Paulo Coelho
Paulo Coelho | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rio de Janeiro, 24 Awwissu 1947 (77 sena) |
Nazzjonalità | Brażil |
Familja | |
Konjuga/i | Christina Oiticica (1980 - |
Koppja/i | Christina Oiticica |
Edukazzjoni | |
Alma mater | St. Ignatius College (en) |
Lingwi | Portugiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb rumanzier bloggej attur kompożitur poeta ġurist kittieb tal-fantaxjenza liriċista kompożitur tal-kanzunetti riċerkatur |
Parteċipant | |
Post tax-xogħol |
Brasilia Tarbes |
Impjegaturi | Ġnus Magħquda |
Xogħlijiet importanti |
The Alchemist (en) The Fifth Mountain (en) Veronika Decides to Die (en) Eleven Minutes (en) Brida (en) By the River Piedra I Sat Down and Wept (en) The Devil and Miss Prym (en) The Zahir (en) The Witch of Portobello (en) The Spy (en) |
Premjijiet | |
Influwenzat minn |
Jorge Amado (en) Henry Miller (en) William Blake (mul) Christina Lamb (en) Jorge Luis Borges (mul) |
Sħubija | Brazilian Academy of Letters (en) |
Moviment artistiku | mużika tal-Brażil |
Paulo Coelho de Souza (/ˈkwɛl.juː, kuˈɛl-, -joʊ/[1]; pronunzja bil-Portugiż: [ˈpawlu kuˈeʎu]; twieled fl-24 ta' Awwissu 1947) huwa kittieb tal-kanzunetti u rumanzier Brażiljan. Huwa membru tal-Akkademja Brażiljana tal-Arti Lingwistika.[2] Ir-rumanz tiegħu The Alchemist bigħ iżjed minn 150 miljun kopja mad-dinja kollha u huwa l-iktar ktieb ta' kittieb Brażiljan li qatt inbigħ b'numri daqstant kbar. Huwa influwenza l-mużika rock Brażiljana permezz tas-sħubija tiegħu mal-mużiċista Raul Seixas.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Paulo Coelho twieled f'Rio de Janeiro, il-Brażil, u attenda skola tal-Ġiżwiti. Meta kellu 17-il sena, il-ġenituri ta' Coelho daħħluh f'istituzzjoni mentali li ħarab minnha tliet darbiet qabel ma nħeles meta kellu 20 sena.[3][4] Iktar 'il quddiem Coelho rrimarka "Il-ġenituri tiegħi ma ridux iweġġgħuni, iżda ma kinux jafu x'se jaqbdu jagħmlu... Dak li għamlu m'għamluhx biex jeqirduni, iżda biex isalvawni".[5] Skont ix-xewqat tal-ġenituri tiegħu, Coelho nkiteb fi skola tad-dritt u abbanduna l-ħolma tiegħu li jsir kittieb. Sena wara, telaq mill-iskola u għex ħajtu bħala hippie, u vvjaġġa fl-Amerka t'Isfel, fit-Tramuntana tal-Afrika, fil-Messiku, u fl-Ewropa. Huwa beda jieħu d-drogi fis-snin 60 tas-seklu 20.[6][7]
Meta reġa' lura fil-Brażil, Coelho ħadem bħala kittieb tal-kanzunetti, u kkompona l-lirika għal Elis Regina, Rita Lee, u l-ikona Brażiljan Raul Seixas. Il-kompożizzjoni ma' Raul wasslet biex Coelho jiġi assoċjat mal-maġija u mal-okkult, minħabba l-kontenut ta' xi kanzunetti.[8] Spiss jiġi akkużat li dawk il-kanzunetti kienu ġew ikkupjati minn kanzunetti barranin li ma tantx kienu magħrufa fil-Brażil dak iż-żmien.[9] Fl-1974, skontu, huwa ġie arrestat għal attivitajiet "sovversivi" u ġie ttorturat[10][11] mill-gvern militari fil-poter minn għaxar snin qabel u li kien iqis il-lirika ta' Coelho bħala xellugija u perikoluża.[5] Coelho ħadem ukoll bħala attur, ġurnalist u direttur tat-teatru qabel ma beda l-karriera tiegħu bħala kittieb.[8]
Coelho iżżewweġ lill-artista Christina Oiticica fl-1980. Flimkien preċedentement kienu jqattgħu nofs sena f'Rio de Janeiro u n-nofs l-ieħor f'villeġġatura fil-Pirinej fi Franza, iżda issa l-koppja tirrisjedi b'mod permanenti f'Ġinevra, l-Iżvizzera.[12]
Fl-1986 Coelho għamel il-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu lejn Santiago de Compostela fil-Majjistral ta' Spanja.[6][13] Fil-pellegrinaġġ kellu qawmien mill-ġdid spiritwali, li huwa ddeskriva b'mod awtobijografiku f'The Pilgrimage.[14] F'intervista, Coelho stqarr "[Fl-1986], jiena kont tassew kuntent bl-affarijiet li kont qed nagħmel. Kont qed nagħmel xi ħaġa li biha kont qed nittrejjaq – biex nuża l-metafora f'The Alchemist, kont qed naħdem, kont qiegħed ma' persuna li nħobb, kelli l-flus, iżda ma kontx qed inwettaq il-ħolma tiegħi. Il-ħolma tiegħi kienet, u għadha, li nkun kittieb".[15] Coelho abbanduna l-karriera tiegħu bħala kittieb tal-kanzunetti li biha kien qed jaqla' ħafna flus u minflok beda jikteb full-time.
The Pilgrim – Story of Paulo Coelho huwa t-titlu internazzjonali għall-film bijografiku Não Pare na Pista, koproduzzjoni bejn Drama Films tal-Brażil u Babel Films ta' Spanja, li fih Coelho adolexxenti u Coelho ikbar inħadmu minn żewġ atturi differenti. Waħda mill-produtturi, Iôna de Macêdo, qalet lil Screen International: "Il-film jirrakkonta l-ġrajja ta' raġel li għandu ħolma. Qisha l-ġrajja ta' Aliċe fl-Art tal-Għeġubijiet – huwa xi ħadd li kien kbir wisq għal fejn kien jgħix". Il-film, maħdum bil-Portugiż, intwera għall-ewwel darba fiċ-ċinema Brażiljani fl-2014 u ġie distribwit b'mod internazzjonali fl-2015.[16]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Kitba
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1982, Coelho ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Hell Archives, li ma rnexxilux jagħmel impatt sostanzjali.[8] Fl-1986 huwa kkontribwixxa fit-tħejjija tal-Practical Manual of Vampirism (Manwal Prattiku tal-Vampiriżmu), għalkemm iktar 'il quddiem ipprova jneħħiħ mill-kummerċjalizzazzjoni peress li kkunsidrah "ta' kwalità ħażina".[8] Wara li għamel il-pellegrinaġġ lejn Santiago de Compostela fl-1986, Coelho kiteb The Pilgrimage, li ġie ppubblikat fl-1987.
Filwaqt li kien qed jipprova jegħleb il-prokrastinazzjoni tiegħu biex jagħti bidu lill-karriera tiegħu bħala kittieb, Coelho ddeċieda, "Jekk nara rixa bajda llum, dik tkun sinjal li Alla jkun qed jagħtini li għandi nikteb ktieb ġdid". Malli ra waħda fil-vetrina ta' ħanut, huwa beda jikteb dakinhar stess.[14] Is-sena ta' wara, Coelho kiteb The Alchemist u ppubblikah permezz ta' pubblikatur Brażiljan żgħir li inizjalment kienet stampat 900 kopja tal-ktieb u ddeċidiet li ma terġax tistampah.[17] Sussegwentement huwa sab pubblikatur ikbar, u bil-pubblikazzjoni tal-ktieb ġdid tiegħu Brida, il-bejgħ ta' The Alchemist qabad ġmielu. Il-pubblikatur HarperCollins iddeċieda jippubblika l-ktieb fl-1994. Iktar 'il quddiem sar wieħed mill-iktar kotba li nbigħu internazzjonalment.[17] F'intervista fl-2009 mar-rivista Sirjana Forward Magazine, Coelho stqarr li t-tradizzjoni Sufista kellha influwenza fuqu, b'mod partikolari meta kiteb The Alchemist u iktar 'il quddiem meta kiteb The Zahir.[18]
Mill-pubblikazzjoni ta' The Alchemist, Coelho b'mod ġenerali kiteb mill-inqas rumanz wieħed kull sentejn. Erba' minnhom – The Pilgrimage, Hippie, The Valkyries u Aleph – huma awtobijografiċi, filwaqt li l-maġġoranza tal-kumplament huma fizzjoni. Kotba oħra, bħal Maktub, The Manual of the Warrior of Light u Like the Flowing River, huma ġabriet ta' saġġi, artikli tal-gazzetta, jew tagħlimiet magħżula. Ix-xogħol tiegħu ġie ppubblikat f'iktar minn 170 pajjiż u ġie tradott bi tlieta u tmenin lingwa. B'kollox inbigħu 320 miljun kopja tal-kotba tiegħu kollha.[19] Fit-22 ta' Diċembru 2016, Coelho ġie elenkat mill-kumpanija bbażata fir-Renju Unit, Richtopia, bħala n-numru 2 fil-lista tal-200 l-iktar awturi kontemporanji influwenti.[20]
Madankollu, fost ir-reazzjonijiet għall-kitba tiegħu kien hemm ukoll kontroversji. Għalkemm huwa trabba f'familja Kattolika, u hu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala Kattoliku anke issa, il-fehmiet tiegħu ġew deskritti bħala inkompatibbli mal-fidi Kattolika, minħabba l-kontenut panteisti, relattivisti u tal-Era l-Ġdida fil-kitba tiegħu.[21] U minkejja l-bejgħ tal-kitbiet tiegħu, ir-reċensjonijiet tax-xogħol ta' wara ta' Coelho b'mod konsistenti jinnutaw is-superfiċjalità tagħhom.[22][23][24]
Fl-2016, huwa ġie kkuntattjat mill-plejer tal-basketball Kobe Bryant, li ried jiddiskuti proġett ta' ktieb għat-tfal miegħu. Xi xhur qabel il-mewt ta' Bryant f'ħabta b'ħelikopter f'Jannar 2020, huma kienu qabdu jiktbu l-ktieb flimkien, iżda malli sema' bit-traġedja, Coelho ddeċieda li jħassar l-abbozz kollu, u f'intervista qal li "ma kienx jagħmel sens li jippubblika l-ktieb mingħajru". Huwa ma qalx kemm kienu nkitbu paġni jew jekk il-ktieb kienx ingħata titlu.[25][26]
Fl-2018, ġie mħabbar li Coelho kien iffirma ma' sensiela tat-televiżjoni bbażata fuq il-karattri tar-rumanzi tiegħu The Devil and Miss Prym, Brida u The Witch of Portobello.[27][28]
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Titlu bil-Portugiż | Titlu bl-Ingliż |
---|---|---|
1974 | Teatro da Educação | Theater For Education |
1982 | Arquivos do Inferno | Hell Archives |
1987 | O Diário de um Mago | The Pilgrimage |
1988 | O Alquimista | The Alchemist |
1990 | Brida | Brida |
1991 | O Dom Supremo | The Supreme Gift |
1992 | As Valkírias | The Valkyries |
1994 | Maktub | Maktub |
Na margem do rio Piedra eu sentei e chorei | By the River Piedra I Sat Down and Wept | |
1996 | O Monte Cinco | The Fifth Mountain |
1997 | Cartas de amor de um profeta | Love Letters from a Prophet |
Manual do guerreiro da luz | Manual of the Warrior of Light | |
1998 | Veronika decide morrer | Veronika Decides to Die |
Palavras essenciais | Essential Words | |
2000 | O Demônio e a Srta. Prym | The Devil and Miss Prym |
2001 | Historias para pais, filhos e netos | Fathers, Sons and Grandsons |
2003 | Onze Minutos | Eleven Minutes |
2004 | O Gênio e as Rosas | The Genie and the Roses |
Viagens | Journeys | |
Vida | Life | |
2005 | O Zahir | The Zahir |
Caminhos Recolhidos | Revived Paths | |
2006 | Ser Como o Rio que Flui | Like the Flowing River |
A Bruxa de Portobello | The Witch of Portobello | |
2008 | O vencedor está só | The Winner Stands Alone |
2009 | Amor | Love |
2010 | Aleph | Aleph |
2011 | Fábulas | Fábulas |
2012 | Manuscrito Encontrado em Accra | Manuscript Found in Accra |
2014 | Adultério | Adultery |
2016 | A Espiã | The Spy |
2018 | Hippie | Hippie |
2020 | The Archer | The Archer |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ J C Wells (2008), Longman Pronunciation Dictionary. Pearson Education Limited.
- ^ "Academia Brasileira de Letras".
- ^ "Paulo Coelho Interview by Marika Schaertl @ Focus Munich". Paulo Coelho (bl-Ingliż). 2007-12-19. Miġbur 2021-08-24.
- ^ DOLAND, ANGELA (2007-05-12). "Author Paulo Coelho Thrives on Extremes" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ a b "A mystery even to himself". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2021-08-24.
- ^ a b "An interview with Brazilian spiritual fiction writer, Paul Coelho". web.archive.org. 2014-02-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-02-09. Miġbur 2021-08-24.
- ^ Nast, Condé (2007-04-30). "The Magus". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ a b ċ d "Biography". web.archive.org. 2009-01-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-31. Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Cópia Infiel: Ato 1, Raul Seixas e o Dolo de Ouro". whiplash.net (bil-Portugiż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Opinion | Paulo Coelho: I was tortured by Brazil's dictatorship. Is that what Bolsonaro wants to celebrate?" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Bolsonaro: the dark ages are back". Paulo Coelho (bl-Ingliż). 2019-03-30. Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Interview with Paulo Coelho". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Teacher's Guide to The Alchemist" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-03-27. Miġbur 2021-08-24.
- ^ a b "Paulo Coelho Dances with Angels". www.beliefnet.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ "BBC World Service | World Book Club". www.bbc.co.uk. Miġbur 2021-08-24.
- ^ Barraclough, Leo; Barraclough, Leo (2014-08-05). "Picture Tree Acquires Paulo Coelho Biopic 'The Pilgrim' (EXCLUSIVE)" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ a b "Sant Jordi Asociados". web.archive.org. 2008-08-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-08-02. Miġbur 2021-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Paolo Coelho tells Syrians: My writings are influenced by your Sufi tradition" (bl-Ingliż). 2009-04-12. Miġbur 2021-08-24.
- ^ Heller, Karen. "Meet the writers who still sell millions of books. Actually, hundreds of millions".
- ^ Team, ConantLeadership. "richtopia-top-200-authors". ConantLeadership (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Paulo Coelho: ¿alguna objeción desde la fe cristiana?". Aleteia.org | Español - valores con alma para vivir feliz (bl-Ispanjol). 2014-07-23. Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Observer review: The Zahir by Paulo Coelho". the Guardian (bl-Ingliż). 2005-06-19. Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Adultery, Paulo Coelho, book review: New novel fails to stimulate". The Independent (bl-Ingliż). 2014-09-15. Miġbur 2021-08-24.
- ^ Woodhead, Cameron (2017-01-16). "The Spy review: Paulo Coelho's fictional take on Mata Hari misses the mark". The Sydney Morning Herald (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ Press, the Associated; Press, the Associated (2020-01-27). "Co-Author of Kobe Bryant Children's Book Deletes Unfinished Draft" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ "Author deletes children's book co-written with Kobe Bryant". AP NEWS (bl-Ingliż). 2021-05-01. Miġbur 2021-08-24.
- ^ Andreeva, Nellie; Andreeva, Nellie (2018-05-01). "Drama Series Based On Books By 'The Alchemist' Author Paulo Coelho In Works At FremantleMedia North America" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.
- ^ Hazelton2018-05-01T18:32:00+01:00, John. "Paulo Coelho signs with FremantleMedia for first TV series". Screen (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-24.