloq esterni

immodifika