Naxxar
In-Naxxar huwa raħal jew belt żgħira li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-gżira ta' Malta. Għalkemm il-kitbiet storiċi dwarhu jmorru lura sas-seklu Ħmistax, hemm xhieda ta' fdalijiet prejistoriċi. In-Naxxar innifsu tnissel miż-żewġ irħajla ta' Ħal Dgħif u Ħal Muselmiet, imma bl-iżvilupp bla rażan illum resaq sew u sar imiss mal-Mosta, ir-raħal rivali tiegħu.
Naxxar | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Tramuntana | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°54′54″N 14°26′41″E / 35.915°N 14.4447°EKoordinati: 35°54′54″N 14°26′41″E / 35.915°N 14.4447°E | ||
Superfiċjenti | 11.6 kilometru kwadru | ||
Għoli | 36 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 13,443 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
naxxar.gov.mtu localgovernmentdivisioncms.gov.mt… |
Folklor
immodifikaMalta għandha dejn kbir fil-qasam kulturali ma' żewġ Naxxarin, Toni Cachia l-Ħammarun minn Sqaq it-Tut u Tommy Camilleri t-Tommy. Cachia kien l-aħħar daqqaq magħruf taż-żaqq f'Malta u l-istess bniedem li wera' lil Ġużi Gatt, bennej ta' strumenti tradizzjonali Maltin, kif għandek ikollok saqqafa tajba sabiex il-ħoss tad-daqq taż-żaqq joħroġ u jidwi tajjeb.
Camilleri, magħruf bħala tanburista tradizzjonali Malti, għandu l-ħila jiżfen iċ-ċaqliq li tanburusta jrid jagħmel waqt id-daqq taż-żaqq. Dawn ġew iddokumentati minn Ruben Żahra u l-grupp Etnika. Camilleri jaf idoqq ukoll il-kitarra Maltija, għalkemm dejjem kien it-tanbur Malti li ġablu l-fama li għandu fil-qasam folkloristiku Malti.
Baħar iċ-Ċagħaq
immodifikaIrħajjel Naxxari li qed jikber bis-sħiħ huwa dak ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Magħruf bħala post għall-għawm, fosthom Qalet Marku minn fejn kienet tinġabar l-ilma għall-irkotta, u Ras il-Għallis, hemm ukoll il-qoxra ta' lukanda Iranjana li qatt ma leħqet fetħet.