Insawru l-Ewropa
L-istorja tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
L-istorja tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Kull ħames snin, iċ-ċittadini tal-UE fis-27 Stat Membru jkollhom l-opportunità li jivvutaw għall-Parlament Ewropew li jmiss. Huma jistgħu jagħżlu l-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) li se jsemmgħu leħinhom u jiddefendu l-interessi tagħhom fil-livell Ewropew. Il-MPE mbagħad jingħaqdu f’dak li issa huwa forum b’saħħtu għad-dibattitu politiku. Dan il-forum għandu setgħat leġiżlattivi, baġitarji u superviżorji.
L-ewwel elezzjonijiet Ewropej saru f’Ġunju 1979, fi żmien meta l-Komunità Ewropea kienet magħmula minn disa’ Stati Membri biss. Il-Parlament Ewropew, elett għal mandat ta’ ħames snin b’410 Membri, sar l-ewwel assemblea internazzjonali eletta direttament b’vot universali. Dan l-avveniment kien pass deċiżiv fit-triq lejn id-demokrazija Ewropea, u kien ir-riżultat ta’ proċess twil biex iċ-ċittadini jingħataw vuċi demokratika fil-livell Ewropew.