[go: up one dir, main page]

Ivan Turgenev

kittieb, poeta, drammaturgu Russu

Ivan Sergeyevich Turgenev (/tʊərˈɡɛnjɛf, -ˈɡeɪn-/[1]; bir-Russu: Иван Сергеевич Тургенев, IPA: [ɪˈvan sʲɪrˈɡʲe(j)ɪvʲɪtɕ tʊrˈɡʲenʲɪf]; twieled ir-Russja fid-9 ta' Novembru [O.S. it-28 ta' Ottubru] 1818 – miet fit-3 ta' Settembru 1883) kien rumanzier, kittieb tal-istejjer qosra, poeta, drammaturgu, traduttur u popolarizzatur tal-letteratura Russa fil-Punent.

Ivan Turgenev
Ħajja
Twelid Oryol, 28 Ottubru 1818 (in Julian calendar), 9 Novembru 1818
Nazzjonalità Imperu Russu
Residenza Villa Linev
Berlin
Mużew ta' Ivan Turgenev
Mużew ta' Ivan Turgenev
Mużew ta' Ivan Turgenev
Franza
San Pietruburgu
Mużew ta' Ivan Turgenev
Turgenovo
Mewt Bougival, 22 Awwissu 1883 (Julian)
Post tad-dfin Literatorskie mostki
Kawża tal-mewt kawżi naturali (neoplażma fis-sinsla tad-dahar)
Familja
Missier Sergey Turgenev
Omm Varvara Petrovna Turgeneva
Konjuga/i Not married
Aħwa
Tribù familja Turgenev
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Berlin
Università Imperjali ta' Moska
Fakultà tal-Filosofija fl-Università Statali ta' San Pietruburgu
Università Humboldt ta’ Berlin
Lingwi Franċiż
Ġermaniż
Ingliż
Russu
Għalliema Nikolai Ustryalov (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
poeta
drammaturgu
rumanzier
traduttur
prożatur
konsulent drammaturgu
pubbliċista
novellist
Impjegaturi Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Xogħlijiet importanti A Sportsman's Sketches (en) Translate
Fathers and Sons (en) Translate
A Month in the Country (en) Translate
Mumа (en) Translate
Home of the Gentry (en) Translate
Poems in Prose (en) Translate
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Moviment realiżmu
Psewdonomu .....въ, —е—, И.С.Т., И.Т., Л., Недобобов, Иеремия, Т., Т…, Т. Л.u Т……в
Moviment artistiku novella
povest
eleġija
dramma

L-ewwel pubblikazzjoni maġġuri tiegħu, kollezzjoni ta' stejjer qosra msejħa Tħażżiż ta' Sportiv (1852; bl-Ingliż: A Sportsman's Sketches), kienet pubblikazzjoni storika tar-realiżmu Russu. Ir-rumanz tiegħu Missirijiet u Ulied Subien (1862; bl-Ingliż: Fathers and Sons) huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar xogħlijiet maġġuri tal-fizzjoni tas-seklu 19.

 
Il-proprjetà ħdejn Oryol

Ivan Sergeyevich Turgenev twieled f'Oryol (illum l-Oblast ta' Oryol, ir-Russja) f'familja nobbli Russa. Il-ġenituri tiegħu kienu Sergei Nikolaevich Turgenev (1793-1834), kurunell fil-kavallerija Russa li ħadet sehem fil-Gwerra Patrijottika tal-1812, u Varvara Petrovna Turgeneva (kunjomha xebba Lutovinova; 1787-1850). Missieru oriġina mill-familja antika iżda mfaqqra ta' Turgenev tal-aristokrazija Tula li tmur lura sas-seklu 15 meta t-Tatar Mirza Lev Turgen (li sar Ivan Turgenev wara l-magħmudija) telaq mill-Ġemgħa tad-Deheb biex iservi lil Vasily II ta' Moska.[2] Omm Ivan oriġinat mill-familja nobbli u sinjura ta' Lutovinov tal-Governorat ta' Oryol.[3] Hija kellha tfulija xejn pjaċevoli minħabba missierha tar-rispett li kien tiranniku fil-konfront tagħha, u telqet mid-dar tiegħu wara li mietet ommha u marret tgħix ma' zijuwha. Meta kellha 26 sena kienet l-eredi ta' wirt kbir mingħandu. Fl-1816, hija żżewġet lil Sergei Turgenev.

Ivan, u l-aħwa tiegħu Nikolai u Sergei trabbew minn ommhom, mara edukata ħafna iżda awtoritarja, fil-proprjetà tal-familja Spasskoe-Lutovinovo li ngħatat lill-antenat tagħhom Ivan Ivanovich Lutovinov mingħand Ivan it-Terribli. Varvara Turgeneva iktar 'il quddiem kienet ispirazzjoni għalih għas-sid tal-art f'Mumu ta' Turgenev. Hija impjegat diversi nisa barranin biex jieħdu ħsieb l-edukazzjoni ta' wliedha; b'hekk Ivan kellu ħakma tajba tal-Franċiż, tal-Ġermaniż u tal-Ingliż. Il-membri tal-familja kienu jużaw il-Franċiż fil-ħajja ta' kuljum, saħansitra t-talb kien jingħad b'dik il-lingwa. Missierhom qatta' ftit ħin mal-familja, u għalkemm ma kienx ostili fil-konfront tagħhom, l-assenza tiegħu weġġgħet is-sentimenti ta' Ivan (ir-relazzjonijiet tagħhom jiġu deskritti fir-rumanz awtobijografiku L-ewwel Imħabba). Meta kellu erba' snin, il-familja għamlet vjaġġ fil-Ġermanja u fi Franza. Fl-1827, il-familja Turgenev marret tgħix f'Moska biex it-tfal jingħataw edukazzjoni tajba.[4]

Wara t-tagħlim standard li kien jingħata iben ġentlom, Turgenev studja għal sena fl-Università ta' Moska u mbagħad mar jistudja fl-Università ta' San Pietruburgu mill-1834 sal-1837[5], u ffoka fuq il-lingwi klassiċi, il-letteratura Russa, u l-filoloġija. Matul dak iż-żmien missieru miet bil-marda tal-ġebla fil-kliewi, u ħuh iż-żgħir Sergei miet bl-epilessija.[4] Mill-1838 sal-1841 huwa studja l-filosofija, b'mod partikolari lil Hegel, u l-istorja tal-Università ta' Berlin. Huwa rritorna f'San Pietruburgu biex jagħmel l-eżami tal-Masters tiegħu.

Biblijografija

immodifika
  • 1857 – Rudin
  • 1859 – Home of the Gentry (Дворянское гнездо), tradott ukoll bl-Ingliż bħala A Nest of Gentlefolk, A House of Gentlefolk u Liza
  • 1860 – On the Eve (Накануне)
  • 1862 – Fathers and Sons (Отцы и дети), tradott ukoll bl-Ingliż bħala Fathers and Children
  • 1867 – Smoke (Дым)
  • 1877 – Virgin Soil (Новь)

Għażla ta' fizzjoni iqsar

immodifika
  • 1850 – Dnevnik lishnevo cheloveka (Дневник лишнего человека); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: The Diary of a Superfluous Man
  • 1852 – Zapiski okhotnika (Записки охотника); ġabra ta' stejjer, traduzzjonijiet bl-Ingliż: A Sportsman's Sketches, The Hunter's Sketches, A Sportsman's Notebook
  • 1854 – Mumu (Муму); storja qasira, traduzzjoni bl-Ingliż: Mumu
  • 1855 – Yakov Pasynkov (Яков Пасынков); novella
  • 1855 – Faust (Фауст); novella
  • 1858 – Asya (Ася); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: Asya or Annouchka
  • 1860 – Pervaya lyubov (Первая любовь); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: First Love
  • 1870 – Stepnoy korol Lir (Степной король Лир); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: King Lear of the Steppes
  • 1872 – Veshniye vody (Вешние воды); novella,traduzzjoni bl-Ingliż: Torrents of Spring
  • 1881 – Pesn torzhestvuyushchey lyubvi (Песнь торжествующей любви); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: The Song of Triumphant Love
  • 1883 – Klara Milich (Клара Милич); novella, traduzzjoni bl-Ingliż: The Mysterious Tales
  • 1843 – A Rash Thing to Do (Неосторожность)
  • 1847 – It Tears Where It is Thin (Где тонко, там и рвётся)
  • 1849/1856 –Breakfast at the Chief's (Завтрак у предводителя)
  • 1850/1851 – A Conversation on the Highway (Разговор на большой дороге)
  • 1846/1852 – Lack of Money (Безденежье)
  • 1851 – A Provincial Lady (Провинциалка)
  • 1857/1862 – Fortune's Fool (Нахлебник), also translated as The Hanger-On and The Family Charge
  • 1855/1872 – A Month in the Country (Месяц в деревне)
  • 1882 – An Evening in Sorrento (Вечер в Сорренто)
  • 1877—1882 – Poems in Prose (Стихотворения в прозе)

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Definition of Turgenev | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-03.
  2. ^ Richard Pipes, U.S.–Soviet Relations in the Era of Détente: a Tragedy of Errors, Westview Press (1981), p. 17.
  3. ^ Richard Pipes, U.S.–Soviet Relations in the Era of Détente: a Tragedy of Errors, Westview Press (1981), p. 17.
  4. ^ a b Yuri Lebedev (1990). Turgenev. Moscow: Molodaya Gvardiya, 608 pages, pp. 8–103, ISBN 5-235-00789-1.
  5. ^ Chisholm, Hugh (ed.). Encyclopædia Britannica. 27 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 417.