Bormla
Birgu u lill-Isla madwar il-Port il-Kbir. Bormla hi magħrufa wkoll bħala Cospicua, titlu li jindika kemm din il-belt kienet rikonoxxuta bħala belt importanti kemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti. Kien il-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari li fl-1722 ddikjara din il-belt bħala belt li tispikka u għalhekk iddikjaralha t-titlu ta' Città Cospicua.
Bormla, hi waħda mit-tlett ibliet li jinsabu wara s-swar doppji tal-Kottonera li jiċċirkondaw lill-Bormla, lill-Bormla Ċittà Cospicua | ||
---|---|---|
Malta | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Malta | |
Reġjuni ta’ Malta | Port Region (Port) (en) | |
Isem uffiċjali | Bormla | |
Ismijiet oriġinali | Bormla | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°EKoordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°E | |
Superfiċjenti | 0.9 kilometru kwadru | |
Għoli | 40 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 5,395 abitanti (31 Marzu 2014) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 18 century | |
bormlalc.gov.mt |
Bormla kienet l-aħħar belt mit-tlieta li hemm fil-Kottonera li żviluppat biss illum għandha l-ikbar popolazzjoni fosthom. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera jduru l-aktar madwar din il-belt. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn dakinhar 'il quddiem xogħol l-abitanti ta' Bormla kien jiffoka l-aktar max-xogħol u mat-tiswija tal-bastimenti. Dan ix-xogħol sar aktar importanti għalihom meta fl-1848 l-Ingliżi bnew l-ewwel baċir, il-Baċir Nru 1. fil-parti ta' ġewwa magħrufa bħala, tad-Daħla tal-Franċiżi (Ing. French Creek). Kien l-aktar minħabba dan il-baċir li matul it-Tieni Gwerra Dinjija Bormla kienet fil-mira tal-attakki tal-ajru tal-Assi.
Il-popolazzjoni ta' Bormla hi ta' 5,395 ruħ (2014) u hija l-iktar waħda ppopolata mit-Tlett Ibliet.[1] Il-festa ta' Bormla hi dik tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru.[2][3]
Etimoloġija
immodifikaL-oriġini tal-isem Bormla probabbilment ġej mill-isem Bur Mula: il-Bur (Ing. meadow) tal-Mulej.[4]
Postijiet ta' interess
immodifika- Il-knisja parrokkjali ddedikata lil-Immakulata Kunċizzjoni.
- Il-Knisja ta' Santa Tereża.
- Bir Mula Heritage (dar antika li fiha hemm esebiti kwantità ta' oġġetti).
- Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera.
- L-ambjent madwar il-Baċir Nru 1, qrib Pjazza Gavino Gulija.
- Ix-Xatt ta' Bormla li jibqa' tiela' lejn il-Birgu.
- Id-daħla ddekorata fi stil Barokk ta' Santa Liena (bl-Ingliż: St. Helena's Gate; 1738).
- Id-daħla ta' Verdala (ta' żmien l-Ordni) u l-Barrakki ta' Verdala (bl-Ingliż: Verdala Barracks; 1883).
- It-toroq dojoq ta' madwar il-knisja parrokkjali u l-Oratorju u lil hinn minnhom.
- Is-Suq ta' nhar ta' Tlieta.
- Pjazza Santa Margarita.
Nies Magħrufa Bormliżi
immodifika- Dom Mintoff, is-6 ta' Awwissu 1916-2012, Prim Ministru ta' Malta fl-1955-1958 u fl-1971-1984[5]
- Karmenu Mifsud Bonnici, 1933-, Prim Ministru ta' Malta fl-1984-1987[6]
- Ugo Mifsud Bonnici, 1932-, politiku u President (Emeritus) ta' Malta[7]
- Carmelo Mifsud Bonnici (Il-Gross), 1897-1948, politiku u ministru
- Ġużè Chetcuti, 1914-2006, kittieb
- Abram Gatt, 1863-1944, arġentier u statwarju
- Maggie Borg, ambjentalista mal-Greenpeace
- Joe. H. Griffiths, 1910-, kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta
- Gavino Gulia, 1835-1889, tabib, naturalista, editur ta' Il Barth Maltese
- Paolino Vassallo, 24 ta' Lulju 1856-20 ta' Jannar 1923, kompożitur
- Erin Serracino Inglott, 1904-1983, lingwista u kittieb (l-iskola tar-raħal issemmiet għalih)[8][9]
- Gianni Vella, 1885-1977, artist[10]
- Mario Azzopardi, qaddief tad-dgħajjes tat-tiġrija u kitarrista
Ħoloq esterni
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ Il-Gvern ta' Malta (2015-06-21). "Estimated Population by Locality". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2021-07-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The Malta Independent Online". web.archive.org. 2012-03-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-30. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Cospicua celebrations". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ Abela, Giovanni Francesco (1647). Della Descrizione di Malta Isola nel Mare Siciliano con le sue Antichità, ed Altre Notizie (bit-Taljan). Paolo Bonacota. p. 18.
- ^ "Dom Mintoff | prime minister of Malta". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Dr Carmelo Mifsud Bonnici (1984 - 1987)". www.gov.mt. Miġbur 2021-07-24.
- ^ DOI. "Dr. Ugo Mifsud Bonnici". www.gov.mt. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Scholar's birth centenary". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "The Malta Independent Online". web.archive.org. 2012-03-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-15. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 2 G–Z. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 1594–1595. ISBN 9789993291329.