[go: up one dir, main page]

Ħal Qormi huwa wieħed mill-ibliet mportanti ġewwa Malta li minnu ħarġu diversi bliet oħra fosthom il-Belt Valletta, il-belt kapitali ta' Malta. Ħal Qormi hu post bi storja kbira u għani bil-bosta, li għadna ngawduh sal-lum. Din il-belt mibnija bejn żewġ widien kbar, Wied il-Kbir u Wied is-Sewda. Din il-belt tinsab lejn iċ-ċentru tal-gżira Maltija u hija mibnija pjuttost fil-baxx bħalma jixhed il-motto tagħha "Nogħla mill-baxx". Ħal Qormi huwa magħruf bħala Ħal Fornaro, titlu li ġej minn żmien il-kavallieri li jixhed kif kienet magħrufa għall-ħobz li kien jinħema ġo bosta fran li wieħed isib f'din il-belt, u sal-llum għadha magħrufa għall-ħobz.

Ħal Qormi
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Isem uffiċjali Ħal Qormi
Ismijiet oriġinali Ħal Qormi
Ġeografija
Koordinati 35°52′46″N 14°28′20″E / 35.8794°N 14.4722°E / 35.8794; 14.4722Koordinati: 35°52′46″N 14°28′20″E / 35.8794°N 14.4722°E / 35.8794; 14.4722
Ħal Qormi is located in Malta
Ħal Qormi
Ħal Qormi
Ħal Qormi (Malta)
Superfiċjenti 5 kilometru kwadru
Għoli 35 m
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 93,897 abitanti (Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 356
qormilc.gov.mt

L-arma ta' din il-belt hi meħuda minn dik tal-Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca, tarka bil-qiegħ tal-fidda u b'ħames nofs qmura jħarsu 'l fuq mqegħdin 2, 1 u 2. Fuq din l-arma hemm kuruna b'forma ta' sur, b'erba' gardjoli u bieb ta' l-attakk fin-nofs, kulur id-deheb. Il-Qriema kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mir-raba', mit-tagħsir tal-għeneb għall-inbid, mill-ħami tal-ħobż kif ukoll mill-qtil u l-bejgħ tal-annimali.